Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0398

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/398 tat-8 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 fir-rigward ta' ċerti kwoti tariffarji addizzjonali fis-settur tal-laħam tat-tjur u li jidderoga minn dak ir-Regolament għas-sena tal-kwota 2018/2019

    C/2019/1754

    ĠU L 71, 13.3.2019, p. 18–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/398/oj

    13.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/18


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/398

    tat-8 ta' Marzu 2019

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 fir-rigward ta' ċerti kwoti tariffarji addizzjonali fis-settur tal-laħam tat-tjur u li jidderoga minn dak ir-Regolament għas-sena tal-kwota 2018/2019

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 187 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Settembru 2018, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) iffirmaw Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri (“il-Ftehim”) b'rabta mal-kwistjoni DS492: L-Unjoni Ewropea – Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. L-iffirmar tal-Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea awtorizzatu d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1252 (2) u l-konklużjoni tiegħu awtorizzatu d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/143 (3).

    (2)

    B'konformità mal-Ftehim, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiftaħ diversi kwoti tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tat-tjur.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (4) jipprevedi l-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħra.

    (4)

    Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 616/2007 jiġi emendat biex iqis il-kwoti tariffarji li għandhom jinfetħu skont il-Ftehim.

    (5)

    Il-Ftehim jipprevedi d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' April 2019. Għalhekk, għas-sena tal-kwota 2018/2019, il-kwantitajiet ta' prodotti tal-laħam tat-tjur għall-kwoti tariffarji li għandhom isiru disponibbli skont il-Ftehim jenħtieġ li jiġu kkalkulati fuq bażi pro rata, filwaqt li titqies id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Sa mill-perjodu tal-kwota li jibda mill-1 ta' Lulju 2019, jenħtieġ li jkunu disponibbli l-kwantitajiet annwali sħaħ tal-prodotti tal-laħam tat-tjur skont il-Ftehim.

    (6)

    Minħabba li ċerti kwoti għall-prodotti tal-laħam tat-tjur allokati liċ-Ċina għandhom jiġu amministrati fuq bażi ta' kull tliet xhur u minħabba li l-perjodu ta' applikazzjoni għall-perjodu ta' tliet xhur li jibda fl-1 ta' April 2019 se jkun skada fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, jenħtieġ li l-kwantitajiet skont il-Ftehim għall-perjodu li jkopri l-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2019 ikunu disponibbli mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jenħtieġ li tkun dik tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 616/2007

    Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Il-kwoti tariffarji li jidhru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament b'dan huma miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Brażil, bejn l-Unjoni u t-Tajlandja, u bejn l-Unjoni u ċ-Ċina, approvati bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2007/360/KE, 2012/792/UE (*1) u (UE) 2019/143 (*2).

    Il-kwoti tariffarji jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju.

    (*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/792/UE tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994 (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 47)."

    (*2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/143 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (ĠU L 27, 31.1.2019, p. 2).”;"

    (2)

    l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    1.   Bl-eċċezzjoni tal-kwoti fil-Gruppi Nri 3, 4B, 5B, 6B, 6C u 10, il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandha tinqasam fuq erba' subperjodi, kif ġej:

    (a)

    30 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru;

    (b)

    30 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru;

    (c)

    20 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu;

    (d)

    20 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

    2.   Il-kwantità annwali stabbilita għall-kwoti fil-Gruppi Nri 3, 4B, 5B, 6B, 6C u 10 ma għandhiex tinqasam f'subperjodi.

    3.   Il-kwantitajiet annwali stabbiliti għall-kwoti fil-Gruppi Nri 5 A u 5B għandhom ikunu ġestiti billi l-ewwel jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u mbagħad jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.”;

    (3)

    l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għall-Gruppi Nri 3, 6 A, 6B, 6C, 6D u 8, kull applikant jista' jressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzji tal-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu fi grupp wieħed jekk it-tali prodotti jkunu joriġinaw minn aktar minn pajjiż wieħed. L-applikazzjonijiet separati għal kull pajjiż tal-oriġini għandhom jitressqu fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. Għall-finijiet tal-kwantità massima msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.”;

    (b)

    il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “6.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-pajjiż speċifikat, ħlief għall-Gruppi Nri 3, 6 A, 6B, 6C, 6D u 8. Għall-gruppi kkonċernati minn dan l-obbligu, fil-kaxxa 8 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja nnifisha, għandu jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini u l-kelma “iva” għandha tiġi mmarkata b'salib.”;

    (4)

    fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal-liċenzja għall-Gruppi Nri 2, 3, 6 A, 6B, 6C, 6D, 8, 9 u 10, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 50 għal kull 100 kilogramma. Għall-Gruppi Nri 1, 4 A, 4B u 7, il-garanzija għandha tkun stabbilita għal EUR 10 għal kull 100 kilogramma u għall-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-Gruppi Nri 5 A u 5B, il-garanzija għandha tkun stabbilita għal EUR 35 għal kull 100 kilogramma.”;

    (5)

    fl-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Għall-Gruppi Nri 3, 4B, 5B, 6B, 6C u 10 ma għandhiex tapplika n-notifika msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.”;

    (6)

    l-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 8

    1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina (għall-Gruppi Nri 9 u 10), tal-Brażil (għall-Gruppi Nri 1, 4 A, 4B u 7) u tat-Tajlandja (għall-Gruppi Nri 2, 5 A u 5B), f'konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*3).

    2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Gruppi Nri 3, 6 A, 6B, 6C, 6D u 8.

    (*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”;"

    (7)

    l-Anness I huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Derogi mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-sena ta' kwota 2018/2019

    1.   B'deroga mir-Regolament (KE) Nru 616/2007, fir-rigward tal-kwoti li jikkorrispondu għall-Gruppi Nri 6C, 6D, 9 u 10 stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament kif emendat bl-Artikolu 1(7) ta' dan ir-Regolament, il-kwantitajiet pro rata li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għas-sena ta' kwota 2018/2019:

    (a)

    għan-numru tas-serje 09.4266: 15-il tunnellata;

    (b)

    għan-numru tas-serje 09.4267: 15-il tunnellata;

    (c)

    għan-numru tas-serje 09.4268: 1 250 tunnellata;

    (d)

    għan-numru tas-serje 09.4269: 1 500 tunnellata;

    (e)

    għan-numru tas-serje 09.4283: 150 tunnellata.

    2.   B'deroga mir-Regolament (KE) Nru 616/2007, fir-rigward tal-kwoti li jikkorrispondu għall-Gruppi Nri 6C, 6D, 9 u 10 stabbiliti fl-Anness I għal dak ir-Regolament kif emendat bil-punt (7) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għas-sena ta' kwota 2018/2019:

    (a)

    l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-Gruppi Nri 6C u 10 għandhom jitressqu bejn it-tmien jum kalendarju u l-15-il jum kalendarju mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell;

    (b)

    l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2019 għall-Gruppi Nri 6D u 9 għandhom jitressqu bejn it-tmien jum kalendarju u l-15-il jum kalendarju mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta' Brussell;

    (c)

    l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali li tkun tressqet applikazzjoni għaliha, li għandha tinqasam skont in-numru tal-ordni u l-oriġini, sa mhux aktar tard mis-seba' jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet imsemmi fil-punti (a) u (b);

    (d)

    il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-seba' jum tax-xogħol u mhux aktar tard mit-12-il jum tax-xogħol minn meta jintemm il-perjodu għan-notifiki msemmi fil-punt (c);

    (e)

    bejn is-16 u l-31 ta' Mejju 2019, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li jkunu jkopru l-liċenzji li jkunu ħarġu.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1252 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (ĠU L 237, 20.9.2018, p. 2).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/143 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (ĠU L 27, 31.1.2019, p. 2).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Laħam tat-tjur, immellaħ jew fis-salmura  (1)

    Pajjiż

    Grupp Nru

    Perjodiċità tal-ġestjoni

    Numru tas-serje

    Kodiċi NM

    Dazju doganali

    Kwantità annwali

    (f'tunnellati)

    Kwantità minima għal kull applikazzjoni

    Kwantità massima għal kull applikazzjoni

    Il-Brażil

    1

    Trimestrali

    09.4211

    ex 0210 99 39

    15,4 %

    170 807

    100 t

    10 %

    It-Tajlandja

    2

    Trimestrali

    09.4212

    ex 0210 99 39

    15,4 %

    92 610

    100 t

    5 %

    Oħrajn

    3

    Annwali

    09.4213

    ex 0210 99 39

    15,4 %

    828

    10 t

    10 %


    Preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur minbarra tad-dundjan

    Pajjiż

    Grupp Nru

    Perjodiċità tal-ġestjoni

    Numru tas-Serje

    Kodiċi NM

    Dazju doganali

    Kwantità annwali

    (f'tunnellati)

    Kwantità minima għal kull applikazzjoni

    Kwantità massima għal kull applikazzjoni

    Il-Brażil

    4 A

    Trimestrali

    09.4214

    1602 32 19

    8 %

    79 477

    100 t

    10 %

    09.4251

    1602 32 11

    EUR 630/t

    15 800

    100 t

    10 %

    09.4252

    1602 32 30

    10,9 %

    62 905

    100 t

    10 %

    4B

    Annwali

    09.4253

    1602 32 90

    10,9 %

    295

    10 t

    100 %

    It-Tajlandja

    5 A

    Trimestrali

    09.4215

    1602 32 19

    8 %

    160 033

    100 t

    10 %

    09.4254

    1602 32 30

    10,9 %

    14 000

    100 t

    10 %

    09.4255

    1602 32 90

    10,9 %

    2 100

    10 t

    10 %

    09.4256

    1602 39 29

    10,9 %

    13 500

    100 t

    10 %

    5B

    Annwali

    09.4257

    1602 39 21

    EUR 630/t

    10

    10 t

    100 %

    09.4258

    ex 1602 39 85  (2)

    10,9 %

    600

    10 t

    100 %

    09.4259

    ex 1602 39 85  (3)

    10,9 %

    600

    10 t

    100 %

    Oħrajn

    6 A

    Trimestrali

    09.4216

    1602 32 19

    8 %

    11 443

    10 t

    10 %

    09.4260

    1602 32 30

    10,9 %

    2 800

    10 t

    10 %

    6B

    Annwali

    09.4261 (4)

    1602 32 11

    EUR 630/t

    340

    10 t

    100 %

    09.4262

    1602 32 90

    10,9 %

    470

    10 t

    100 %

    09.4263 (5)

    1602 39 29

    10,9 %

    220

    10 t

    100 %

    09.4264 (5)

    ex 1602 39 85  (2)

    10,9 %

    148

    10 t

    100 %

    09.4265 (5)

    ex 1602 39 85  (3)

    10,9 %

    125

    10 t

    100 %

    6C

    Annwali

    09.4266 (6)

    1602 39 29

    10,9 %

    60

    10 t

    100 %

    09.4267 (6)

    1602 39 85

    10,9 %

    60

    10 t

    100 %

    Erga omnes

    6D

    Trimestrali

    09.4268

    1602 32 19

    8 %

    5 000

    10 t

    10 %

    Iċ-Ċina

    9

    Trimestrali

    09.4269

    1602 39 29

    10,9 %

    6 000

    10 t

    10 %

    Iċ-Ċina

    10

    Annwali

    09.4283

    1602 39 85

    10,9 %

    600

    10 t

    100 %


    Preparazzjonijiet tal-laħam tad-dundjan

    Pajjiż

    Numru tal-grupp

    Perjodiċità tal-ġestjoni

    Numru tas-Serje

    Kodiċi NM

    Dazju doganali

    Kwantità annwali

    (f'tunnellati)

    Minimu għal kull applikazzjoni

    Kwantità massima għal kull applikazzjoni

    Il-Brażil

    7

    Trimestrali

    09.4217

    1602 31

    8,5 %

    92 300

    100 t

    10 %

    Oħrajn

    8

    Trimestrali

    09.4218

    1602 31

    8,5 %

    11 596

    10 t

    10 %


    (1)  L-applikabbiltà tas-sistema preferenzjali hija ddeterminata abbażi tal-Kodiċi NM, bil-kundizzjoni li l-laħam immellaħ jew fis-salmura kkonċernat ikun laħam tat-tjur li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0207.

    (2)  Laħam ipproċessat tal-papri, tal-wiżż u tal-farawni, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur.

    (3)  Laħam ipproċessat tal-papri, tal-wiżż u tal-farawni, li fih anqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur.

    (4)  Ħlief il-Brażil, iżda inkluż it-Tajlandja.

    (5)  Ħlief it-Tajlandja, iżda inkluż il-Brażil.

    (6)  Ħlief iċ-Ċina.


    Top