This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0261
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/261 of 14 February 2019 amending Implementing Regulation (EU) 2018/140 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain cast iron articles originating in the People's Republic of China and terminating the investigation on imports of certain cast iron articles originating in India
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/261 tal-14 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/261 tal-14 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
C/2019/933
ĠU L 44, 15.2.2019, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2024
15.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 44/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/261
tal-14 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/140 (2), il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping definittiv b'rati li jvarjaw minn 15,5 % għal 38,1 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minnhom li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) ex 7325 10 00 (il-kodiċi TARIC 7325100031) u ex 7325 99 10 (il-kodiċi TARIC 7325991051) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
(2) |
Permezz tas-sentenza tat-12 ta' Lulju 2018 fil-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17, Profit Europe (3), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li n-NM trid tiġi interpretata li tfisser li l-fittings ta' tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali jridu jiġu klassifikati taħt is-subintestatura residwa 7307 19 90 bħala fittings oħrajn tal-ħadid fondut, minflok taħt is-subintestatura 7307 11 10 bħala fittings tal-ħadid fondut mhux malleabbli, jew taħt is-subintestatura NM 7307 19 10 bħala fittings tal-ħadid fondut malleabbli. |
(3) |
Iż-żewġ intestaturi tariffarji 7325 u 7307 għandhom struttura kważi identika u jikkonċernaw l-istess materjali. Għaldaqstant, tqies xieraq li s-sejba tal-Qorti tal-Ġustizzja tkun riflessa wkoll fil-klassifikazzjoni tal-oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 7325. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/140 rigward ċerti oġġetti tal-ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili) ikompli jirreferi għall-klassifikazzjoni tagħhom taħt il-kodiċi NM 7325 99 10 bħala oġġetti oħrajn tal-ħadid fondut malleabbli. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kodiċi NM ex 7325 99 10 (il-kodiċi TARIC 7325991051) jiġi sotitwit bil-kodiċi NM ex 7325 99 90 (il-kodiċi TARIC 7325999080) fost il-kodiċijiet elenkati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/140 rigward l-oġġetti li l-importazzjonijiet tagħhom ikunu soġġetti għad-dazju antidumping definittiv. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat il-ġbir effettiv tad-dazji antidumping fis-seħħ, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/140 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/140 huwa sostitwit bi:
“1. Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minnhom li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7325 10 00 (il-kodiċi TARIC 7325100031), u ex 7325 99 90 (il-kodiċi TARIC 7325999080) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Dawn l-oġġetti huma ta' tip użat biex:
— |
ikopru l-art jew sistemi ta' taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f'sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ, u wkoll |
— |
jagħtu aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ. |
L-oġġetti jistgħu jkunu maħdumin bil-magni, miksijin, miżbugħin u/jew iffitjati b'materjali oħra bħal iżda mhux limitati għal konkrit, ċangaturi jew madum.
It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:
— |
spralli tal-kanali u uċuħ fonduti soġġetti għall-istandard EN 1433, biex jiġu ffittjati bħala komponent fuq kanali tal-polimeru, tal-plastik, tal-azzar galvanizzat jew tal-konkrit li jippermettu l-fluss tal-ilma tas-superfiċje għal ġol-kanal, |
— |
toqob tal-iskular tal-art, toqob tal-iskular tal-bjut, cleanouts u għotjien tal-cleanouts, soġġetti għan-norma EN 1253, |
— |
turġien tal-ħadid, vireg tal-irfigħ, u idraturi tan-nirien.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta' Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 25, 30.1.2018, p. 6).
(3) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2018, il-Kawżi Magħquda C-397/17 u C-398/17, Profit Europe NV v Belgische Staat, ECLI:EU:C:2018:564.