Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0257

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/257 tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda għall-294 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u ma' organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida

    C/2019/1390

    ĠU L 43, 14.2.2019, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/257/oj

    14.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 43/34


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/257

    tat-13 ta' Frar 2019

    li jemenda għall-294 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u ma' organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u ma' organizzazzjonijiet ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-8 ta' Frar 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jħassar erba' entrati mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2019.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:

    “Hassan Abdullah Hersi Al-Turki (psewdonimu (a) Hassan Turki, (b) Hassen Abdelle Fihiye, (c) Sheikh Hassan Abdullah Fahaih, (d) Hassan Al- Turki, (e) Hassan Abdillahi Hersi Turki, (f) Sheikh Hassan Turki, (g) Xasan Cabdilaahi Xirsi, (h) Xasan Cabdulle Xirsi). Data tat-twelid: madwar l-1944. Post tat-twelid: Reġjun V, l-Etjopja (ir-Reġjun ta' Ogaden ta' l-Etjopja tal-Lvant). Nazzjonalità: Somala. Indirizz: Irrappurtat li qiegħed fin-Nofsinhar tas-Somalja, f'Juba ta' Isfel ħdejn Kismayo, prinċipalment f'Jilibe u Burgabo min-Novembru 2012. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.7.2004.”

    “Jamal Housni (psewdonimu (a) Djamel il marocchino, (b) Jamal Al Maghrebi, (c) Hicham). Data tat-twelid: 22.2.1983. Post tat-twelid: Il-Marokk. Indirizz: (a) Via Uccelli di Nemi 33, Milan, l-Italja, (b) Via F. De Lemene 50, Milan, l-Italja. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt arrest minn Ġunju 2009. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 2.8.2006.”

    “Malik Muhammad Ishaq (psewdonimu Malik Ishaq). Indirizz: Il-Pakistan. Data tat-twelid: madwar l-1959. Post tat-twelid: Rahim Yar Khan, il-Provinċja tal-Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: mibni b'għajnejh suwed, xagħru iswed u karnaġġjon kannella medju b'daqna kbira sewda; (b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Inqatel fil-Pakistan fit-28.07.2015. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 14.3.2014.”

    “Lavdrim Muhaxheri (psewdonimu (a) Abu Abdullah al Kosova, (b) Abu Abdallah al-Kosovi, (c) Abu Abdallah al-Kosovo); Data tat-twelid: (a) 3.12.1989, (b) madwar l-1987; Post tat-twelid: Kaqanik/Kacanik; Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Settembru 2015). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”


    Top