This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0254
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/254 of 9 November 2018 on the adaptation of Annex III to Regulation (EU) No 1315/2013 of the European Parliament and of the Council on Union guidelines for the development of the trans-European transport network (Text with EEA relevance.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/254 tad-9 ta' Novembru 2018 dwar l-adattament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/254 tad-9 ta' Novembru 2018 dwar l-adattament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/7375
ĠU L 43, 14.2.2019, pp. 1–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1679
14.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/254
tad-9 ta' Novembru 2018
dwar l-adattament tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jipprevedi l-possibilità li jiġu adattati l-mapep indikattivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) li ġie estiż għall-pajjiżi ġirien speċifiċi abbażi ta' ftehimiet ta' livell għoli dwar netwerks tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati. |
(2) |
Il-ftehimiet ta' livell għoli dwar l-adattament tal-estensjoni indikattiva tal-mapep komprensivi tat-TEN-T u dwar l-identifikazzjoni tal-konnessjonijiet tan-netwerk ewlieni fuq il-mapep komprensivi tan-netwerk ġew iffirmati bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna) fl-24 ta' Novembru 2017. Il-ftehim ta' livell għoli bejn l-Unjoni u l-Georgia ġie ffirmat fit-18 ta' Lulju 2018. Il-ftehimiet jikkonċernaw l-linji tan-netwerks ferrovjarji u tat-toroq, kif ukoll il-portijiet u l-ajruporti. L-adattament tal-mapep komprensivi u indikattivi tan-netwerk u, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni ta' netwerk ewlieni indikattiv, għandu jippermetti lill-Unjoni timmira aħjar il-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ikkonċernati. |
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fis-Sezzjoni 15 (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (15.3 u 15.4 dwar ir-Repubblika tal-Armenja):
“
|
(2) |
Fis-Sezzjoni 15 (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (15.5 u 15.6 dwar l-Ażerbajġan):
“
|
(3) |
Fis-Sezzjoni 15 (ir-Repubblika tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Georgia) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (15.7 u 15.8 dwar il-Georgia):
“
|
(4) |
Fis-Sezzjoni 16 (il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (16.3 u 16.4 dwar il-Belarussja):
“
|
(5) |
Fis-Sezzjoni 16 (il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (16.5 u 16.6 dwar ir-Repubblika tal-Moldova):
“
|
(6) |
Fis-Sezzjoni 16 (il-Belarussja, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna) jiżdiedu l-mapep li ġejjin (16.7 u 16.8 dwar l-Ukrajna):
“
|