Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0168

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/168 tal-31 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/697

    ĠU L 33, 5.2.2019, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/168/oj

    5.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 33/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/168

    tal-31 ta' Jannar 2019

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi li jitqiesu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tolklofos-metil, triklopir, trinessapak, tritikonażol u żiram ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 (3). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' April 2019.

    (3)

    Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, fluważinam, flutolanil u mepikwat se jiskadu fit-28 ta' Frar 2019.

    (4)

    Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeci israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), epossikonażol, fenpirossimat, Lecanicillium muscarium, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, Phlebiopsis gigantea, Pythium oligandrum, Streptomyces K61, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum u Verticillium albo-atrum se jiskadu fit-30 ta' April 2019.

    (5)

    L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi ġew ippreżentati b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

    (6)

    Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi attivi tiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza tal-perjodi ta' approvazzjoni.

    (7)

    Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tiffissa d-data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirksostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

    (8)

    Billi l-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, fluważinam, flutolanil u mepikwat jiskadu fit-28 ta' Frar 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

    (9)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 tat-28 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, u r-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, pirimetanil, kinoksifen, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tijametossam, tiram, tolklofos-metil, triklopir, trineksapak, tritikonażol, u żiram (ĠU L 88, 4.4.2018, p. 4).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


    ANNESS

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Ziram, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (2)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 89, Pseudomonas chlororaphis Razza: MA 342, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (3)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 90, Mepanipirim, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (4)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 92, Thiacloprid, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (5)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, Clodinafop, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (6)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, Pirimicarb, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (7)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 125, Rimsulfuron, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (8)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 126, Tolclofos-methyl, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (9)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, Triticonazole, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (10)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 129, Clopyralid, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (11)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 130, Cyprodinil, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (12)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 131, Fosetyl, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (13)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 132, Trinexapac, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (14)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 133, Dichlorprop-P, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (15)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 134, Metconazole, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (16)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pyrimethanil, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (17)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, Triclopyr, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (18)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 137, Metrafenone, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (19)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 138, Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (20)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, Spinosad, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (21)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 187, Flutolanil, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

    (22)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 188, Benfluralin, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

    (23)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 189, Fluazinam, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

    (24)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 191, Mepiquat, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

    (25)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 193, Bacillus thuringiensis subsp. aizawai, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (26)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 194, Bacillus thuringiensis subsp. israeliensis, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (27)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 195, Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (28)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 197, Beauveria bassiana, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (29)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 198, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (30)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 199, Lecanicillium muscarium, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (31)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 200, Metarhizium anisopliae var. anisopliae, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (32)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 201, Phlebiopsis gigantea, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (33)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 202, Pythium oligandrum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (34)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 203, Streptomyces K61, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (35)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 204, Trichoderma atroviride, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (36)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 206, Trichoderma harzianum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (37)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 207, Trichoderma asperellum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (38)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 208, Trichoderma gamsii, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (39)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 209, Verticillium albo-atrum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (40)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 210, Abamectin, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (41)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 211, Epoxiconazole, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

    (42)

    fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 213, Fenpyroximate, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”.


    Top