This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0113
Regulation (EU) 2019/113 of the European Central Bank of 7 December 2018 amending Regulation (EU) No 1333/2014 concerning statistics on the money markets (ECB/2018/33)
Regolament (UE) 2019/113 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2018/33)
Regolament (UE) 2019/113 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2018/33)
ĠU L 23, 25.1.2019, p. 19–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/19 |
REGOLAMENT (UE) 2019/113 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2018/33)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 (1) dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkonsulta mal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (2) jeħtieġ ir-rapportar ta' dejta statistika mill-aġenti li jirrapportaw sabiex is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), fil-qadi ta' dmirijietha, tkun tista' tipproduċi statistika dwar is-suq monetarju tal-euro. |
(2) |
Biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika ta' kwalità għolja dwar is-suq monetarju tal-euro, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li l-aġenti li jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) rilevanti dwar it-tranżazzjonijiet kollha konklużi bejn l-aġent li jirrapporta u l-korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal tranżazzjonijiet ma' banek ċentrali li ma jsirux għal skopijiet ta' investiment), kif ukoll gvern ġenerali u ċerti korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ġbir tad-dejta jibbenefika mill-użu obbligatorju estiż tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) fir-rapportar fl-Unjoni. |
(3) |
Minħabba l-importanza li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika tempestiva dwar is-suq monetarju tal-euro, jenħtieġ ukoll li jiġu armonizzati u msaħħa l-obbligi tal-aġenti li jirrapportaw li jittrażmettu informazzjoni lill-BĊNi jew lill-BĊE fil-ħin. |
(4) |
Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni statistika tinġabar, tiġi kkompilata u trażmessa mill-aġenti li jirrapportaw b'mod li jipproteġi l-integrità tal-informazzjoni. B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-informazzjoni statistika li jirċievu l-BĊNi jew il-BĊE għandha tkun imparzjali, jiġifieri rappreżentazzjoni newtrali ta' tranżazzjonijiet osservabbli konklużi f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta mill-aġent li jirrapporta, oġġettiva u affidabbli, sabiex tikkonforma mal-prinċipji ġenerali fl-Impenn Pubbliku tas-SEBĊ dwar l-Istatistika Ewropea (3). Barra minn hekk, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jiżguraw li kwalunkwe żball li jiskopru fl-informazzjoni statistika rrapportata jiġi kkoreġut u kkomunikat lill-BĊE u lill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli. |
(5) |
L-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet se tiżgura li s-SEBĊ ikollha informazzjoni statistika aktar f'waqtha, komprensiva, dettaljata, armonizzata u affidabbli dwar is-suq monetarju tal-euro, li għandha tippermetti analiżi aktar fil-fond tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-politika monetarja. Barra minn hekk, id-dejta miġbura tista' tintuża għall-iżvilupp u l-amministrazzjoni ta' rata tal-imgħax mil-lum għall-għada mhux iggarantita. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) għandu jkun emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) hu emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
|
4. |
Jitħassar l-Artikolu 5. |
5. |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
6. |
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
7. |
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament. |
8. |
L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (ECB/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).
(3) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fl-indirizz www.ecb.europa.eu
ANNESS I
“ANNESS I
Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti
PARTI 1
TIP TA' STRUMENTI
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti kull ftehim ta' riakkwist u kull tranżazzjoni konkluż skont dawn, inklużi tranżazzjonijiet repo bi tliet partijiet, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR. It-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.
PARTI 2
TIP TA' DEJTA
1. |
Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
|
2. |
Livell minimu ta' materjalità:
Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR (*2). |
(*1) L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(*2) Ara “Basel III: Il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-għodda ta' monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità”, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Jannar 2013, pp. 23 sa 27, disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fl-indirizz: www.bis.org.
ANNESS II
“ANNESS II
Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet mhux iggarantiti
PARTI 1
TIP TA' STRUMENTI
1. |
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):
Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi. |
2. |
It-tabella hawn isfel tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti għal tranżazzjonijiet li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE. F'każ li l-aġenti li jirrapportaw ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet lill-BĊN tagħhom, il-BĊN relevanti għandhom jittrasponu dawk id-deskrizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.
|
PARTI 2
TIP TA' DEJTA
1. |
Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
|
2. |
Livell minimu ta' materjalità:
Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR. |
(*1) L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
ANNESS III
“ANNESS III
Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet derivattivi
PARTI 1
TIP TA' STRUMENTI
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):
(a) |
kull tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani, fejn l-euro jinxtraw/jinbiegħu spot kontra munita barranija u jerġgħu jinbiegħu jew jerġgħu jinxtraw f'data forward b'rata forward ta' kambju miftiehma minn qabel b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu tal-parti spot tat-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani), bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR; |
(b) |
tranżazzjonijiet ta' swaps ta' indiċi mil-lejl għan-nhar (OIS) iddenominati f'euro bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR. |
Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.
PARTI 2
TIP TA' DEJTA
1. |
Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) għal tranżazzjonijiet ta' swaps tal-kambju li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
|
2. |
Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni għal tranżazzjonijiet tal-OIS li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:
|
3. |
Livell minimu ta' materjalità:
Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR. |
(*1) L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
ANNESS IV
“ANNESS IV
Standards minimi li jridu jiġu applikati mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta
L-aġenti li jirrapportaw iridu jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jilħqu r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
1. |
Standards minimi għat-trażmissjoni:
|
2. |
L-istandards minimi għall-preċiżjoni:
|
3. |
L-istandards minimi għall-konformità mal-kunċetti:
|
4. |
L-istandards minimi għar-reviżjonijiet:
Il-politika u l-proċeduri dwar ir-reviżjonijiet stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn noti ta' spjega. |
5. |
L-istandards minimi għall-integrità tad-dejta:
|