This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0110
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/110 of 24 January 2019 authorising an extension of use of Allanblackia seed oil as a novel food under Regulation (EU) 2015/2283 of the European Parliament and of the Council and amending Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2470 (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/110 tal-24 ta' Jannar 2019 li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/110 tal-24 ta' Jannar 2019 li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/292
ĠU L 23, 25.1.2019, pp. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/110
tal-24 ta' Jannar 2019
li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid ta' ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni u l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b'segwitu tal-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) (4), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/559/KE (5) awtorizzat it-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid biex jintuża fid-dlik isfar tax-xaħam u fid-dlik b'bażi ta' krema. |
|
(5) |
Fit-22 ta' Settembru 2014, il-kumpanija Unilever NV/Unilever PLC ressqet talba lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 għal estenzjoni tal-użu u tal-livelli tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia. L-applikazzjoni talbet l-estenzjoni tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għal kategorija tal-ikel addizzjonali, jiġifieri għat-taħlitiet ta' żjut veġetali u ħalib, u talbet li jinżiedu l-livelli massimi tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għall-kategoriji tal-ikel li diġà huma awtorizzati bid-Deċiżjoni 2008/559/KE. L-applikazzjoni talbet ukoll bidla tal-ispeċifikazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia, b'mod partikolari dwar: is-simplifikazzjoni tal-indikazzjoni ta' ammonti żgħar ta' aċidi xaħmin saturati: li l-aċidu lawriku, l-aċidu miristiku u l-aċidu palmitiku jiddaħħlu flimkien f'parametru wieħed (C12:0 – C14:0 – C16:0); li jitħallew barra l-indikazzjonijiet ta' ammonti żgħar (ta' inqas minn 1 % kull wieħed) tal-aċidu palmitolejku u tal-aċidu arakidiku, u li jiddaħħlu l-aċidi grassi poliinsaturati; li titħalla barra l-indikazzjoni tal-valur tal-jodju; li jinżiedu l-limiti massimi għall-aċidi xaħmin trans (minn ≤ 0,5 % għal ≤ 1 %); li jinżiedu l-limiti massimi għall-perossidu (minn ≤ 0,8 għal ≤ 1,0 meq/kg); li jinżiedu l-limiti massimi għall-materjal insaponifikabbli (minn ≤ 0,1 % għal ≤ 1 %). L-awtorità ma għandha l-ebda tħassib dwar is-sikurezza rigward il-bidliet proposti tal-parametri ta' speċifikazzjoni. |
|
(6) |
Fit-13 ta' Diċembru 2017, l-awtorità kompetenti tan-Netherlands ħarġet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport ikkonkludiet li l-estenzjoni tal-użi u tal-livelli massimi tal-użu proposti taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia, u t-tibdil tal-ispeċifikazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia jissodisfaw il-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni li titressaq lil Stat Membru bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li dwarha ma tkunx ittieħdet id-deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(8) |
Filwaqt li t-talba għall-estenzjoni tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia tressqet lil Stat Membru bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(9) |
Bi qbil mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fil-25 ta' April 2018 il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità u talbitha tipprovdi opinjoni xjentifika billi twettaq il-valutazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid. |
|
(10) |
Fis-27 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità adottat Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għal użi estiżi f'taħlitiet ta' żjut veġetali u ħalib u fi dlik isfar tax-xaħam u dlik b'bażi ta' krema sa 30 % (w/w) (6) kif talab l-applikant. Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. It-taħlitiet ta' żjut veġetali u ħalib jidħlu fil-kategorija tal-ikel: Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi s-sostituti tal-ħalib li jitħalltu max-xarbiet biex ibajduhom. |
|
(11) |
L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li ż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bl-ispeċifikazzjoni mmodifikata, bl-użi u bil-livelli tal-użu proposti jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għas-sustanza żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) Il-Bord tal-NDA tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar Prodotti Dijetetiċi, Nutrizzjoni u Allerġiji), 2007.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/559/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 9.7.2008, p. 20). Safety of Allanblackia seed oil for use in yellow fat and cream based spreads, EFSA Journal (2007) 580, 1-10.
(6) EFSA Journal 2018; 16(8):5362.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tinbidel b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||
|
(2) |
L-entrata taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tinbidel b'dan li ġej:
|