EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0039

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/7

ĠU L 9, 11.1.2019, p. 106–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/39/oj

11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/106


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/39

tal-10 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(2)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Awstralja, l-isem u l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti nbidlu.

(3)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Kanada, l-indirizzi tal-Internet tal-korpi tal-kontroll “Oregon Tilth Incorporated” u “TransCanada Organic Certification Services” inbidlu. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent tal-korp tal-kontroll “Organic Certifiers” ġie rtirat.

(4)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Indja, l-isem tal-awtorità kompetenti tagħha nbidel.

(5)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Ġappun, ir-rikonoxximent tal-korpi tal-kontroll “Japan Eco-system Farming Association” u “The Mushroom Research Institute of Japan” ġie rtirat.

(6)

Skont l-informazzjoni mogħtija minn New Zealand, l-isem tal-korp tal-kontroll “BioGro New Zealand” u l-indirizzi tal-Internet tal-korpi kollha ta' kontroll inbidlu.

(7)

Skont l-informazzjoni mogħtija mir-Repubblika tal-Korea, l-indirizzi tal-Internet tal-korpi tal-kontroll “Jeonnam bioindustry foundation” u “Green Environmentally-Friendly certification center” inbidlu. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent tal-korp tal-kontroll “Controlunion” ġie rtirat.

(8)

Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Iżvizzera, l-isem u l-indirizz tal-Internet tal-korp tal-kontroll “IMOswiss AG” inbidlu.

(9)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agricert- Certificação de Produtos Alimentares lda” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Eġittu, il-Guinea u l-Mozambique.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Albinspekt” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D għall-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja, u għall-kategorija tal-prodotti B għall-Iran, il-Każakistan, il-Moldova, it-Turkija u l-Ukrajna.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Bioagricert- S.r.l” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E għall-Każakistan, u għall-kategorija tal-prodotti B għall-Polineżja Franċiża u għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Filippini.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bio.inspecta AG” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Alġerija, il-Kambodja, iċ-Chad u t-Tuneżija.

(14)

Fis-6 ta' Settembru 2018, l-IOAS, korp ta' akkreditazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni organika, infurmat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tirtira l-akkreditazzjoni ta' “Bolicert Ltd” minħabba li dan il-korp tal-kontroll naqas milli jsolvi n-nuqqasijiet ta' konformità fin-numru massimu ta' perjodi ta' sottomissjoni permess taħt il-proċedura ta' valutazzjoni tal-IOAS. Barra minn hekk, l-awditjar li wettqet il-Kummissjoni f'“Bolicert Ltd” fil-Bolivja f'Mejju 2017 żvela nuqqasijiet fl-istandard tal-produzzjoni organika u fil-miżuri ta' kontroll. Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni talbet lil “Bolicert Ltd” biex tipprovdi ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u biex tieħu l-miżuri adegwati biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet. Meta jitqies li “Bolicert Ltd” naqset milli tieħu azzjoni ta' rimedju xierqa u f'waqtha biex tindirizza n-nuqqasijiet u milli tipprovdi lill-Kummissjoni b'ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu, il-Kummissjoni ddeċidiet, skont l-Artikolu 12(2)(d), (e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, li tirtira lil “Bolicert Ltd” mil-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll għall-fini ta' ekwivalenza.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għal-Libanu, għall-kategorija tal-prodotti B għall-Haiti, il-Moldova u t-Tanzanija, għall-kategorija tal-prodotti E għas-Sri Lanka u għall-kategorija tal-prodotti F għall-Kenja. Barra minn hekk, jidher li r-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti C irid jiġi rtirat fir-rigward tal-Brunei, iċ-Ċili, iċ-Ċina, l-Ekwador, Hong Kong, il-Honduras, l-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Marokk, Monaco, Madagascar, il-Mozambique, il-Perù, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Istati Uniti u l-Vjetnam.

(16)

Il-Kummissjoni talbet lil “Ekoagros” biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar l-attivitajiet koperti fir-rapport annwali tagħha b'konformità mal-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. B'mod partikolari, “Ekoagros” intalbet tipprovdi informazzjoni dwar kif in-nuqqasijiet ta' konformità tal-operaturi li ttieħdu minn korpi tal-kontroll oħrajn fl-Ukrajna ġew indirizzati b'konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3). Barra minn hekk, Ekoagros intalbet tispjega kif ġew implimentati l-kontrolli addizzjonali għal ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna, il-Każakistan u r-Russja. “Ekoagros” naqset milli tipprovdi tweġibiet sodisfaċenti lill-Kummissjoni. Għalhekk, l-entrata ta' “Ekoagros” għall-Ukrajna fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li tiġi sospiża sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti.

(17)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “IBD Certificações Ltda” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E għar-Russja u li jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti C għall-Brażil.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Letis S.A.” biex jinbidel l-indirizz tagħha u jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti A għall-Użbekistan, għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Ażerbajġan, il-Belarussja, l-Eġittu, il-Kosta tal-Avorju, il-Kirgiżistan, il-Marokk, it-Turkmenistan u l-Emirati Għarab Magħquda, għall-kategoriji tal-prodotti B u C għall-Costa Rica u għall-kategoriji tal-prodotti A, B, C u D għall-Belize, il-Brażil, il-Kolombja, ir-Repubblika Dominicana, il-Gwatemala, il-Honduras, il-Panama u El Salvador.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand “Oregon Tilth” biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha għaċ-Ċina.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organic Control System” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(21)

Il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand “ORSER” biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha għan-Nepal.

(22)

“Soil Association Certification Limited” innotifikat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tagħha.

(23)

Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(24)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata li tikkonċerna lill-Awstralja, il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.

Awtorità kompetenti: Department of Agriculture and Water Resources,

http://www.agriculture.gov.au/export/controlled-goods/organic-bio-dynamic”;

(2)

fl-entrata li tikkonċerna lill-Kanada, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi CA-ORG-011 u CA-ORG-021 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“CA-ORG-011

Oregon Tilth Incorporated (OTCO)

http://www.tilth.org

CA-ORG-021

TransCanada Organic Certification Services (TCO Cert)

http://www.tcocert.ca/contacts/”

(b)

titħassar ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi CA-ORG-012;

(3)

fl-entrata li tikkonċerna lill-Indja, il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.

Awtorità kompetenti: Agricultural and Processed Food Products Export Development Authority APEDA, http://www.apeda.gov.in/apedawebsite/index.asp”;

(4)

fl-entrata li tikkonċerna lill-Ġappun, jitħassru r-ringieli li jikkonċernaw JP-BIO-019 u JP-BIO-33;

(5)

fl-entrata li tikkonċerna lil New Zealand, il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

Korpi tal-kontroll:

NZ-BIO-001

Ministry for Primary Industries (MPI)

http://www.mpi.govt.nz/exporting/food/organics/

NZ-BIO-002

AsureQuality Limited

https://www.asurequality.com

NZ-BIO-003

BioGro New Zealand Limited

https://www.biogro.co.nz”

(6)

fl-entrata li tikkonċerna lir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi KR-ORG-017 u KR-ORG-020 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“KR-ORG-017

Jeonnam bioindustry foundation

www.jbf.kr

KR-ORG-020

Green Environmentally-Friendly certification center

http://cafe.naver.com/greenorganic6279”

(b)

titħassar ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi KR-ORG-018;

(7)

fl-entrata li tikkonċerna lill-Iżvizzera, fil-punt 5, ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi CH-BIO-004 hija sostitwita b'dan li ġej:

“CH-BIO-004

Ecocert IMOswiss AG

http://www.ecocert-imo.ch”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Agricert - Certificação de Produtos Alimentares lda”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“EG-BIO-172

L-Eġittu

x

x

GN-BIO-172

Il-Guinea

x

x

MZ-BIO-172

Il-Mozambique

x

x

—”

(2)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Albinspekt”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AM-BIO-139

L-Armenja

x

x

x

BA-BIO-139

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

x

IR-BIO-139

L-Iran

x

KZ-BIO-139

Il-Każakistan

x

MD-BIO-139

Il-Moldova

x

ME-BIO-139

Il-Montenegro

x

x

x

MK-BIO-139

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

x

x

x

RS-BIO-139

Is-Serbja

x

x

x

TR-BIO-139

It-Turkija

x

UA-BIO-139

L-Ukrajna

x

—”

(3)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Bioagricert S.r.l.”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“KZ-BIO-132

Il-Każakistan

x

x

x

PH-BIO-132

Il-Filippini

x

x

—”

(b)

fir-ringiela li tikkonċerna lill-Polineżja Franċiża, jiżdied salib fil-kolonna B;

(4)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“DZ-BIO-161

L-Alġerija

x

x

KH-BIO-161

Il-Kambodja

x

x

TD-BIO-161

Iċ-Chad

x

x

TN-BIO-161

It-Tuneżija

x

x

—”

(5)

titħassar l-entrata li tikkonċerna lil “Bolicert Ltd”;

(6)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Ecocert SA”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“LB-BIO-154

Il-Libanu

x

x

—”

(b)

fir-ringieli li jikkonċernaw lill-Haiti, il-Moldova u t-Tanzanija, jiżdied salib fil-kolonna B;

(c)

fir-ringieli li jikkonċernaw liċ-Ċilì, iċ-Ċina, l-Ekwador, Hong Kong, il-Honduras, l-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Marokk, Monaco, Madagascar, il-Mozambique, il-Perù, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija u l-Vjetnam, jitħassar is-salib fil-kolonna C;

(d)

fir-ringiela li tikkonċerna lis-Sri Lanka, jiżdied salib fil-kolonna E;

(e)

fir-ringiela li tikkonċerna lill-Kenja, jiżdied salib fil-kolonna F;

(f)

jitħassru r-ringieli li jikkonċernaw lill-Brunei u l-Istati Uniti;

(7)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Ekoagros”, fil-punt 3, titħassar ir-ringiela li tikkonċerna lill-Ukrajna;

(8)

fl-entrata li tikkonċerna lil “IBD Certificações Ltda”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi

“RU-BIO-122

Ir-Russja

x

x

x

—”

(b)

fir-ringiela li tikkonċerna lill-Brażil, jitħassar is-salib fil-kolonna C;

(9)

l-entrata li tikkonċerna lil “Letis S.A.” hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Urquiza 1285 planta alta, Rosario, Santa Fe, Argentina”;

(b)

fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AZ-BIO-135

l-Ażerbajġan

x

x

BY-BIO-135

il-Belarussja

x

x

BZ-BIO-135

Il-Belize

x

x

x

x

BR-BIO-135

Il-Brażil

x

x

x

x

CI-BIO-135

Il-Kosta tal-Avorju

x

x

CO-BIO-135

Il-Kolombja

x

x

x

x

CR-BIO-135

Il-Costa Rica

x

x

DO-BIO-135

Ir-Repubblika Dominicana

x

x

x

x

EG-BIO-135

L-Eġittu

x

x

GT-BIO-135

Il-Gwatemala

x

x

x

x

HN-BIO-135

Il-Honduras

x

x

x

x

KG-BIO-135

Il-Kirgiżistan

x

x

MA-BIO-135

Il-Marokk

x

x

PA-BIO-135

Il-Panama

x

x

x

x

SV-BIO-135

El Salvador

x

x

x

x

TM-BIO-135

It-Turkmenistan

x

x

AE-BIO-135

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

VN-BIO-135

L-Użbekistan

x

—”

(10)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Oregon Tilth”, fil-punt 3, titħassar ir-ringiela li tikkonċerna liċ-Ċina;

(11)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Organic Control System”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“MK-BIO-162

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

x

x

x

—”

(12)

fl-entrata li tikkonċerna lil “ORSER”, titħassar ir-ringiela li tikkonċerna lin-Nepal;

(13)

fl-entrata li tikkonċerna lil “Soil Association Certification Limited”, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Spear House 51 Victoria Street, Bristol BS1 6AD, United Kingdom”.

Top