Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0023

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/23 tas-7 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    C/2019/75

    ĠU L 5, 8.1.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/23/oj

    8.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 5/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/23

    tas-7 ta' Jannar 2019

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fis-27 ta' Diċembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

    (3)

    Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Jannar 2019.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


    (1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:

    “106.

    RAYON STATE ESTABLISHMENT (magħruf ukoll bħala RAYON STATE COMPANY). Indirizz: P.O. Box 11230, Hindiya, il-Babilonja, l-Iraq.”

    Top