Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L2161

    Direttiva (UE) 2019/2161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    PE/83/2019/REV/1

    ĠU L 328, 18.12.2019, p. 7–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2161/oj

    18.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 328/7


    DIRETTIVA (UE) 2019/2161 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Novembru 2019

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 169(1), u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell għoli ta’ ħarsien għall-konsumatur permezz ta’ miżuri adottati skont l-Artikolu 114 TFUE. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

    (2)

    Jenħtieġ li l-liġi għall-ħarsien tal-konsumatur tiġi applikata b’mod effettiv fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità komprensiv tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2016 u fl-2017 fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) ikkonkluda li l-effettività tal-liġi ta’ protezzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija kompromessa minn nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni kemm fost il-kummerċjanti kif ukoll fost il-konsumaturi u li mezzi eżistenti ta’ rimedju jistgħu jiġu sfruttati aktar ta’ spiss.

    (3)

    L-Unjoni diġà ħadet għadd ta’ miżuri biex ittejjeb l-għarfien fost il-konsumaturi, il-kummerċjanti u l-prattikanti legali dwar id-drittijiet tal-konsumatur u biex jitjiebu l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur u r-rimedju għall-konsumatur. Madankollu, għad fadal xi lakuni fil-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ penali verament effettivi u proporzjonati biex jiskoraġġixxu u jissanzjonaw ksur fi ħdan l-Unjoni, rimedji individwali insuffiċjenti għal konsumaturi li jkunu ġarrbu danni minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u nuqqasijiet fir-rigward tal-proċedura ta’ inġunzjoni taħt id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-reviżjoni tal-proċedura tal-inġunzjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata minn strument separat li jemenda u jissostitwixxi d-Direttiva 2009/22/KE.

    (4)

    Id-Direttivi 98/6/KE (5), 2005/29/KE u 2011/83/UE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jinkludu rekwiżiti li l-Istati Membri jipprovdu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi biex jindirizzaw il-ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu dawk id-Direttivi. Barra minn hekk, l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jesiġi li l-Istati Membri jieħdu miżuri ta’ infurzar, inkluża l-impożizzjoni ta’ penali, b’mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat biex jitwaqqfu jew jiġu pprojbiti każijiet ta’ ksur mifruxa jew każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni.

    (5)

    Ir-regoli nazzjonali attwali dwar il-penali jvarjaw b’mod sinifikanti madwar l-Unjoni. B’mod partikolari, mhux l-Istati Membri kollha jiżguraw li multi effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq kummerċjanti li huma responsabbli għal każijiet ta’ ksur mifruxa jew każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli eżistenti dwar il-penali tad-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE jitjiebu u, fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli ġodda dwar il-penali fid-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (8).

    (6)

    Jenħtieġ li tibqa’ d-deċiżjoni tal-Istati Membri li jagħżlu t-tipi ta’ penali li għandhom jiġu imposti u li jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom il-proċeduri rilevanti għall-impożizzjoni ta’ penali fil-każ ta’ ksur tad-Direttivi 93/13/KEE, 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE kif emendati b’din id-Direttiva.

    (7)

    Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni aktar konsistenti tal-penali, b’mod partikolari f’każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni kif iddefiniti fir-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li jiġu introdotti, fid-Direttivi 93/13/KEE, 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE, kriterji komuni mhux eżawrjenti u indikattivi għall-applikazzjoni ta’ penali. Jenħtieġ li dawn il-kriterji jinkludu, pereżempju, in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur, u kwalunkwe rimedju pprovdut mill-kummerċjant lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata. Ksur ripetut min-naħa tal-istess awtur juri tendenza għat-twettiq ta’ tali ksur u għalhekk ikun indikazzjoni sinifikanti tal-gravità tal-aġir u, għaldaqstant, tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali biex tinkiseb deterrenza effettiva. Il- benefiċċji finanzjarji miksuba, jew telf evitat, minħabba l-ksur jenħtieġ li jitqiesu jekk tkun disponibbli d-data rilevanti. Jistgħu jitqiesu fatturi aggravanti jew mitiganti oħrajn applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

    (8)

    Dawk il-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi komuni għall-applikazzjoni ta’ penali jistgħu ma jkunux rilevanti fid-deċiżjoni dwar penali fir-rigward ta’ kull każ ta’ ksur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ksur mhux serju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi applikabbli għall-impożizzjoni ta’ penali, bħal pereżempju l-prinċipju ta’ non bis in idem.

    (9)

    Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni koordinata għandhom fil-ġurisdizzjoni tagħhom jieħdu l-miżuri ta’ infurzar kollha meħtieġa kontra l-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew għall-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni biex jitwaqqaf jew jiġi pprojbit dak il-ksur. Fejn adatt, huma għandhom jimponu penali, bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fuq il-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew għall-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni. Għandhom jittieħdu miżuri ta’ infurzar b’mod effettiv, effiċjenti u kkoordinat biex jitwaqqaf jew jiġi pprojbit il-ksur mifrux jew il-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mill-azzjoni koordinata għandhom jippruvaw jieħdu miżuri ta’ infurzar b’mod simultanju fl-Istati Membri kkonċernati minn dak il-ksur.

    (10)

    Biex ikun żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward tal-każijiet ta’ ksur mifruxa u tal-każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni li jkunu soġġetti għal miżuri kkoordinati ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2394, jenħtieġ li jiġu introdotti multi bħala element ta’ penali għal tali ksur. Biex jiġi żgurat li l-multi jkollhom effett dissważiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu fid-dritt nazzjonali tagħhom il-multa massima għal tali ksur f’livell li jkun mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru kkonċernat jew Stati Membri kkonċernati. F’ċerti każijiet, il-kummerċjant jista’ jkun ukoll grupp ta’ kumpaniji.

    (11)

    Kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2017/2394, meta jiġu imposti penali jenħtieġ tingħata konsiderazzjoni dovuta, kif adatt, lin-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-każ ta’ ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta’ penali jenħtieġ tkun proporzjonata u jenħtieġ tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inkluż ma’ salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta. Fl-aħħar nett, il-penali imposti jenħtieġ ikunu adegwati għan-natura u għall-ħsara effettiva jew potenzjali b’mod ġenerali tal-ksur tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur. Is-setgħa li jiġu imposti penali għandha tiġi eżerċitata jew direttament mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-awtorità tagħhom stess, jew, fejn ikun adatt, bl-assistenza ta’ awtoritajiet kompetenti oħra jew awtoritajiet pubbliċi oħra, jew billi jingħataw istruzzjonijiet lil korpi nominati, jekk applikabbli, jew b’rikors lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż, fejn xieraq, b’appell, jekk ir-rikors biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa jiġi miċħud.

    (12)

    Fejn, bħala riżultat tal-azzjoni koordinata taħt ir-Regolament (UE) 2017/2394, awtorità kompetenti waħda fis-sens ta’ dak ir-Regolament timponi multa fuq il-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew għall-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li hija tkun tista’ timponi multa ta’ mill-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istati Membri kollha kkonċernati minn azzjoni ta’ infurzar koordinata.

    (13)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux preklużi milli jżommu jew jintroduċu fid-dritt nazzjonali tagħhom multi ogħla bbażati fuq il-fatturat massimu għal każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ ikun possibbli wkoll li l-Istati Membri jibbażaw tali multi fuq il-fatturat dinji tan-negozjant, jew li jestendu r-regoli dwar multi għal ksur ieħor mhux kopert mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatat mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394. Ir-rekwiżit li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa f’livell ta’ mhux inqas minn 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant jenħtieġ li ma japplika għal ebda regola addizzjonali tal-Istati Membri dwar il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, bħal multi ta’ kuljum, għal nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn tal-kummerċjant jew miżura oħra bil-għan li jitwaqqaf il-ksur.

    (14)

    Jenħtieġ li jiġu inklużi regoli dwar il-penali fid-Direttiva 93/13/KEE bil-ħsieb li jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent tagħha. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja għall-applikazzjoni ta’ penali għall-ksur ta’ dik id-Direttiva. B’mod partikolari, l-awtoritajiet amministrattivi jew il-qrati nazzjonali jistgħu jimponu penali meta jistabbilixxu n-natura inġusta ta’ termini kuntrattwali, inkluż abbażi ta’ proċedimenti ġuridiċi mibdija minn awtorità amministrattiva. Il-penali jistgħu jiġu imposti wkoll minn awtoritajiet amministrattivi jew qrati nazzjonali meta l-bejjiegħ jew il-fornitur juża termini kuntrattwali li huma b’mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fid-dritt nazzjonali kif ukoll meta l-bejjiegħ jew il-fornitur juża termini kuntrattwali li jkunu nstabu li huma inġusti permezz ta’ deċiżjoni vinkolanti finali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-awtoritajiet amministrattivi għandhom ukoll id-dritt li jistabbilixxu n-natura inġusta ta’ termini kuntrattwali. L-awtoritajiet amministrattivi jew il-qrati nazzjonali jistgħu jimponu penali wkoll permezz tal-istess deċiżjoni li biha tiġi stabbilita n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-mekkaniżmi adatti ta’ koordinazzjoni għal azzjonijiet fil-livell nazzjonali fir-rigward tar-rimedju individwali u l-penali.

    (15)

    Meta jallokaw dħul mill-multi, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jtejbu l-protezzjoni tal-interess ġenerali tal-konsumaturi kif ukoll interessi pubbliċi protetti oħrajn.

    (16)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm rimedji disponibbli għal konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti kollha ta’ dawk il-prattiki żleali. Qafas ċar għal rimedji individwali jkun jiffaċilita l-infurzar privat. Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu aċċess għal kumpens għad-danni u, fejn rilevanti, għal tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt, b’mod proporzjonat u effettiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli jżommu jew jintroduċu drittijiet għal rimedji oħrajn bħat-tiswija jew is-sostituzzjoni għall-konsumaturi li jsofru minn prattiċi kummerċjali żleali biex tiġi żgurata t-tneħħija sħiħa tal-effetti ta’ tali prattiki. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti tar-rimedji għall-konsumaturi. Fl-applikazzjoni tar-rimedji, jistgħu, fejn xieraq, jittieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, bħall-kondotta ħażina tal-kummerċjant jew il-ksur tal-kuntratt.

    (17)

    Il-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumaturi u l-kummerċjalizzazzjoni u l-evalwazzjoni parallela tad-Direttiva 2011/83/UE identifikaw ukoll numru ta’ oqsma fejn ir-regoli eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jenħtieġ li jiġu mmodernizzati. Fid-dawl tal-iżvilupp kontinwu tal-għodod diġitali, huwa meħtieġ l-aġġustament tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

    (18)

    Il-klassifikazzjoni ogħla jew kwalunkwe pożizzjonament prominenti ta’ offerti kummerċjali fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix online mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online għandhom impatt importanti fuq il-konsumaturi.

    (19)

    L-ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-kummerċjanti jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online, inklużi dawk li jirriżultaw mill-użu ta’ sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta’ dawn.

    (20)

    F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE sabiex ikun ċar li jenħtieġ li jkunu pprojbiti prattiki fejn kummerċjant jipprovdi informazzjoni lil konsumatur fil-forma ta’ riżultati ta’ tiftix b’rispons għat-talba ta’ tfittxija online tal-konsumatur mingħajr ma jiżvela b’mod ċar kwalunkwe reklamar imħallas b’mod speċifiku għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla ta’ prodotti fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix. Meta kummerċjant ikun ħallas, direttament jew indirettament lill-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online għal klassifikazzjoni ogħla ta’ prodott fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix, il-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online jenħtieġ li jinforma lill-konsumaturi b’dak il-fatt b’mod konċiż, faċilment aċċessibbli u li jinftiehem. Pagament indirett jista’ jkun fil-forma ta’ aċċettazzjoni minn kummerċjant ta’ obbligi addizzjonali lejn il-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online ta’ kwalunkwe tip li għandhom klassifikazzjoni ogħla bħala l-effett speċifiku tagħha. Il-pagament indirett jista’ jikkonsisti f’kommissjoni akbar għal kull tranżazzjoni kif ukoll fi skemi differenti ta’ kumpens li b’mod speċifiku jwasslu għal klassifikazzjoni ogħla. Il-pagamenti għal servizzi ġenerali, bħal tariffi tal-elenkar jew abbonamenti għal sħubija, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ funzjonalitajiet offruti mill-fornitur tal-funzjonalità tat-tiftix online lill-kummerċjant, jenħtieġ li ma jitqisux bħala pagament speċifikament biex tinkiseb klassifikazzjoni ogħla ta’ prodotti, dment li tali pagamenti ma jkunux maħsubin għall-kisba ta’ klassifikazzjoni ogħla.Il-funzjonalità tat-tiftix online tista’ tiġi pprovduta minn tipi differenti ta’ kummerċjanti online, inklużi intermedjarji, bħal postijiet tas-suq online, magni tat-tiftix u siti web ta’ tqabbil.

    (21)

    Ir-rekwiżiti tat-trasparenza fir-rigward tal-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni huma rregolati wkoll bir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Ir-rekwiżiti ta’ trasparenza taħt dak ir-Regolament ikopru firxa wiesgħa ta’ intermedjarji online, inklużi swieq online, iżda japplikaw biss bejn il-kummerċjanti u l-intermedjarji online. Għalhekk jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti tat-trasparenza simili fid-Direttiva 2005/29/KE biex tiġi żgurata trasparenza adegwata għall-konsumaturi, ħlief fil-każ ta’ fornituri ta’ magni tat-tiftix online, li diġà huma mitluba minn dak ir-Regolament li jistabbilixxu l-parametri prinċipali li b’mod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti biex jiddeterminaw l-ikklassifikar u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri prinċipali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla b’lingwaġġ sempliċi u intelliġibbli dwar il-magni tat-tiftix online ta’ dawk il-fornituri.

    (22)

    Il-kummerċjanti li jippermettu lill-konsumaturi jfittxu prodotti u servizzi, bħal vjaġġar, akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ divertiment, offruti minn negozjanti differenti jew minn konsumaturi jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-parametri ewlenin awtomatiċi li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tat-talba ta’ tfittxija u l-importanza relattiva tagħhom meta mqabbla ma’ parametri oħrajn. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun konċiża u ssir disponibbli b’mod faċli, prominenti u dirett. Parametri li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tfisser kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta’ aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar.

    (23)

    Ir-rekwiżit tal-informazzjoni dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Jenħtieġ li l-kummerċjanti ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-klassifikazzjoni tagħhom, inkluż l-algoritmi. Jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar li tispjega l-parametri prestabbiliti ewlenin użati mill-kummerċjant u l-importanza relattiva tagħhom meta mqabbel ma’ parametri oħra, iżda ma hemmx għalfejn dik id-deskrizzjoni tiġi ppreżentata b’mod personalizzat għal kull talba ta’ tfittxija individwali.

    (24)

    Meta l-prodotti jiġu offruti lill-konsumaturi fi swieq online, kemm il-fornitur tas-suq online kif ukoll il-fornitur terz ikunu involuti fl-għoti tal-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa mid-Direttiva 2011/83/UE. Bħala riżultat, il-konsumaturi li jużaw is-suq online jistgħu ma jifhmux b’mod ċar min huma s-sħab kuntrattwali tagħhom u kif inhuma affettwati d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

    (25)

    Jenħtieġ li s-swieq online jiġu definiti għall-finijiet tad-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Madankollu, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ ‘suq online’ tiġi aġġornata u magħmula aktar teknoloġikament newtrali biex tkopri teknoloġiji ġodda. Huwa għalhekk xieraq li ssir referenza, minflok għal “sit web”, għal software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu, skont il-kunċett ta’ “interfaċċa online” kif previst fir-Regolament (UE) 2017/2394 u mir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

    (26)

    Jenħtieġ, għalhekk, li fid-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE jiġu pprovduti rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni għas-swieq online biex il-konsumaturi li jużaw is-swieq online jiġu infurmati dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-offerti, u jekk jidħlu f’kuntratt ma’ negozjant jew mhux negozjat, bħal konsumatur ieħor.

    (27)

    Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk parti terza li toffri oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkunx kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni li saret lilhom mill-parti terza. Meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali tiddikjara li l-istatus tagħha mhuwiex ta’ kummerċjant, il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjoni qasira li turi li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt konkluż. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati dwar kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-partijiet terzi li joffru l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornituri tas-swieq online. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata b’mod ċar u komprensibbli u mhux biss fit-termini u kundizzjonijiet standard jew dokumenti kuntrattwali simili. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri tas-swieq online jkunu proporzjonati. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-fornituri tas-swieq online. Jenħtieġ li fornituri tas-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar in-nonapplikabbiltà tagħhom. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-konsumatur previsti fid-Direttiva 2011/83/UE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 6(1) tagħha. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumatur tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-fornituri tas-swieq online u l-kummerċjanti rilevanti ta’ terzi persuni. Il-fornitur tas-suq online jista’ jindika li kummerċjant terz huwa unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur, jew jista’ jiddeskrivi r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu stess fejn dak il-fornitur jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess.

    (28)

    Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), il-fornituri tas-swieq online m’għandhomx ikunu obbligati li jivverifikaw l-istatus legali ta’ fornituri terzi. Minflok, jenħtieġ li l-fornituri tas-swieq online jirrikjedu lil fornituri terzi fuq suq online biex jindikaw l-istatus tagħhom bħala kummerċjanti jew mhux kummerċjanti għall-finijiet tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u biex jipprovdu din l-informazzjoni lill-fornitur tas-suq online.

    (29)

    Filwaqt li jqisu l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi li jikkonċernaw is-swieq online u l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu miżuri addizzjonali speċifiċi għal dan il-għan. Tali dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE.

    (30)

    Id-definizzjonijiet tal-kontenut diġitali u tas-servizzi diġitali fid-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jiġu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Il-kontenut diġitali kopert mid-Direttiva (UE) 2019/770 ikopri att uniku ta’ forniment, sensiela ta’ atti individwali ta’ forniment, jew forniment kontinwu fuq perjodu ta’ żmien. Jenħtieġ li l-element ta’ provvista kontinwa ma jirrikjedix neċessarjament provvista fuq perjodu ta’ żmien twil. Każijiet bħall-web-streaming ta’ filmati jenħtieġ li jitqiesu bħala provvista kontinwa matul perjodu ta’ żmien, irrispettivament minn kemm fil-fatt idum il-fajl awdjoviżiv. Għalhekk jista’ jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn ċerti tipi ta’ kontenut diġitali u servizzi diġitali, peress li t-tnejn li huma jistgħu jinvolvu forniment kontinwu min-naħa tal-kummerċjant tul iż-żmien tal-kuntratt. Eżempji ta’ servizzi diġitali huma servizzi ta’ kondiviżjoni ta’ vidjo u awdjo u l-ospitar ta’ fajls oħra, word processing jew logħob offruti fl-ambjent tal-cloud, cloud storage, posta web, midja soċjali u applikazzjonijiet tal-cloud. L-involviment kontinwu tal-fornitur tas-servizzi jiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt ta’ reċess stabbilit fid-Direttiva 2011/83/UE li effettivament jippermetti lill-konsumatur li jittestja s-servizz u jiddeċiedi, matul il-perjodu ta’ 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt, jekk iżżommux jew le. Ħafna kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli huma kkaratterizzati minn att uniku ta’ forniment lill-konsumatur ta’ biċċa jew biċċiet speċifiċi ta’ kontenut diġitali, bħal fajls speċifiċi tal-mużika jew tal-vidjo. Il-kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jibqgħu soġġetti għall-eċċezzjoni mid-dritt ta’ reċess imsemmi fil-punt (m) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE, li jipprovdi li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess meta tkun inbdiet l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, bħal tniżżil jew streaming tal-kontenut, soġġett għall-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex tinbeda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta’ reċess u għar-rikonoxximent li b’hekk huwa jkun tilef id-dritt tiegħu ta’ reċess. Fejn ikun hemm dubju dwar jekk il-kuntratt huwiex kuntratt ta’ servizz jew kuntratt għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli tad-dritt ta’ reċess għas-servizzi.

    (31)

    Il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali spiss jiġu fornuti online permezz ta’ kuntratti li taħthom il-konsumatur ma jħallasx prezz iżda jipprovdi data personali lill-kummerċjant. Id-Direttiva 2011/83/UE diġà tapplika għal kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli (jiġifieri l-forniment ta’ kontenut diġitali online) irrispettivament minn jekk il-konsumatur iħallasx prezz fi flus jew jipprovdi data personali. Madankollu, dik id-Direttiva tapplika biss għal kuntratti ta’ servizz, inklużi l-kuntratti għal servizzi diġitali, li jipprevedu li l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz. Konsegwentement, dik id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti għal servizzi diġitali fejn il-konsumatur jipprovdi data personali lill-kummerċjant mingħajr ma jħallas prezz. Minħabba x-xebh ta’ bejniethom u l-interkambjabbiltà ta’ servizzi diġitali mħallsa u s-servizzi diġitali pprovdut bi skambju għal data personali, dawn jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess regoli taħt dik id-Direttiva.

    (32)

    Jenħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE u dak tad-Direttiva (UE) 2019/770, applikabbli għal kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali jew servizzi diġitali li permezz tagħhom konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant.

    (33)

    Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ li jkun estiż biex ikopri wkoll il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali. Bl-istess mod għal kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, jenħtieġ li dik id-Direttiva tapplika kull meta l-konsumatur jipprovdi jew jintrabat li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-finijiet tal-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u l-kummerċjant ma jipproċessax dik id-data għal kwalunkwe skop ieħor. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali jenħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

    (34)

    Sabiex jiġi żgurat allinjament sħiħ mad-Direttiva (UE) 2019/770, jekk il-kontenut diġitali u s-servizzi diġitali ma jkunux fornuti bi skambju ma’ prezz, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax għal sitwazzjonijiet fejn il-kummerċjant jiġbor data personali għall-iskop waħdieni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali li għalihom ikun soġġett il-kummerċjant. Tali sitwazzjonijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, każijiet fejn ir-reġistrazzjoni tal-konsumatur tkun meħtieġa mil-liġijiet applikabbli għal skopijiet ta’ sigurtà u ta’ identifikazzjoni.

    (35)

    Jenħtieġ li d-Direttiva 2011/83/UE ma tapplikax lanqas għal sitwazzjonijiet biss fejn il-kummerċjant jiġbor il-metadata, bħal informazzjoni li tikkonċerna l-apparat tal-konsumatur jew l-istorja tal-ibbrawżjar, ħlief meta din is-sitwazzjoni titqies li tkun kuntratt taħt il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li ma tapplikax lanqas għal sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-kummerċjant, ikun espost għal reklamar esklużivament biex jikseb aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jestendu l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva għal tali sitwazzjonijiet, jew inkella li jirregolaw sitwazzjonijiet bħal dawn, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

    (36)

    Il-kunċett ta’ funzjonalità jenħtieġ li jinftiehem bħala li jirreferi għall-modi li bihom il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jista’ jintuża. Pereżempju, in-nuqqas jew il-preżenza ta’ kwalunkwe restrizzjoni teknika bħall-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-ikkowdjar tar-reġjun jista’ jkollha impatt fuq il-kapaċità li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jwettaq il-funzjonijiet kollha tiegħu fir-rigward tal-iskop tiegħu. Il-kunċett ta’ interoperabbiltà jirrelata ma’ jekk u sa liema punt il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kapaċi jiffunzjona b’hardware jew software li jkunu differenti minn dawk li normalment bihom jintużaw kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip. Funzjonament b’suċċess jista’ jinkludi, pereżempju, il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiskambja informazzjoni ma’ tali software jew hardware ieħor u juża l-informazzjoni skambjata. Il-kunċett ta’ kompatibbiltà huwa definit fid-Direttiva (UE) 2019/770.

    (37)

    L-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) tad-Direttiva 2011/83/UE jirrikjedu li l-kummerċjanti, għal kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u mill-bogħod rispettivament, jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex jibdew l-eżekuzzjoni qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ rtirar. Il-punt (a) tal-Artikolu 14(4) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal penali kuntrattwali meta dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt mill-kummerċjant, jiġifieri li l-konsumatur ma jkollux iħallas għas-servizzi pprovduti. Ir-rekwiżit li jinkiseb il-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur huwa għalhekk rilevanti biss għas-servizzi, inkluż għas-servizzi diġitali, li jiġu pprovduti bi ħlas ta’ prezz Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu emendati l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) fis-sens li r-rekwiżit għall-kummerċjanti li jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur japplika biss għal kuntratti ta’ servizz li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas.

    (38)

    Il-punt (m) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE jipprevedi eċċezzjoni għad-dritt ta’ reċess fir-rigward ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk il-konsumatur ikun ta kunsens espliċitu minn qabel li tinbeda l-eżekuzzjoni qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess u rrikonoxxa li huwa b’hekk jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess. Il-punt (b) tal-Artikolu 14(4) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal penali kuntrattwali meta dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt mill-kummerċjant, jiġifieri, il-konsumatur ma jkollux iħallas biex il-kontenut diġitali jiġi kkunsmat. Ir-rekwiżit li jinkiseb il-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u rikonoxximent huwa għalhekk rilevanti biss għal kontenut diġitali li jkun ipprovdut bi ħlas ta’ prezz. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat il-punt (m) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 fis-sens li r-rekwiżit għall-kummerċjanti li jinkiseb il-kunsens espliċitu minn qabel u r-rikonoxximent mill-konsumatur japplika biss għall-kuntratti li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas.

    (39)

    L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni ta’ “stedina għax-xiri” ta’ prodott bi prezz speċifiku. Dawk ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni diġà japplikaw fl-istadju ta’ reklamar, filwaqt li d-Direttiva 2011/83/UE timponi l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni u oħrajn iktar dettaljati fi stadju prekuntrattwali aktar tard (jiġifieri eżatt qabel ma l-konsumatur jidħol f’kuntratt). F’dan ir-rigward, il-kummerċjanti jistgħu jiġu mitluba li jipprovdu l-istess informazzjoni fl-istadju tar-reklamar (eż. riklam online fuq sit web tal-midja) u fl-istadju prekuntrattwali (eż. fil-paġni elettroniċi tal-ħwienet online tagħhom).

    (40)

    Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni taħt l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant. Il-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni juru li dik l-informazzjoni hija l-aktar rilevanti fl-istadju prekuntrattwali, li huwa regolat mid-Direttiva 2011/83/UE. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta dik l-informazzjoni fi stediniet għax-xiri fl-istadju ta’ reklamar taħt id-Direttiva 2005/29/KE għandu għalhekk jiħassar.

    (41)

    Il-punt (h) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE jesiġi li l-kummerċjanti jipprovdu lill-konsumaturi bl-informazzjoni prekuntrattwali dwar id-dritt ta’ reċess, inkluż b’mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilita fl-Anness I(B) ta’ dik id-Direttiva. L-Artikolu 8(4) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal aktar rekwiżiti ta’ informazzjoni prekuntrattwali, jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew żmien limitat biex tintwera l-informazzjoni, bħal bit-telefown, permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen jew b’SMS. L-informazzjoni prekuntrattwali obbligatorja li għandha tiġi pprovduta fuq, jew permezz ta’, dak il-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod tinkludi informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 6(1). Għaldaqstant, hija wkoll tinkludi l-provvediment ta’ mudell ta’ formola ta’ reċess kif stabbilita fl-Anness I(B). Madankollu, il-forniment tal-formola ta’ reċess tkun impossibbli meta l-kuntratt jiġi konkluż permezz tat-telefown, jew permezz ta’ assistenti tax-xiri f’forma ta’ leħen u jista’ ma jkunx teknikament fattibbli b’mod faċli għall-utent fuq mezzi oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod koperti mill-Artikolu 8(4). Huwa għalhekk xieraq li jiġi eskluż l-għoti tal-mudell ta’ formola standard ta’ reċess mill-informazzjoni li l-kummerċjanti jridu jipprovdu fi kwalunkwe każ fuq jew permezz tal-mezz partikolari ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat għall-konklużjoni tal-kuntratt skont l-Artikolu 8(4).

    (42)

    Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE jipprovdi għal eċċezzjoni mid-dritt ta’ reċess fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet, bil-kunsens minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant. B’kuntrast, l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) ta’ dik id-Direttiva, li jittrattaw l-obbligi tal-kummerċjant f’sitwazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tkun ġiet mibdija qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, jirrikjedu biss li l-kummerċjanti jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur, iżda mhux rikonoxximent li d-dritt ta’ reċess se jintilef meta l-prestazzjoni tkun kompluta. Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, huwa meħtieġ li jiżdied obbligu fl-Artikolu 7(3) u fl-Artikolu 8(8) għall-kummerċjant biex jikseb ukoll ir-rikonoxximent mingħand il-konsumatur li d-dritt ta’ reċess jintilef meta l-eżekuzzjoni tkun kompluta, fil-każ li l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt l-obbligu li jħallas. Barra minn hekk, il-formulazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tieħu inkunsiderazzjoni t-tibdil fl-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(8) fejn ir-rekwiżit għall-kummerċjanti li jiksbu l-kunsens espliċitu minn qabel u r-rikonoxximent tal-konsumatur japplika biss għal kuntratti ta’ servizz li jpoġġu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-għażla li ma japplikawx ir-rekwiżit li jinkiseb r-rikonoxximent mill-konsumatur li d-dritt ta’ reċess jintilef meta l-eżekuzzjoni tkun kompluta fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet. Il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi għal eċċezzjoni mid-dritt ta’ reċess fir-rigward ta’ kuntratti dwar il-forniment ta’ oġġetti magħmula skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b’mod ċar. Dik l-eċċezzjoni tkopri, pereżempju, il-manifattura u l-installazzjoni ta’ għamara personalizzata fid-dar tal-konsumatur meta tiġi pprovduta taħt kuntratt ta’ bejgħ uniku.

    (43)

    Jenħtieġ li l-eċċezzjoni mid-dritt ta’ reċess prevista fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/83/UE titqies li tapplika wkoll għal kuntratti għal kunsinni individwali ta’ enerġija mhux konnessa man-netwerk, minħabba li l-prezz tagħha jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-swieq tal-komoditajiet jew fis-swieq tal-enerġija li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu fil-perjodu ta’ reċess.

    (44)

    L-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2011/83/UE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom, fil-każ li jeżerċita d-dritt ta’ reċess, il-konsumatur ma għandux iġarrab l-ispejjeż għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi, għall-provvista ta’ utilitajiet pubbliċi u għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli. Meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tiġi ssodisfata, il-konsumatur ma jkollux għalfejn iħallas il-prezz tas-servizz, l-utilitajiet pubbliċi jew kontenut diġitali li jaslu qabel l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess. Fir-rigward tal-kontenut diġitali, waħda minn dawk il-kundizzjonijiet mhux kumulattivi, jiġifieri taħt il-punt (b)(iii) tal-Artikolu 14(4), hija nuqqas li tiġi pprovduta l-konferma tal-kuntratt, li tinkludi l-konferma tal-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur biex tinbeda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess u rikonoxximent li d-dritt ta’ reċess jintilef bħala riżultat ta’ dan. Madankollu, dik il-kundizzjoni mhijiex inkluża fost il-kundizzjonijiet għat-telf tad-dritt ta’ reċess fil-punt (m) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva, u b’hekk tinħoloq inċertezza dwar il-possibbiltà għall-konsumaturi li jinvokaw il-punt (b)(iii) tal-Artikolu 14(4) meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 14(4) u b’riżultat ta’ dan jintilef id-dritt ta’ reċess skont il-punt (m) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16. Il-kundizzjoni prevista fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 14(4) jenħtieġ għalhekk li tiżdied mal-punt (m) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 sabiex il-konsumatur ikun jista’ jeżerċita d-dritt ta’ reċess meta dik il-kundizzjoni ma tkunx issodisfata u b’hekk jitlob id-drittijiet previsti fl-Artikolu 14(4).

    (45)

    Il-kummerċjanti jistgħu jippersonalizzaw il-prezz tal-offerti tagħhom għal konsumaturi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ konsumatur abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat u tfassil tal-profil tal-imġiba tal-konsumatur li jippermetti lill-kummerċjanti jivvalutaw il-kapaċità tal-akkwist tal-konsumatur. Għalhekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu infurmati b’mod ċar meta l-prezz ippreżentat lilhom ikun personalizzat fuq il-bażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, sabiex dawn ikunu jistgħu jqisu r-riskji potenzjali fid-deċiżjoni tagħhom li jakkwistaw. Konsegwentement, jenħtieġ li jiżdied rekwiżit ta’ informazzjoni speċifiku fid-Direttiva 2011/83/UE biex il-konsumatur jiġi infurmat meta l-prezz ikun personalizzat, abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. Dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni jenħtieġ li ma japplikax għal tekniki bħal ipprezzar “dinamiku” jew “f’ħin reali” li jinvolvu bidla fil-prezz b’mod flessibbli ħafna u ta’ malajr b’rispons għad-domandi tas-suq meta dawk it-tekniki ma jkunux jinvolvu l-personalizzazzjoni abbażi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat. Dan ir-rekwiżit ta’ informazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, li jipprovdi, fost oħrajn, għad-dritt tal-individwu li ma jkunx soġġett għal teħid ta’ deċiżjonijiet individwali awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili.

    (46)

    Meta wieħed iqis l-iżviluppi teknoloġiċi, huwa meħtieġ li titneħħa r-referenza għal numru tal-faks mil-lista ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/83/UE minħabba li issa l-faks rarament jintuża u fil-biċċa l-kbira ntemm l-użu tiegħu.

    (47)

    Il-konsumaturi qegħdin jistrieħu dejjem aktar fuq ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumaturi meta jieħdu deċiżjonijiet rigward xiri. Għalhekk, meta l-kummerċjanti jipprovdu aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar il-prodotti, dawn jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk hemmx proċessi jew proċeduri fis-seħħ biex jiżguraw li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodotti. Jekk dawn il-proċessi jew proċeduri jkunu fis-seħħ, jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu informazzjoni dwar kif isiru l-verifiki u jipprovdu informazzjoni ċara lill-konsumaturi dwar kif jiġu pproċessati r-reċensjonijiet, pereżempju jekk jintwerewx ir-reċensjonijiet kollha, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jew jekk dawk ir-reċensjonijiet ikunux ġew sponsorjati jew influwenzati minn relazzjoni kuntrattwali ma’ kummerċjant. Barra minn hekk, jenħtieġ li għalhekk titqies li hija prattika kummerċjali żleali li l-konsumaturi jiġu mqarrqa billi jiġi ddikjarat li reċensjonijiet dwar prodott ġew sottomessi minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw dak il-prodott meta ma jkun ittieħed l-ebda pass raġonevoli u proporzjonat biex jiġi żgurat li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi. Tali miżuri jistgħu jinkludu mezzi tekniċi biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-persuna li tagħmel ir-reċensjoni, pereżempju, billi tintalab informazzjoni biex jiġi vverifikat li l-konsumatur ikun fil-fatt uża jew xtara l-prodott.

    (48)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jindirizzaw ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumatur huma mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar permezz ta’ stqarrijiet esaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jinftiehmu litteralment.

    (49)

    Jenħtieġ ukoll li l-kummerċjanti jiġu pprojbiti milli jippreżentaw reċensjonijiet u approvazzjonijiet tal-konsumatur foloz, bħal “likes” fuq il-midja soċjali, jew milli jikkummissjonaw lil oħrajn biex jagħmlu dan sabiex jippromwovu l-prodotti tagħhom, kif ukoll milli jimmanipulaw ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumatur, bħall-pubblikazzjoni ta’ reċensjonijiet pożittivi biss u t-tħassir ta’ dawk negattivi. Tali prattika tista’ wkoll isseħħ permezz tal-estrapolazzjoni ta’ approvazzjonijiet soċjali, fejn l-interazzjoni pożittiva tal-utent ma’ ċertu kontenut online tiġi marbuta jew trasferita għal kontenut differenti iżda relatat, u b’hekk tinħoloq l-illużjoni li dak l-utent ikun iqis ukoll b’mod pożittiv il-kontenut relatat.

    (50)

    Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jerġgħu jbigħu lill-konsumaturi biljetti għal avvenimenti kulturali u sportivi li huma jkunu kisbu bl-użu ta’ software bħal “bots” li jippermettulhom jixtru kwantità ta’ biljetti akbar mil-limiti tekniċi imposti mill-bejjiegħ tal-biljetti primarju jew li jevitaw kwalunkwe mezz tekniku ieħor stabbilit mill-bejjiegħ primarju biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-biljetti għall-individwi kollha. Dik il-projbizzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura nazzjonali oħra li l-Istati Membri jistgħu jieħdu biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u biex jiżguraw politika kulturali u aċċess wiesa’ għall-individwi kollha għal avvenimenti kulturali u sportivi, bħal regolazzjoni tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti.

    (51)

    L-Artikolu 16 tal-Karta jiggarantixxi l-libertà tal-intrapriża skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Istati Membri ta’ oġġetti bħala identiċi meta fir-realtà jkunu differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew karatteristiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi u jwassluhom biex jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra.

    (52)

    Tali prattika tista’ għalhekk tkun ikkunsidrata bħala li tmur kontra d-Direttiva 2005/29/KE, abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ ta’ elementi rilevanti. Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni eżistenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-konsumatur u l-ikel, ingħatat gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli attwali tal-Unjoni għal sitwazzjonijiet ta’ kwalità dupliċi tal-ikel fl-Avviż tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2017“dwar l-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-ikel minħabba kwistjonijiet ta’ differenzi fil-kwalità tal-istess prodotti – Il-każ speċifiku tal-ikel”. F’dan il-kuntest, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni ppreżenta, fil-25 ta’ April 2018, “Qafas għall-għażla u l-ittestjar ta’ prodotti tal-ikel sabiex jiġu evalwati l-karatteristiċi relatati mal-kwalità: metodoloġija ta’ ittestjar armonizzat tal-UE”.

    (53)

    Madankollu, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita, l-esperjenza ta’ infurzar uriet li jista’ ma jkunx ċar għall-konsumaturi, kummerċjanti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti liema prattiki kummerċjali jistgħu jmorru kontra d-Direttiva 2005/29/KE. Għalhekk, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi emendata biex tiġi żgurata ċertezza legali kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-awtoritajiet tal-infurzar billi tiġi indirizzata b’mod espliċitu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett bħala identiku għal oġġett ikkumerċjalizzat fi Stati Membri oħra, fejn dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw u jindirizzaw fuq bażi ta’ każ b’każ tali prattiki skont id-Direttiva 2005/29/KE, kif emendata minn din id-Direttiva. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis jekk tali differenzazzjoni tkunx faċilment identifikabbli mill-konsumaturi, id-dritt ta’ kummerċjant li jadatta għal oġġetti tal-istess marka fi swieq ġeografiċi differenti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi, bħal liġi nazzjonali, disponibbiltà jew l-istaġunalità tal-materja prima jew strateġiji volontarji bil-għan li jtejbu l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, kif ukoll id-dritt tal-kummerċjanti li joffru oġġetti tal-istess marka f’pakketti ta’ piż jew volum differenti fi swieq ġeografiċi differenti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw jekk tali differenzazzjoni hijiex faċilment identifikabbli mill-konsumaturi billi jħarsu lejn id-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-informazzjoni. Huwa importanti li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi. Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu liberi li jipprovdu din l-informazzjoni b’modi differenti li jippermettu lill-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa. Il-kummerċjanti jenħtieġ li ġeneralment jippreferu alternattivi għall-għoti ta’ informazzjoni fuq it-tikketta tal-oġġetti. Ir-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni u r-regoli dwar il-moviment liberu tal-oġġetti jenħtieġ li jiġu rispettati.

    (54)

    Filwaqt li bejgħ lil hinn mill-post tan-negozju huwa mezz leġittimu ta’ bejgħ u stabbilit sew, bħal bejgħ fi stabbiliment kummerċjali tal-kummerċjant u bħall-bejgħ mill-bogħod, xi prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ bejgħ partikolarment aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat f’dar ta’ konsumatur jew ta’ vjaġġi promozzjonali kif imsemmi fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE jistgħu jpoġġu lill-konsumaturi taħt pressjoni biex jixtru oġġetti jew servizzi li huma kieku ma kinux jixtru jew ma kinux jixtru bi prezzijiet eċċessivi, li spiss jinvolvu ħlas immedjat. Tali prattiki spiss ikunu mmirati lejn anzjani jew konsumaturi vulnerabbli oħra. Xi Stati Membri jqisu li dawk il-prattiċi mhumiex mixtieqa u jemmnu li huwa meħtieġ li ċerti forom u aspetti ta’ bejgħ lil hinn mill-post tan-negozju jiġu ristretti fis-sens tad-Direttiva 2011/83/UE, bħall-kummerċjalizzazzjoni aggressiva u qarrieqa jew il-bejgħ ta’ prodott fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba fid-dar tal-konsumatur jew ta’ vjaġġi promozzjonali. Fejn tali restrizzjonijiet jiġu adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-protezzjoni tal-konsumatur, bħall-interess pubbliku jew rispett tal-ħajja privata tal-konsumaturi kif protett mill-Artikolu 7 tal-Karta, dawn jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE.

    (55)

    B’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali biex jipproteġu aktar l-interessi leġittimi tal-konsumaturi kontra prattiki kummerċjali żleali fir-rigward ta’ żjarat mhux mitluba li jsiru fid-djar tagħhom minn kummerċjant biex joffri jew ibiegħ prodotti jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi fejn tali dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Kwalunkwe tali dispożizzjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja u jenħtieġ li ma tipprojbixxix dawk il-mezzi ta’ bejgħ bħala tali. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jiddefinixxu l-ħin tal-ġurnata li fih ma jkunux permessi ż-żjarat fid-djar tal-konsumaturi mingħajr it-talba espliċita tagħhom jew jipprojbixxu tali żjarat meta l-konsumatur ikun indika b’mod ċar li tali żjarat mhumiex aċċettabbli jew jippreskrivu l-proċedura ta’ ħlas. Barra minn hekk, tali dispożizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu regoli aktar protettivi fl-oqsma armonizzati mid-Direttiva 2011/83/UE. Id-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata biex tippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali biex jipprovdu perjodu itwal għad-dritt ta’ reċess u jidderogaw minn eċċezzjonijiet speċifiċi mid-dritt ta’ reċess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex din tkun tista’ tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-partijiet interessati kollha u tissorvelja n-natura proporzjonata u l-legalità ta’ dawk il-miżuri.

    (56)

    Fir-rigward ta’ prattiki aggressivi u qarrieqa fil-kuntest ta’ avvenimenti organizzati f’postijiet differenti mill-bini tal-kummerċjant, id-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni ta’ stabbiliment jew ta’ reġimi ta’ awtorizzazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-kummerċjanti. Barra minn dan, dik id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt kuntrattwali nazzjonali u, b’mod partikolari, għar-regoli dwar il-validità, il-forma u l-effetti ta’ kuntratt. Il-prattiki aggressivi u qarrieqa fil-kuntest ta’ avvenimenti organizzati f’postijiet differenti mill-bini tal-kummerċjant jistgħu jiġu pprojbiti abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ taħt l-Artikoli 5 sa 9 ta’ dik id-Direttiva. Barra minn hekk, l-Anness I għal dik id-Direttiva jinkludi projbizzjoni ġenerali ta’ prattiki fejn il-kummerċjant joħloq l-impressjoni li l-kummerċjant mhuwiex qed jaġixxi għal skopijiet relatati mal-professjoni tal-kummerċjant, u ta’ prattiki li joħolqu l-impressjoni li l-konsumatur ma jistax jitlaq mill-bini qabel ma jiġi konkluż kuntratt. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-regoli attwali jipprovdux livell adegwat ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u għodod adegwati biex l-Istati Membri jindirizzaw tali prattiki b’mod effettiv.

    (57)

    Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax aspetti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali li mhumiex regolati minnha. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun bla preġudizzju għal-liġi kuntrattwali nazzjonali li tirregola, pereżempju, il-konklużjoni jew il-validità ta’ kuntratt f’każijiet bħal nuqqas ta’ kunsens jew attività kummerċjali mhux awtorizzata.

    (58)

    Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi u dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, il-punt ta’ aċċess online li jrid jiġi żviluppat mill-Kummissjoni jenħtieġ li, sa fejn possibbli, ikun faċli għall-utent, adattat biex jiġi aċċessat fuq il-mowbajl, faċilment aċċessibbli u li jista’ jintuża minn kulħadd, inklużi persuni b’diżabbiltà (“disinn għal kulħadd”).

    (59)

    F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (17), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata.

    (60)

    Minħabba li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri ta’ infurzar u modernizzar aħjar tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-karattru mifrux mal-Unjoni tal-problema, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE

    Fid-Direttiva 93/13/KEE, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 8b

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b’mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fil-liġi nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew konstatati bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

    (a)

    in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

    (b)

    kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

    (c)

    kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur;

    (d)

    il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

    (e)

    penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

    (f)

    kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

    4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

    5.   Għall-każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

    6.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

    Artikolu 2

    Emendi għad-Direttiva 98/6/KE

    Id-Direttiva 98/6/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 6a

    1.   Kwalunkwe tħabbir ta’ tnaqqis fil-prezz għandu jindika l-prezz preċedenti applikat mill-kummerċjant għal perjodu ta’ żmien determinat qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.

    2.   Il-prezz preċedenti jfisser l-aktar prezz baxx applikat mill-kummerċjant matul perjodu ta’ żmien li mhuwiex iqsar minn 30 jum qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.

    3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli differenti għal oġġetti li jistgħu jiddeterjoraw jew jiskadu malajr.

    4.   Fejn il-prodott ikun ilu fis-suq għal inqas minn 30 jum, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu għal perjodu ta’ żmien iqsar mill-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2.

    5.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, meta t-tnaqqis fil-prezz jiżdied progressivament, il-prezz preċedenti jkun il-prezz mingħajr it-tnaqqis fil-prezz qabel l-ewwel applikazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz.”;

    (2)

    l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 8

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

    (a)

    in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

    (b)

    kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

    (c)

    kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

    (d)

    il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

    (e)

    penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

    (f)

    kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

    3.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

    (*2)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."

    Artikolu 3

    Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE

    Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;”;

    (b)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(m)

    “klassifikazzjoni” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni;

    (n)

    “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu, li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra.”;

    (2)

    fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “5.   Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonaliorganizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

    6.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”;

    (3)

    fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:

    “(c)

    kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra, meta dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.”;

    (4)

    l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(d)

    l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna u eżekuzzjoni, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;”;

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(f)

    għal prodotti offruti fi swieq online, jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hijiex kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online.”;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “4a.   Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni ġenerali, li tkun disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri, meta mqabbla ma’ parametri oħrajn, għandha titqies bħala importanti. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix online kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

    (*3)  Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).”;"

    (c)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “6.   Fejn kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, l-informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott, għandha titqies bħala importanti.”;

    (5)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 11a

    Rimedju

    1.   Il-konsumaturi li jsofru dannu minħabba prattiċi kummerċjali żleali għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. L-Istat Membri jistgħu jqisu, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħra.

    2.   Dawk ir-rimedji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.”;

    (6)

    l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 13

    Penali

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

    (a)

    in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

    (b)

    kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

    (c)

    kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

    (d)

    il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

    (e)

    penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transkonfinali fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

    (f)

    kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:

    (a)

    ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; u

    (b)

    l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun konstata bħala li hija żleali mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew qorti, meta dik il-prattika kummerjċali ma tkunx ksur imsemmi fil-punt (a).

    4.   Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

    5.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

    (*4)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."

    (7)

    l-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “11a.

    Fejn il-kummerċjant jipprovdi riżultati tat-tiftix b’rispons għal mistoqsija ta’ tfittxija online minn konsumatur mingħajr ma juri b’mod ċar kwalunkwe riklam imħallas jew pagament speċifiku biex prodotti jiksbu klassifikazzjoni ogħla fir-riżultati tat-tiftix.”;

    (b)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “23a.

    Fejn il-kummerċjant ibigħ mill-ġdid biljetti ta’ avvenimenti lill-konsumaturi jekk il-kummerċjant ikun akkwistahom permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jevita kwalunkwe limitu impost fuq l-għadd ta’ biljetti li persuna tista’ tixtri jew kwalunkwe regola oħra applikabbli għax-xiri ta’ biljetti.

    23b.

    Fejn il-kummerċjant jindika li reċensjonijiet ta’ prodotti jkunu saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jivverifika li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi.

    23c.

    Fejn il-kummerċjant jissottometti jew jikkummissjona persuna ġuridika jew fiżika oħra biex tissottometti reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz, jew jirrappreżenta b’mod ħażin reċensjonijiet tal-konsumaturi jew approvazzjonijiet fuq il-midja soċjali, sabiex jippromwovi prodotti.”.

    Artikolu 4

    Emendi għad-Direttiva 2011/83/UE

    Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(3)

    “oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5);

    (*5)  Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”;"

    (b)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(4a)

    “data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6);

    (*6)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

    (c)

    il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(5)

    “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li taħtu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

    (6)

    “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li taħtu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur;”;

    (d)

    il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(11)

    “kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7);

    (*7)  Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).”;"

    (e)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(16)

    “servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770;

    (17)

    “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra;

    (18)

    “fornitu ta’ suq online” tfisser kwalunkwe kummerċjant li jipprovdi suq online lill-konsumaturi;

    (19)

    “kompaibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770;

    (20)

    “funzjonaità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/770;

    (21)

    “interoperabiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770.”;

    (2)

    l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Din id-Direttiva għandha tapplika, taħt il-kundizzjonijiet u sal-punt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz. Hija għandha tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.”;

    (b)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-finijiet tal-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom ikun soġġett, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda fini oħra.”;

    (c)

    il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(k)

    għal servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;”;

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(n)

    għal kwalunkwe oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.”;

    (3)

    fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;”;

    (b)

    il-punti (g) u (h) huma sostitwit b’dan li ġej:

    “(g)

    fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

    (h)

    fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”;

    (4)

    l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit kif ukoll in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant; barra minn hekk, fejn il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra; dawk il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu; fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi.”;

    (ii)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(ea)

    fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċess deċiżjonali awtomatizzat;”;

    (iii)

    il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(l)

    tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali;”;

    (iv)

    il-punti (r) u (s) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(r)

    fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali;

    (s)

    fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”;

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kummerċjant ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur, mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).”;

    (5)

    jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 6a

    Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online

    1.   Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f’suq online, il-fornitur tas-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati:

    (a)

    informazzjoni ġenerali, li ssir disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, ta’ offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra;

    (b)

    jekk il-parti terza li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali hijiex kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online;

    (c)

    fejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt;

    (d)

    fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online, fejn tali informazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà li l-fornitur tas-suq online jew il-kummerċjant terz ikollu fir-rigward tal-kuntratt taħt xi liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

    2.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal fornituri tas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;

    (6)

    fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel tali talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil u jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”;

    (7)

    l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ tali kuntratt, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi, rispettivament, fil-punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilit fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-mudell tal-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

    (b)

    il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “8.   Fejn konsumatur ikun irid li l-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel talba espressament u għandu jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”;

    (8)

    l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “1a.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li taħthom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;

    (b)

    fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:

    “2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, 30 jum minn:”;

    (9)

    fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), 30 jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”;

    (10)

    fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “4.   Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.

    5.   Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief fejn tali kontenut:

    (a)

    ma jkollux utilità lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;

    (b)

    huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant;

    (c)

    ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew

    (d)

    ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut.

    6.   Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut, li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta uża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.

    7.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni.

    8.   F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.”;

    (11)

    l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “2a.   F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta’ partijiet terzi.”;

    (b)

    fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(i)

    il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 14-il jum jew ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;”;

    (12)

    l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz iżda, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, biss jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;”;

    (ii)

    il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(m)

    kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn:

    (i)

    il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tinbeda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta’ reċess;

    (ii)

    il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u

    (iii)

    il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f’konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).”;

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    “L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-ewwel paragrafu għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

    Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz li jqiegħdu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ sakemm l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur.”;

    (13)

    l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 24

    Penali

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

    (a)

    in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

    (b)

    kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

    (c)

    kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

    (d)

    il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

    (e)

    penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8);

    (f)

    kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

    4.   Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

    5.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

    (*8)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta ’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”;"

    (14)

    fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Fejn Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 16, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sat-28 ta’ Novembru 2021, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”;

    (15)

    l-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-parti A hija emendata kif ġej:

    (i)

    it-tielet paragrafu taħt “Dritt ta’ reċess” huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, għandek tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża, iżda din mhijiex obbligatorja. [3]”;

    (ii)

    il-punt 2 taħt “Istruzzjonijiet biex timla l-formola” jinbidel b’dan li ġej:

    “[2.] Daħħal ismek, l-indirizz ġeografiku tiegħek, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.”;

    (b)

    fil-parti B, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Lil [hawnhekk, l-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant jiddaħħlu mill-kummerċjant]:”.

    Artikolu 5

    Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini li jfittxu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur jew dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, jibbenefikaw minn punt ta’ aċċess online, permezz tal-gateway diġitali unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)li jippermettilhom:

    (a)

    jaċċessaw informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni b’mod ċar, li jinftiehem u jkun faċilment aċċessibbli; u

    (b)

    jippreżentaw ilment permezz tal-pjattaforma għar-riżoluzzjoni online għat-tilwim stabbilita taħt ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 u liċ-ċentru kompetenti tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur, skont il-partijiet involuti.

    Artikolu 6

    Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami

    Sat-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward:

    (a)

    avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u

    (b)

    każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti.

    Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.

    Artikolu 7

    Traspożizzjoni

    1.   Sat-28 ta’ Novembru 2021, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

    Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-28 ta’ Mejju 2022.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 9

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    D. M. SASSOLI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. TUPPURAINEN


    (1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019.

    (3)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

    (4)  Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

    (5)  Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

    (6)  Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

    (7)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

    (8)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

    (9)  Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).

    (10)  Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

    (11)  Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

    (12)  Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

    (13)  Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).

    (14)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

    (15)  Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

    (16)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.)

    (17)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

    (18)  Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).


    Top