Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L0523

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/523 tal-21 ta' Marzu 2019 li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

C/2019/2119

ĠU L 86, 28.3.2019, pp. 41–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2019/523/oj

28.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/41


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/523

tal-21 ta' Marzu 2019

li temenda l-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Bl-għan li jiġu protetti l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ internazzjonali u wara valutazzjonijiet tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikati reċentement mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti, huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskji fitosanitarji involuti li jiżdiedu l-organiżmi ta' ħsara Aromia bungii (Faldermann), Neoleucinodes elegantalis (Guenée) u Oemona hirta (Fabricius) mat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE.

(2)

Wara l-kategorizzazzjoni tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikata reċentement mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), il-pjanti ospitanti u l-mogħdijiet potenzjali tad-dħul fl-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Enarmonia packardi (Zeller) huma usa' minn dawk attwalment irregolati fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE. Wara reviżjoni tad-denominazzjoni xjentifika rispettiva, l-organiżmu ta' ħsara ġie msemmi mill-ġdid bħala Grapholita packardi (Zeller). Għalhekk, huwa xjentifikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li titħassar l-entrata dwar Enarmonia packardi (Zeller) mis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE u li tiġi inkluża fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva taħt id-denominazzjoni Grapholita packardi (Zeller).

(3)

Fil-kategorizzazzjoni tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikata reċentement mill-Awtorità, l-ispeċijiet ta' Elsinoe spp. Bitanc. u Jenk. Mendes, attwalment inklużi fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE, aġenti każwali tal-mard għas-Citrus L. Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, komplew jiġu definiti. Barra minn hekk, abbażi tal-kategorizzazzjoni tar-riskju fitosanitarju u l-interċettazzjonijiet reċenti fuq il-frott, huwa evidenti li l-lista ta' komoditajiet attwalment irregolati ma timmitigax ir-riskji kollha relatati ma' dawn l-organiżmi ta' ħsara. Għalhekk, huwa xjentifikament u teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li titħassar l-entrata dwar Elsinoe spp. Bitanc. u Jenk. Mendes mis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE u li jiġu inklużi fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva l-ispeċijiet Elsinoë australis Bitanc. u Jenk., Elsinoë citricola X.L. Fan, R.W. Barreto & Crous. u Elsinoë fawcettii Bitanc. u Jenk. aġenti każwali tal-mard għas-Citrus L. Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom.

(4)

Bl-għan li jiġu protetti l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ internazzjonali u wara valutazzjonijiet tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikati reċentement mill-Awtorità u mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti, huwa teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskji fitosanitarji involuti li l-organiżmi ta' ħsara Fusarium circinatum Nirenberg & O'Donnell u Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman jiżdiedu mas-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE. Dawn l-organiżmi ta' ħsara huma attwalment preżenti fl-Unjoni Ewropea u għandhom distribuzzjoni limitata.

(5)

Wara l-valutazzjonijiet tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikati reċentement mill-Awtorità, huwa xjentifikament u teknikament ġustifikat u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut li Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr jitħassar mis-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE u li jiġi inkluż fis-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(6)

Bl-għan li jiġu protetti l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ internazzjonali u wara l-valutazzjoni tar-riskju fitosanitarju mwettqa u ppubblikata mill-Awtorità fuq il-ħamrija u l-materjal għat-tkabbir u l-Istandards Internazzjonali rilevanti, huwa xjentifikament ġustifikat u konsistenti mar-riskji fitosanitarji involuti li jissaħħu r-rekwiżiti għall-ħamrija u l-materjal għat-tkabbir permezz tar-reviżjoni tar-rekwiżiti rilevanti fl-Anness III, fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV u fl-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE.

(7)

Sabiex jitħarsu l-produzzjoni u l-kummerċ tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, huwa teknikament ġustifikat, u konsistenti mar-riskju fitosanitarju involut, li l-organiżmi ta' ħsara Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess) jiżdiedu mal-Parti B tal-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(8)

Minn tagħrif ipprovdut mill-Irlanda u mir-Renju Unit, jidher li t-territorji tal-Irlanda u tal-Irlanda ta' Fuq, rispettivament, huma ħielsa minn Liriomyza huidobrensis (Blanchard) u Liriomyza trifolii (Burgess) u li l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE għat-twaqqif ta' żona protetta fir-rigward ta' dawk l-organiżmi ta' ħsara. Għalhekk, il-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)

Huwa teknikament aċċettabbli, abbażi ta' għarfien xjentifiku u tekniku, li jiġu inklużi rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni u l-moviment, fejn applikabbli, ta' ċerti pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra lejn u fl-Unjoni minħabba l-probabbiltà tagħhom li jospitaw l-Aromia bungii (Faldermann), in-Neoleucinodes elegantalis (Guenée) imsemmi fil-premessa 1, il-Grapholita packardi (Zeller), imsemmi fil-premessa 2 u l-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu l-Pityophthorus juglandis Blackman imsemmi fil-premessa 4. Għalhekk, jenħtieġ li l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra rilevanti jiġu elenkati fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE. Għal Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, jenħtieġ li jiġu inklużi rekwiżiti speċjali addizzjonali għal moviment intern fis-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(10)

Fir-rigward ta' Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr imsemmi fil-premessa 5, huwa meħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti speċjali stabbiliti fis-Sezzjonijiet I u II tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE minħabba żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku u l-valutazzjoni tar-riskju fitosanitarju ppubblikata reċentement imwettqa mill-Awtorità.

(11)

Abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju fitosanitarju ta' numru ta' speċijiet Tephritidae tal-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti, standards internazzjonali rilevanti, informazzjoni teknika u numru ta' interċettazzjonijiet ta' speċijiet Tephritidae (mhux Ewropej) fuq komoditajiet importati, jenħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti speċjali stabbiliti fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(12)

Abbażi tad-data dwar l-interċettazzjonijiet fuq komoditajiet importati, rekwiżiti speċjali addizzjonali għal Bactericera cockerelli (Sulc.) u Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) jenħtieġ li jiġu inklużi fis-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(13)

Abbażi tal-kategorizzazzjonijiet tar-riskju fitosanitarju mwettqa mill-Awtorità, standards internazzjonali u informazzjoni teknika rilevanti u fid-dawl taż-żieda fil-kummerċ internazzjonali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali previsti fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE għal frott ta' Malus Mill. b'rabta mal-organiżmi ta' ħsara Enarmonia prunivora Walsh, Grapholita inopinata Heinrich u Rhagoletis pomonella (Walsh) u għall-frott ta' Malus Mill. u Pyrus L. b'rabta mal-organiżmi ta' ħsara Guignardia piricola (Nosa) Yamamoto u Tachypterellus quadrigibbus Say.

(14)

L-għan tar-rekwiżiti emendati stabbiliti fil-premessi 9 sa 13 huwa li jitnaqqas sa livell aċċettabbli r-riskju fitosanitarju kkawżat mill-introduzzjoni u fejn rilevanti l-moviment fl-Unjoni ta' dawk il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra.

(15)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2) ċerti żoni ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' diversi organiżmi ta' ħsara. Reċentement dak ir-Regolament ġie emendat biex jitqiesu l-aħħar żviluppi fir-rigward taż-żoni protetti fl-Unjoni u fost l-oħrajn, tal-organiżmi ta' ħsara li ġejjin: Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), Candidatus Phytoplasma ulmi, Ceratocystis platani (J.M.Walter) Engelbr. & T.C.Harr., Citrus tristeza virus (ir-razez Ewropej), Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al., Globodera pallida (Stone) Behrens, Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens, Gremmeniella abietina (Lag.) Morelet, Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess), Paysandisia archon (Burmeister), Rhynchophorus ferrugineus (Olivier), Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller, Thaumetopoea processionea L., il-Virus tal-wilt spottjat tat-tadam u Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti dwar iż-żoni protetti fir-rigward tal-organiżmi ta' ħsara rispettivi jkunu konsistenti, jenħtieġ li r-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu aġġornati.

(16)

Barra minn hekk, diversi żoni fl-Unjoni li ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' ċerti organiżmi ta' ħsara ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti minħabba li dawk l-organiżmi ta' ħsara ġew stabbiliti hemmhekk jew l-Istati Membri kkonċernati talbu għar-revoka tal-istatus ta' żona protetta. Dawk iż-żoni huma dawn li ġejjin: it-territorju tal-Finlandja fir-rigward ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej); l-Unitajiet Reġjonali ta' Arta u Lakonia fil-Greċja fir-rigward tal-virus Citrus tristeza (ir-razez Ewropej); it-territorju kollu tal-Emilia-Romagna, il-komuni ta' Scarnafigi u Villafalletto fil-provinċja ta' Cuneo fil-Piemonte u l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (il-Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-Provinċja ta' Katanja) u Centuripe, Regalbuto u Troina (il-Provinċja ta' Enna) fi Sqallija fl-Italja u t-territorju kollu tal-Irlanda ta' Fuq fir-Renju Unit u t-territorju kollu tal-kontea ta' Dunajská Streda fis-Slovakkja fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.; it-territorju tal-Irlanda ta' Fuq fir-Renju Unit fir-rigward tal-Gremmeniella abietina (Lag.) Morelet, iż-żoni tal-awtorità lokali ta' Barking u Dagenham; Basildon; Basingstoke u Deane; Bexley; Bracknell Forest; Brentwood; Broxbourne; Castle Point; Chelmsford; Chiltem; Crawley; Dacorum; Dartford; East Hertfordshire; Enfield; Epping Forest; Gravesham; Greenwich; Harlow; Hart; Havering; Hertsmere; Horsham; Littlesford; Medway; Mid Sussex; Mole Valley; Newham; North Hertfordshire; Redbridge; Reigate u Banstead; Rushmoor; Sevenoaks; South Bedfordshire; South Bucks; St Albans; Surrey Heath; Tandridge; Three Rivers; Thurrock; Tonbridge u Malling; Waltham Forest; Watford; Waverley; Welwyn Hatfield; Windsor u Maidenhead, Wokingham u Wycombe fir-Renju Unit fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L. u t-territorju tal-Iżvezja fir-rigward tal-virus tal-Virus tal-wilt spottjat tat-tadam. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi riflessa fil-Parti B rispettivament tal-Annessi I sa IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(17)

Sejbiet kontinwi ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) rigward ċerti pjanti u prodotti tal-pjanti ttrasportati fl-Unjoni f'ċerti żoni protetti juru li r-rekwiżiti attwali għall-moviment fl-Unjoni f'ċerti żoni protetti ta' pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) mhumiex xierqa biex inaqqsu r-riskju fitosanitarju inkwistjoni għal livelli aċċettabbli. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu riformulati fil-Parti B tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(18)

Jenħtieġ li l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħra msemmija fil-premessi 6 sa 17 ikunu soġġetti għal spezzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti qabel ma jiġu introdotti jew jiġu ttrasportati fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra jiġu elenkati fil-Partijiet A jew B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE. Barra minn hekk, bl-għan ta' protezzjoni fitosanitarja miżjuda, il-frott ta' Actinidia Lindl., Carica papaya L., Fragaria L., Persea americana Mill., Rubus L. u Vitis L. huma elenkati fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, u għall-frott ta' Annona L., Cydonia Mill., Diospyros L., Malus L., Mangifera L., Passiflora L., Prunus L., Psidium L., Pyrus L., Ribes L., Syzygium Gaertn. u Vaccinium L., diġà elenkat fil-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, ġie mwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku.

(19)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE jiġu emendati skont dan.

(20)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I sa V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

l-intestatura (a) hija emendata kif ġej:

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4.1.:

“4.2.

Aromia bungii (Faldermann)”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10.5.:

“10.6.

Grapholita packardi Zeller”

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 16.1.:

“16.2.

Neoleucinodes elegantalis (Guenée)

16.3.

Oemona hirta (Fabricius)”

l-intestatura (c) hija emendata kif ġej:

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 3:

“3.1.

Elsinoë australis Bitanc. & Jenk.

3.2.

Elsinoë citricola X.L. Fan, R.W. Barreto & Crous

3.3.

Elsinoë fawcettii Bitanc. & Jenk.”

(ii)

Is-Sezzjoni II hija emendata kif ġej:

l-intestatura (a) hija emendata kif ġej:

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7:

“7.1.

Pityophthorus juglandis Blackman”;

fl-intestatura (c), il-punti li ġejjin jiddaħħlu qabel il-punt 1:

“0.1.

Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr

0.2.

Fusarium circinatum Nirenberg & O'Donnell

0.3.

Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat”;

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

l-intestatura (a) hija emendata kif ġej:

fil-punt 1, fil-kolonna tal-lemin, jitħassar “FI”;

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 4:

“4.1.

Liriomyza huidobrensis (Blanchard)

IRL, UK (l-Irlanda ta' Fuq)

4.2.

Liriomyza trifolii (Burgess)

IRL, UK (l-Irlanda ta' Fuq)”

fil-punt 5, it-test fil-kolonna tal-lemin huwa sostitwit b'dan li ġej:

“IRL, UK (minbarra ż-żoni tal-awtorità lokali ta' Barking u Dagenham; Barnet; Basildon; Basingstoke u Deane; Bexley; Bracknell Forest; Brent; Brentwood; Bromley; Broxbourne; Camden; Castle Point; Chelmsford; Chiltem; City of London; City of Westminster; Crawley; Croydon; Dacorum; Dartford; Ealing; East Hertfordshire; Elmbridge District; Enfield; Epping Forest; Epsom u Ewell District; Gravesham; Greenwich; Guildford; Hackney; Hammersmith & Fulham; Haringey; Harlow; Harrow; Hart; Havering; Hertsmere; Hillingdon; Horsham; Hounslow; Islington; Kensington & Chelsea; Kingston upon Thames; Lambeth; Lewisham; Littlesford; Medway; Merton; Mid Sussex; Mole Valley; Newham; North Hertfordshire; Reading; Redbridge; Reigate u Banstead; Richmond upon Thames; Runnymede District; Rushmoor; Sevenoaks; Slough; South Bedfordshire; South Bucks; South Oxfordshire; Southwark; Spelthorne District; St Albans; Sutton; Surrey Heath; Tandridge; Three Rivers; Thurrock; Tonbridge u Malling; Tower Hamlets; Waltham Forest; Wandsworth; Watford; Waverley; Welwyn Hatfield; West Berkshire; Windsor u Maidenhead; Woking, Wokingham u Wycombe)”;

(ii)

fl-intestatura (b), il-punt 2 jitħassar.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

fl-intestatura (a), il-punt 11 jitħassar.

fl-intestatura (c), il-punt 9 jitħassar.

(ii)

Is-Sezzjoni II hija emendata kif ġej:

fl-intestatura (c), il-punt 1 jitħassar.

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

l-intestatura (a) hija emendata kif ġej:

il-punt 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“10.

Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller

Pjanti ta' Cedrus Trew u Pinus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra frott u żrieragħ

UK”

(ii)

fil-punt 2 tal-intestatura (b), it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b'dan li ġej:

“E (ħlief il-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalusija, Aragona, Kastilja-La Mancha, Kastilja u León, Extremadura, il-Komunità Awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-Provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-Provinċja ta' Lleida (il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-Provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-Provinċja ta' Valenzja (il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja)), EE, F (Korsika), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania, il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (minbarra l-Provinċji ta' Mantova, Milano, Sondrio u Varese, u l-komuni ta' Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-Provinċja ta' Monza Brianza), il-Marche, il-Molise, il-Piemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo, Scarnafigi, Tarantasca u Villafalletto fil-Provinċja ta' Cuneo), Sardenja, Sqallija, (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (il-Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-provinċja ta' Katanja) u Centuripe, Regalbuto u Troina (il-provinċja ta' Enna)), it-Toskana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-Provinċji ta' Rovigo u Venezia, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-Provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, il-komuni ta' Lendava, Renče-Vogrsko (fin-Nofsinhar tal-awtostrada H4) u Velika Polana, u l-insedjamenti ta' Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta' Ivančna Gorica), SK (minbarra l-Kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (Isle of Man u ċ-Channel Islands)”

(iii)

l-intestatura (c) hija emendata kif ġej:

il-punt 0.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“0.1.

Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr.

Injam, minbarra injam mingħajr qoxra, qoxra iżolata, u pjanti intiżi għat-tħawwil tal-Castanea Mill. u pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, tal-Quercus L.

CZ, IRL, S, UK”

fil-punt 2, il-kliem “UK (l-Irlanda ta' Fuq)” fit-tielet kolonna jitħassar.

(iv)

l-intestatura (d) hija emendata kif ġej:

fil-punt 1, it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b'dan li ġej:

“EL (minbarra l-Unitajiet Reġjonali ta' Argolida, Arta, Chania u Lakonia), M, P (ħlief Algarve, il-Madeira u l-Kontea ta' Odemira f'Alentejo)”;

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 14 tal-Parti A huwa sostitwit b'dan li ġej:

“14.

Ħamrija bħala tali, li tikkonsisti parzjalment minn sustanzi organiċi solidi

u

medju tat-tkabbir bħala tali, li jikkonsisti kompletament jew parzjalment minn sustanzi organiċi solidi, minbarra dak li huwa magħmul kompletament minn pit jew fibra ta' Cocos nucifera L., mhux użat preċedentement għat-tkabbir ta' pjanti jew għal kwalunkwe għan agrikolu ieħor

Pajjiżi terzi minbarra l-Iżvizzera”

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 1, it-test fil-kolonna tal-lemin huwa sostitwit b'dan li ġej:

“E (ħlief il-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalusija, Aragona, Kastilja-La Mancha, Kastilja u León, Extremadura, il-Komunità Awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-Provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-Provinċja ta' Lleida (il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-Provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-Provinċja ta' Valenzja (il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja)), EE, F (Korsika), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania, il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (minbarra l-Provinċji ta' Mantova, Milano, Sondrio u Varese, u l-komuni ta' Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-Provinċja ta' Monza Brianza), il-Marche, il-Molise, il-Piemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo, Scarnafigi, Tarantasca u Villafalletto fil-Provinċja ta' Cuneo), Sardenja, Sqallija, (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (il-Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-provinċja ta' Katanja) u Centuripe, Regalbuto u Troina (il-provinċja ta' Enna)), it-Toskana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-Provinċji ta' Rovigo u Venezia, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-Provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, il-komuni ta' Lendava, Renče-Vogrsko (fin-Nofsinhar tal-awtostrada H4) u Velika Polana, u l-insedjamenti ta' Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta' Ivančna Gorica), SK (minbarra l-Kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (Isle of Man u ċ-Channel Islands)”

(ii)

fil-punt 2, it-test fil-kolonna tal-lemin huwa sostitwit b'dan li ġej:

“E (ħlief il-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalusija, Aragona, Kastilja-La Mancha, Kastilja u León, Extremadura, il-Komunità Awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-Provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-Provinċja ta' Lleida (il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-Provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-Provinċja ta' Valenzja (il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja)), EE, F (Korsika), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania, il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (minbarra l-Provinċji ta' Mantova, Milano, Sondrio u Varese, u l-komuni ta' Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-Provinċja ta' Monza Brianza), il-Marche, il-Molise, il-Piemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo, Scarnafigi, Tarantasca u Villafalletto fil-Provinċja ta' Cuneo), Sardenja, Sqallija, (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (il-Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-provinċja ta' Katanja) u Centuripe, Regalbuto u Troina (il-provinċja ta' Enna), it-Toskana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-Provinċji ta' Rovigo u Venezia, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-Provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, il-komuni ta' Lendava, Renče-Vogrsko (fin-Nofsinhar tal-awtostrada H4) u Velika Polana, u l-insedjamenti ta' Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta' Ivančna Gorica), SK (minbarra l-Kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, ir-Renju Unit (Isle of Man u ċ-Channel Islands)”.

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 1.7.:

“1.8.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti B tal-Anness V, l-injam ta' Juglans L. u Pterocarya Kunth, minbarra fil-forma ta':

laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp, miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-pjanti,

materjal tal-ippakkjar tal-injam, fil-forma ta' kaxxi tal-ippakkjar, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, jintużawx tabilħaqq jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kull tip, għajr id-dunnage li fuqu jserrħu konsenji tal-injam, magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja, u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda li jinkludi dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-injam imsemmija fl-Anness IV(A)I(2.3.), (2.4.) u (2.5.), stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat, u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikun għadda minn trattament bis-sħana xieraq biex tinkiseb temperatura minima ta' 56 °C għal perjodu minimu ta' 40 minuta kontinwi tul il-profil sħiħ tal-injam. Għandu jkun hemm evidenza ta' dan b'marka “HT” li titpoġġa fuq l-injam jew fuq kwalunkwe tgeżwir skont l-użu attwali, kif ukoll fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(c)

ikun ġie maqtugħ fi kwadri biex jitneħħa għalkollox il-wiċċ tond naturali.

1.9.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti B tal-Anness V, il-qoxra iżolata u l-injam tal-Juglans L. u l-Pterocarya Kunth, fil-forma ta':

laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-pjanti, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness IV(A)I(1.8.), (2.3.), (2.4.) u (2.5.), stqarrija uffiċjali li l-injam jew il-qoxra iżolata:

(a)

joriġina minn żona ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat, u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u kif jissemma fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikunu għaddew minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tinkiseb temperatura minima ta' 56 °C għal mill-inqas 40 minuta konsekuttivi tul il-profil kollu tal-qoxra jew tal-injam, li jrid jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

il-punt 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti B tal-Anness V, l-injam tal-Platanus L., minbarra

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta' kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kwalunkwe tip, għajr id-dunnage li fuqu jserrħu konsenji tal-injam, magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja, u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda li jinkludi injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu fil-forma ta' laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp miksub sħiħ jew f'parti mill-Platanus L.,

li joriġina mill-Albanija, mill-Armenja, mill-Iżvizzera, mit-Turkija u mill-Istati Uniti tal-Amerka

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala ħielsa minn Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikun għadda mit-tnixxif fil-forn sakemm ikollu kontenut ta' umdità ta' inqas minn 20 %, espress bħala perċentwal tal-materja niexfa, milħuq fi skeda adattata ta' ħin/temperatura. Għandu jkun hemm evidenza ta' dan billi jkun hemm marka “kiln-dried” (imnixxef fil-forn) jew “KD”, jew marka oħra li hija rikonoxxuta internazzjonalment, li titpoġġa fuq l-injam jew fuq kwalunkwe tgeżwir skont l-użu attwali.”

il-punt 7.1.2 jitħassar;

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 7.5.:

“7.6.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti B tal-Anness V, l-injam tal-Prunus L., minbarra fil-forma ta':

laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp, miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-pjanti,

materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta' kontenituri tal-imballaġġ, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk fil-fatt jintużawx jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kwalunkwe tip, għajr id-dunnage li fuqu jserrħu konsenji tal-injam, magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja, u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda li jinkludi dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina miċ-Ċina, mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, mill-Mongolja, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Vjetnam

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-injam imsemmija fl-Anness IV(A)(I)(7.4.) u (7.5.), stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona ħielsa mill-Aromia bungii (Falderman), kif stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikun għadda minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tintlaħaq temperatura minima ta' 56 °C għal mill-inqas 30 minuta kontinwa tul il-profil kollu tal-injam, li jrid jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(c)

ikun għadda minn radjazzjoni jonizzanti xierqa sabiex tintlaħaq doża minima assorbita ta' 1 kGy fl-injam kollu, li trid tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).

7.7.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti B tal-Anness V, injam fil-forma ta' laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp miksub sħiħ jew f'parti mill-Prunus L., li joriġina miċ-Ċina, mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, mill-Mongolja, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Vjetnam

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-injam imsemmija fl-Anness IV(A)(I)(7.4.) u (7.5.) u (7.6.), stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa minn Aromia bungii (Faldermann), skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

ikun ġie pproċessat f'biċċiet bi ħxuna u wisa' ta' mhux iktar minn 2,5 cm,

jew

(c)

ikun għadda minn trattament xieraq tas-sħana sabiex tintlaħaq temperatura minima ta' 56 °C għal mill-inqas 30 minuta tul il-profil kollu tal-injam, li jrid jiġi indikat fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 11.4.:

“11.4.1.

Pjanti tal-Juglans L. u Pterocarya Kunth, intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti msemmija fl-Anness IV(A)I(11.4.), stqarrija uffiċjali li l-pjanti għat-tħawwil:

(a)

ikunu tkabbru tul ħajjithom kollha f'żona ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat, u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) ta' din id-Direttiva taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

joriġinaw minn post ta' produzzjoni, inkluża l-viċinanza tiegħu ta' raġġ ta' mill-inqas 5 km, fejn la s-sintomi tal-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħuPityophthorus juglandis Blackman, u lanqas il-preżenza tal-vettur, ma jkunu ġew osservati matul spezzjonijiet uffiċjali f'perjodu ta' sentejn qabel l-esportazzjoni; il-pjanti għat-tħawwil ikunu ġew spezzjonati immedjatament qabel l-esportazzjoni u mmaniġġjati u ppakkjati b'modi biex tiġi prevenuta l-infestazzjoni wara li jitilqu mill-post ta' produzzjoni,

jew

(c)

joriġinaw minn post ta' produzzjoni, b'iżolament fiżiku sħiħ u l-pjanti għat-tħawwil ikunu ġew spezzjonati immedjatament qabel l-esportazzjoni u mmaniġġjati u ppakkjati b'modi biex tiġi prevenuta l-infestazzjoni wara li jitilqu mill-post ta' produzzjoni.”

il-punt 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“12.

Pjanti tal-Platanus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, li joriġinaw mill-Albanija, mill-Armenja, mill-Iżvizzera, mit-Turkija u mill-Istati Uniti tal-Amerka

Stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

joriġinaw minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala ħielsa minn Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, u kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”,

jew

(b)

l-ebda sintomi ta' Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr. ma jkunu ġew osservati fil-post ta' produzzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14.1.:

“14.2.

Pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra pjanti f'kolturi tat-tessut u żrieragħ, ta' Crataegus L., Cydonia Mill., Malus Mill., Prunus L., Pyrus L. u Vaccinium L. li joriġinaw mill-Kanada, mill-Messiku u mill-Istati Uniti tal-Amerka

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness III(A)(9) u (18), l-Anness III(B)(1), jew l-Anness IV(A)(I), (14.1.), (17), (19.1.), (19.2.), (20), (22.1.), (22.2.), (23.1.) u (23.2.) fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

ikunu tkabbru tul ħajjithom kollha f'żona ħielsa minn Grapholita packardi Zelleri, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni;

jew

(b)

ikunu tkabbru tul ħajjithom kollha, f'post ta' produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Grapholita packardi Zeller skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti:

(i)

li jkun irreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini,

u

(ii)

li jkun ġie soġġett għal spezzjonijiet kull sena għal kwalunkwe sinjali ta' Grapholita packardi Zeller imwettqa fi żminijiet xierqa,

u

(iii)

fejn il-pjanti jkunu tkabbru f'sit bl-applikazzjoni ta' trattamenti preventivi xierqa u fejn l-assenza ta' Grapholita packardi Zeller tkun ġiet ikkonfermata minn stħarriġ uffiċjali mwettaq kull sena fi żminijiet xierqa,

u

(iv)

immedjatament qabel l-esportazzjoni l-pjanti jkunu ġew soġġetti għal spezzjoni metikoluża għall-preżenza ta' Grapholita packardi Zeller;

jew

(c)

ikunu tkabbru f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni ta' Grapholita packardi Zeller.”

il-punti 16.5. u 16.6. huma sostitwiti b'dan li ġej:

“16.5.

Frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, Mangifera L. u Prunus L.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.1), (16.2), (16.3), (16.4), u (16.6), stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-frott joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles mit-Tephritidae (mhux Ewropej), li dak il-frott hu magħruf li huwa suxxettibbli għalihom, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

il-frott joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa mit-Tephritidae (mhux Ewropej), li dak il-frott hu magħruf li huwa suxxettibbli għalihom, skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

ma jkun ġie osservat l-ebda sinjal ta' Tephritidae (mhux Ewropej), li dak il-frott hu magħruf li huwa suxxettibbli għalihom, fil-post ta' produzzjoni u fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni, waqt spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba fix-xahar matul it-tliet xhur qabel il-ħsad, u l-ebda mill-frott maħsud fil-post ta' produzzjoni ma jkun wera, f'eżami uffiċjali xieraq, sinjali tal-organiżmu rilevanti

kif ukoll

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(d)

ikun ġie soġġett għal trattament effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles mit-Tephritidae (mhux Ewropej), li dak il-frott hu magħruf li huwa suxxettibbli għalihom, u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.

16.6.

Il-frott ta' Capsicum (L.), Citrus L., minbarra Citrus limon (L.) Osbeck. u Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle, Prunus persica (L.) Batsch u Punica granatum L. li joriġina minn pajjiżi tal-kontinent Afrikan, Cape Verde, Saint Helena, Madagascar, La Reunion, Mauritius u Iżrael

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.1), (16.2), (16.3), (16.4), (16.5.) u (36.3.), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick), skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li huwa ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti u l-informazzjoni dwar it-traċċabilità hija inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), u l-ispezzjonijiet uffiċjali jkunu twettqu fil-post ta' produzzjoni fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluż eżami viżwali tal-kampjuni rappreżentattivi ta' frott, li jintwera li huwa ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick),

jew

(d)

ikun ġie soġġett għal trattament kiesaħ effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) jew trattament effettiv ieħor biex jiġi żgurat li huwa ħieles mit-Thaumatotibia leucotreta (Meyrick) u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament flimkien ma' evidenza dokumentata bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.”

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 16.6.:

“16.7.

Frott ta' Malus Mill.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.8), (16.9.) u (16.10.), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles mill-Enarmonia prunivora Walsh, mill-Grapholita inopinata Heinrich u mir-Rhagoletis pomonella (Walsch) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa mill-Enarmonia prunivora Walsh, mill-Grapholita inopinata Heinrich u mir-Rhagoletis pomonella (Walsch), skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni fejn spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali għall-preżenza tal-Enarmonia prunivora Walsh, tal-Grapholita inopinata Heinrich u tar-Rhagoletis pomonella (Walsch) jitwettqu fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluża spezzjoni viżwali tal-kampjun rappreżentattiv ta' frott, li jintwera li huwa ħieles mill-organiżmu(i) ta' ħsara

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(d)

ikun ġie soġġett għal trattament effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles mill-Enarmonia prunivora Walsh, mill-Grapholita inopinata Heinrich u mir-Rhagoletis pomonella (Walsch) u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.

16.8.

Frott tal-Malus Mill. u tal-Pyrus L.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.7), (16.9.) u (16.10.), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles mill-Guignardia piricola (Nosa) Yamamoto skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa mill-Guignardia piricola (Nosa) Yamamoto skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni fejn spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali għall-preżenza tal-Guignardia piricola (Nosa) Yamamoto jitwettqu fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluża spezzjoni viżwali tal-kampjun rappreżentattiv ta' frott, li jintwera li huwa ħieles mill-organiżmu ta' ħsara

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(d)

ikun ġie soġġett għal trattament effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles mill-Guignardia piricola (Nosa) Yamamoto u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.

16.9.

Frott tal-Malus Mill. u tal-Pyrus L.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.7), (16.8.) u (16.10.), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles mit-Tachypterellus quadrigibbus Say skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa mit-Tachypterellus quadrigibbus Say skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni fejn spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali għall-preżenza tat-Tachypterellus quadrigibbus Say jitwettqu fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluża spezzjoni viżwali tal-kampjun rappreżentattiv ta' frott, li jintwera li huwa ħieles mill-organiżmu ta' ħsara

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(d)

ikun ġie soġġett għal trattament effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles mit-Tachypterellus quadrigibbus Say u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.

16.10.

Frott tal-Malus Mill., tal-Prunus L., tal-Pyrus L. u tal-Vaccinium L., li joriġina mill-Kanada, mill-Messiku u mill-Istati Uniti tal-Amerka

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.5.), (16.6.), (16.7.), (16.8), u (16.9.) stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa mill-Grapholita packardi Zeller skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn post ta' produzzjoni fejn spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali għall-preżenza tal-Grapholita packardi Zeller jitwettqu fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluża spezzjoni ta' kampjun rappreżentattiv ta' frott, li jintwera li huwa ħieles mill-organiżmu ta' ħsara

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(c)

ikun ġie soġġett għal trattament effettiv biex jiġi żgurat li huwa ħieles mill-Grapholita packardi Zeller u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii), sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat il-metodu ta' trattament bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni.”

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 25.7.2.:

“25.7.3.

Frott tal-Capsicum annuum L., tas-Solanum aethiopicum L., tas-Solanum lycopersicum L. u tas-Solanum melongena L.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.6.), (25.7.1.), (25.7.2.), (25.7.4.), (36.2.) u (36.3.), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala li huwa ħieles min-Neoleucinodes elegantalis (Guenée) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li hija ħielsa min-Neoleucinodes elegantalis (Guenée) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala li huwa ħieles min-Neoleucinodes elegantalis (Guenée) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti u l-ispezzjonijiet uffiċjali jkunu twettqu fil-post ta' produzzjoni fi żminijiet xierqa matul l-istaġun tat-tkabbir, inkluż eżami tal-kampjuni rappreżentattivi tal-frott, li jintwera li huwa ħieles min-Neoleucinodes elegantalis (Guenée),

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii),

jew

(d)

joriġina minn sit ta' produzzjoni protett mill-insetti, stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala ħieles min-Neoleucinodes elegantalis (Guenée), abbażi ta' spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali mwettqa matul it-tliet xhur ta' qabel l-esportazzjoni,

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).

25.7.4.

Frott tas-Solanaceae li joriġina mill-Awstralija, mill-Kontinent Amerikan u minn New Zealand

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fl-Anness IV(A)(I)(16.6.), (25.7.1.), (25.7.2.), (25.7.3.), (36.2.) u (36.3.), stqarrija uffiċjali li l-frott:

(a)

joriġina minn pajjiż rikonoxxut bħala ħieles mill-Bactericera cockerelli (Sulc.) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(b)

joriġina minn żona stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini bħala ħielsa minn Bactericera cockerelli (Sulc.) skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti, kif imsemmi fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija Addizzjonali”, sakemm l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ikkomunikat dan l-istatus ta' ħelsien bil-quddiem u bil-miktub lill-Kummissjoni,

jew

(c)

joriġina minn post ta' produzzjoni, fejn spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali għall-preżenza tal- Bactericera cockerelli (Sulc.) inkluż il-viċinanza immedjata tiegħu, ikunu twettqu matul l-aħħar tliet xhur qabel l-esportazzjoni u jkun ġie soġġett għal trattamenti effettivi biex jiġi żgurat ħelsien mill-organiżmu ta' ħsara, u kampjuni rappreżentattivi tal-frott ikunu ġew spezzjonati qabel l-esportazzjoni,

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii)

jew

(d)

joriġina minn sit ta' produzzjoni protett mill-insetti, stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż ta' oriġini, bħala ħieles mill-Bactericera cockerelli (Sulc.), abbażi ta' spezzjonijiet u stħarriġ uffiċjali mwettqa matul it-tliet xhur qabel l-esportazzjoni,

u

informazzjoni dwar it-traċċabilità tkun inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii).”

il-punt 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“34.

Medju tat-tkabbir, imwaħħal jew assoċjat mal-pjanti, intiż biex isostni l-vitalità tal-pjanti, bl-eċċezzjoni ta' ambjent sterili ta' pjanti in-vitro, li joriġina minn pajjiżi terzi oħra għajr l-Iżvizzera.

Stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-medju tat-tkabbir, fil-ħin tat-tħawwil tal-pjanti assoċjati:

(i)

kien ħieles minn ħamrija u materja organika u ma ntużax qabel għat-tkabbir tal-pjanti jew għal kwalunkwe għan agrikolu ieħor,

jew

(ii)

kien magħmul kompletament minn pit jew fibra tal-Cocos nucifera L. u ma ntużax qabel għat-tkabbir tal-pjanti jew għal xi għan agrikolu ieħor

jew

(iii)

kien soġġett għal trattament effettiv biex ikun żgurat il-ħelsien minn organiżmi ta' ħsara u d-data dwar it-trattament jenħtieġ li tiġi indikata fuq iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 13(1)(ii) taħt ir-rubrika “Stqarrija addizzjonali”

u

fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq inħażen u nżamm taħt kundizzjonijiet xierqa biex jinżamm ħieles minn organiżmi ta' ħsara

u

(b)

mit-tħawwil:

(ii)

ittieħdu miżuri xierqa sabiex ikun żgurat li l-medju tat-tkabbir ikun inżamm ħieles minn organiżmi ta' ħsara, inkluż mill-inqas:

iżolament fiżiku tal-medju tat-tkabbir minn ħamrija u sorsi oħra possibbli ta' kontaminazzjoni

miżuri tal-iġjene

l-użu ta' ilma ħieles minn organiżmi ta' ħsara

jew

(ii)

fi żmien ġimagħtejn qabel l-esportazzjoni, il-medju tat-tkabbir inkluż, fejn xieraq, il-ħamrija tkun tneħħiet kompletament bil-ħasil bl-ilma ħieles minn organiżmi ta' ħsara. It-tħawwil mill-ġdid jista' jitwettaq fil-medju tat-tkabbir li għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a). Għandhom jinżammu kundizzjonijiet xierqa biex jinżamm il-ħelsien minn organiżmi ta' ħsara kif stipulat fil-punt (b).”

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 34:

“34.1.

Basal, basal tuberuż, riżomi u tuberi, intiżi għat-tħawwil, minbarra tuberi tas-Solanum tuberosum, li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Iżvizzera

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Anness IV(A)(I)(30), stqarrija uffiċjali li l-konsenja jew il-lott ma għandux ikun fihom aktar minn 1 % skont il-piż nett ta' ħamrija u medju tat-tkabbir.

34.2.

Tuberi tas-Solanum tuberosum li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Iżvizzera

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Anness III(A)(10), (11) u (12) u fl-Anness IV(A)(I) (25.1.), (25.2.), (25.3.), (25.4.1.) u (25.4.2.), stqarrija uffiċjali li l-konsenja jew il-lott ma għandux ikun fihom aktar minn 1 % skont il-piż nett ta' ħamrija u medju tat-tkabbir.

34.3.

Ħxejjex bl-għeruq u tuberkli li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Iżvizzera

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Anness III(A)(10), (11) u (12), stqarrija uffiċjali li l-konsenja jew il-lott ma għandux ikun fihom aktar minn 1 % skont il-piż nett ta' ħamrija u medju tat-tkabbir.

34.4.

Makkinarju u vetturi li jkunu ġew operati għal għanijiet agrikoli jew tal-forestrija, importati minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Iżvizzera

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Anness IV(B)(30), stqarrija uffiċjali li l-makkinarju jew il-vetturi huma mnaddfa u ħielsa minn ħamrija u fdal tal-pjanti.”

(ii)

Is-Sezzjoni II hija emendata kif ġej:

il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2:

“2.1.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti A tal-Anness V, l-injam ta' Juglans L. u Pterocarya Kunth, minbarra fil-forma ta':

laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp, miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-pjanti,

materjal tal-ippakkjar tal-injam, fil-forma ta' kaxxi tal-ippakkjar, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, jintużawx tabilħaqq jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kull tip, għajr id-dunnage li fuqu jserrħu konsenji tal-injam, magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja, u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja,

iżda inkluż dak li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu.

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina minn żona magħrufa li hija ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(b)

ikun għadda minn trattament bis-sħana xieraq biex tinkiseb temperatura minima ta' 56 °C għal perjodu minimu ta' 40 minuta kontinwi tul il-profil sħiħ tal-injam. Għandu jkun hemm evidenza ta' dan permezz ta' marka “HT” li titpoġġa fuq l-injam jew fuq kwalunkwe tgeżwir skont l-użu attwali,

jew

(c)

ikun ġie maqtugħ fi kwadri biex jitneħħa għalkollox il-wiċċ tond naturali.

2.2.

Imniżżel jew le fost il-kodiċijiet NM fil-Parti A tal-Anness V, il-qoxra iżolata u l-injam ta' Juglans L. u Pterocarya Kunth, fil-forma ta':

laqx, partiċelli, serratura, ċana, fdal tal-injam u skrapp, miksub sħiħ jew f'parti minn dawn il-pjanti

Stqarrija uffiċjali li l-injam jew il-qoxra iżolata:

(a)

joriġina minn żona ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(b)

ikun għadda minn trattament bis-sħana xieraq biex tinkiseb temperatura minima ta' 56 °C għal tul ta' ħin minimu ta' 40 minuta kontinwi tul il-profil sħiħ tal-qoxra jew tal-injam. Għandu jkun hemm evidenza ta' dan permezz ta' marka “HT” li titpoġġa fuq kwalunkwe tgeżwir skont l-użu attwali.

2.3.

Materjal tal-injam għall-imballaġġ, fil-forma ta' kontenituri għall-imballaġġ, kaxxi, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxxi tal-palits u twavel oħra għat-tagħbija, għenuq tal-palits, dunnage, kemm jekk effettivament jintużawx jew le fit-trasport ta' oġġetti ta' kwalunkwe tip, minbarra injam mhux ipproċessat bi ħxuna ta' 6 mm jew inqas, l-injam ipproċessat prodott bil-kolla, bis-sħana u bil-pressa, jew kombinament tagħhom, u dunnage li jsostni konsenji tal-injam, li jkun magħmul minn injam tal-istess tip u kwalità bħall-injam fil-konsenja u li jissodisfa l-istess rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni bħall-injam fil-konsenja.

Il-materjal tal-injam għall-imballaġġ għandu:

(a)

joriġina minn żona, li hija ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(b)

ikun magħmul minn injam mingħajr qoxra, kif speċifikat fl-Anness I għall-Istandard Internazzjonali tal-FAO għal Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar ir-Regolamentazzjoni tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-kummerċ internazzjonali

jiġi soġġett għal wieħed mit-trattamenti approvati kif speċifikat fl-Anness I ta' dak l-istandard Internazzjonali, u

juri marka kif speċifikat fl-Anness II ta' dak l-Istandard Internazzjonali, li tindika li l-materjal tal-injam għall-imballaġġ ikun ġie soġġett għal trattament fitosanitarju approvat skont dan l-istandard.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7:

“7.1.

Pjanti tal-Juglans L. u tal-Pterocarya Kunth, intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

Stqarrija uffiċjali li l-pjanti għat-tħawwil:

(a)

ikunu tkabbru tul ħajjithom kollha, jew mill-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, f'post ta' produzzjoni f'żona ħielsa mill-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti

jew

(b)

joriġinaw minn post ta' produzzjoni, inkluża l-viċinanza tiegħu ta' raġġ ta' mill-inqas 5 km, fejn la s-sintomi tal-Geosmithia morbida Kolarík, Freeland, Utley & Tisserat u l-vettur tiegħu Pityophthorus juglandis Blackman, u lanqas il-preżenza tal-vettur, ma jkunu ġew osservati matul spezzjonijiet uffiċjali f'perjodu ta' sentejn qabel it-trasferiment, il-pjanti għat-tħawwil ikunu ġew spezzjonati viżwalment qabel it-trasferiment u mmaniġġjati u ppakkjati b'modi sabiex tiġi prevenuta l-infestazzjoni wara li jitilqu l-post ta' produzzjoni,

jew

(c)

joriġinaw minn post ta' produzzjoni, b'iżolament fiżiku sħiħ, u l-pjanti għat-tħawwil ikunu ġew spezzjonati viżwalment qabel it-trasferiment u mmaniġġjati u ppakkjati b'modi biex tiġi prevenuta infestazzjoni wara li jitilqu mill-post ta' produzzjoni.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 30.1.:

“31.

Makkinarju u vetturi li jkunu ġew operati għal għanijiet agrikoli jew tal-forestrija

Il-makkinarju jew il-vetturi għandhom:

(a)

jiġu trasferiti minn żona li hija ħielsa minn Ceratocystis platani (J. M. Walter) Engelbr. & T. C. Harr., stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(b)

jiġu mnaddfa u jkunu ħielsa mill-ħamrija u l-fdal tal-pjanti qabel ma jiġu trasferiti miż-żona infestata b'Ceratocystis platani (J. M. Walter).”

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 16, il-kliem fit-tielet kolonna “UK (Irlanda ta' Fuq)” jitħassar

(ii)

fil-punt 16.1. it-test fl-ewwel kolonna huwa sostitwit b'dan li ġej:

“16.1.

Pjanti ta' Cedrus Trew, Pinus L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ”

(iii)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 16.1.:

“16.2.

Pjanti tal-Quercus L., minbarra l-Quercus suber L., ta' ċirkonferenza ta' mill-inqas 8 cm imkejla f'għoli ta' 1,2 m mill-għonq tal-għeruq, intiżi għat-tħawwil, minbarra frott u żrieragħ

Mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(2), IV(A)(I)(11.01.), (11.1.), (11.2.) u IV(A)(II)(7), stqarrija uffiċjali li:

(a)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'postijiet ta' produzzjoni f'pajjiżi fejn huwa magħruf li ma jinstabx it-Thaumetopoea processionea L.,

jew

(b)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'żona protetta elenkata fit-tielet kolonna jew f'żona ħielsa mit-Thaumetopoea processionea L. stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti,

jew

(c)

il-pjanti:

 

ikunu ġew prodotti mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni f'imxietel li, inkluż il-viċinanza tagħhom, ikunu nstabu ħielsa mit-Thaumetopoea processionea L. abbażi tal-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa fl-eqreb post possibbli fil-prattika għat-trasferiment tagħhom

u

 

stħarriġ uffiċjali tal-mixtla u l-viċinanza tagħha jkun twettaq fi żminijiet xierqa mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta' veġetazzjoni biex jiġu identifikati larva u sintomi oħra tat-Thaumetopoea processionea L.,

jew

(d)

tul ħajjithom kollha l-pjanti jkunu ġew imkabbra f'sit bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tat-Thaumetopoea processionea L. u jkunu ġew spezzjonati fi żminijiet xierqa u nstabu li huma ħielsa mit-Thaumetopoea processionea L.

IE, UK (minbarra ż-żoni tal-awtorità lokali ta' Barking u Dagenham; Barnet; Basildon; Basingstoke u Deane; Bexley; Bracknell Forest; Brent; Brentwood; Bromley; Broxbourne; Camden; Castle Point; Chelmsford; Chiltem; City of London; City of Westminster; Crawley; Croydon; Dacorum; Dartford; Ealing; East Hertfordshire; Elmbridge District; Enfield; Epping Forest; Epsom u Ewell District; Gravesham; Greenwich; Guildford; Hackney; Hammersmith & Fulham; Haringey; Harlow; Harrow; Hart; Havering; Hertsmere; Hillingdon; Horsham; Hounslow; Islington; Kensington & Chelsea; Kingston upon Thames; Lambeth; Lewisham; Littlesford; Medway; Merton; Mid Sussex; Mole Valley; Newham; North Hertfordshire; Reading; Redbridge; Reigate u Banstead; Richmond upon Thames; Runnymede District; Rushmoor; Sevenoaks; Slough; South Bedfordshire; South Bucks; South Oxfordshire; Southwark; Spelthorne District; St Albans; Sutton; Surrey Heath; Tandridge; Three Rivers; Thurrock; Tonbridge u Malling; Tower Hamlets; Waltham Forest; Wandsworth; Watford; Waverley; Welwyn Hatfield; West Berkshire; Windsor u Maidenhead; Woking, Wokingham u Wycombe)”

(iv)

fil-punt 21, it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b'dan li ġej:

“E (ħlief il-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalusija, Aragona, Kastilja-La Mancha, Kastilja u León, Extremadura, il-Komunità Awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-Provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-Provinċja ta' Lleida (il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-Provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-Provinċja ta' Valenzja (il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja)), EE, F (Korsika), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania, il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (minbarra l-Provinċji ta' Mantova, Milano, Sondrio u Varese, u l-komuni ta' Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-Provinċja ta' Monza Brianza), il-Marche, il-Molise, il-Piemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo, Scarnafigi, Tarantasca u Villafalletto fil-Provinċja ta' Cuneo), Sardenja, Sqallija, (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (il-Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-provinċja ta' Katanja) u Centuripe, Regalbuto u Troina (il-provinċja ta' Enna)), it-Toskana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-Provinċji ta' Rovigo u Venezia, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-Provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, il-komuni ta' Lendava, Renče-Vogrsko (fin-Nofsinhar tal-awtostrada H4) u Velika Polana, u l-insedjamenti ta' Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta' Ivančna Gorica), SK (minbarra l-Kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (Isle of Man u ċ-Channel Islands)”

(v)

fil-punt 21.3., it-test fit-tielet kolonna huwa sostitwit b'dan li ġej:

“E (ħlief il-Komunitajiet Awtonomi ta' Andalusija, Aragona, Kastilja-La Mancha, Kastilja u León, Extremadura, il-Komunità Awtonoma ta' Madrid, Murcia, Navarra u La Rioja, il-Provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas ta' Garrigues, Noguera, Pla d'Urgell, Segrià u Urgell fil-Provinċja ta' Lleida (il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-Provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-Provinċja ta' Valenzja (il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja)), EE, F (Korsika), IRL (minbarra l-belt ta' Galway), I (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania, il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (minbarra l-Provinċji ta' Mantova, Milano, Sondrio u Varese, u l-komuni ta' Bovisio Masciago, Cesano Maderno, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-Provinċja ta' Monza Brianza), il-Marche, il-Molise, il-Piemonte (minbarra l-komuni ta' Busca, Centallo, Scarnafigi, Tarantasca u Villafalletto fil-Provinċja ta' Cuneo), Sardenja, Sqallija, (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Cesarò (il-Provinċja ta' Messina), Maniace, Bronte, Adrano (il-provinċja ta' Katanja) u Centuripe, Regalbuto u Troina (il-provinċja ta' Enna)), it-Toskana, l-Umbria, il-Valle d'Aosta, il-Veneto (minbarra l-Provinċji ta' Rovigo u Venezia, il-komuni ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u, Vescovana fil-Provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), LV, LT (minbarra l-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), P, SI (minbarra r-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, il-komuni ta' Lendava, Renče-Vogrsko (fin-Nofsinhar tal-awtostrada H4) u Velika Polana, u l-insedjamenti ta' Fużina, Gabrovčec, Glogovica, Gorenja vas, Gradiček, Grintovec, Ivančna Gorica, Krka, Krška vas, Male Lese, Malo Črnelo, Malo Globoko, Marinča vas, Mleščevo, Mrzlo Polje, Muljava, Podbukovje, Potok pri Muljavi, Šentvid pri Stični, Škrjanče, Trebnja Gorica, Velike Lese, Veliko Črnelo, Veliko Globoko, Vir pri Stični, Vrhpolje pri Šentvidu, Zagradec u Znojile pri Krki fil-komun ta' Ivančna Gorica), SK (minbarra l-Kontea ta' Dunajská Streda, Hronovce u Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-Kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov)), FI, UK (Isle of Man u ċ-Channel Islands)”

(vi)

il-punt 24.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“24.1.

Qtugħ mingħajr għeruq tal-Euphorbia pulcherrima Willd., intiżi għat-tħawwil,

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness IV(A)(I)(45.1), fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-qtugħ mingħajr għeruq joriġina minn żona magħrufa li hija ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej),

jew

(b)

l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) ma ġie osservat fil-post ta' produzzjoni, inkluż jew fuq il-qtugħ jew fuq il-pjanti li minnhom jinkiseb, jinżamm jew jiġi prodott il-qtugħ f'dan il-post ta' produzzjoni, waqt spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas kull tliet ġimgħat matul il-perjodu kollu tal-produzzjoni ta' dawn il-pjanti f'dan il-post ta' produzzjoni,

jew

(c)

f'każijiet fejn fil-post ta' produzzjoni ikun instab il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), il-qtugħ u l-pjanti li minnhom jinkiseb, jinżamm jew jiġi prodott il-qtugħ f'dan il-post ta' produzzjoni jkunu għaddew minn trattament xieraq biex jiġi żgurat li huma ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni għandu jkun instab li huwa ħieles mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa bl-għan li jiġi eradikat il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), fiż-żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa kull ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel it-trasferiment minn dan il-post ta' produzzjoni u fi proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perjodu msemmi. L-aħħar spezzjoni tal-ispezzjonijiet ta' kull ġimgħa msemmija hawn fuq għandha titwettaq immedjatament qabel it-trasferiment imsemmi hawn fuq.

IRL, P (l-Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), S, UK”

(vii)

il-punt 24.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“24.2.

Pjanti tal- Euphorbia pulcherrima Willd., intiżi għat-tħawwil, minbarra:

żrieragħ,

dawk speċifikati fil-punt 24.1.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness IV(A)(I)(45.1), fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti joriġinaw minn żona magħrufa li hija ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej),

jew

(b)

l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) ma jkun ġie osservat, inkluż fuq pjanti fil-post ta' produzzjoni waqt spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul id-disa' ġimgħat qabel il-kummerċjalizzazzjoni,

jew

(c)

f'każijiet fejn fil-post ta' produzzjoni ikun instab il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), il-pjanti, miżmuma jew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni jkunu għaddew minn trattament xieraq biex jiġi żgurat li huma ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni għandu jkun instab li huwa ħieles mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa bl-għan li jiġi eradikat il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), fiż-żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa kull ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel it-trasferiment minn dan il-post ta' produzzjoni u fi proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perjodu msemmi. L-aħħar spezzjoni tal-ispezzjonijiet ta' kull ġimgħa msemmija hawn fuq għandha titwettaq immedjatament qabel it-trasferiment imsemmi hawn fuq,

u

(d)

tkun disponibbli evidenza li l-pjanti jkunu ġew prodotti minn qtugħ li:

(da)

joriġina minn żona magħrufa li hija ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej),

jew

(db)

ikun tkabbar f'post ta' produzzjoni fejn l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) ma jkun ġie osservat, inkluż fuq pjanti, waqt spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul il-perjodu sħiħ ta' produzzjoni ta' dawn il-pjanti,

jew

(dc)

f'każijiet fejn il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) ikun instab fil-post ta' produzzjoni, ikun tkabbar fuq pjanti miżmuma jew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni li jkunu għaddew minn trattament xieraq biex jiġi żgurat li huma ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni għandu jkun instab li huwa ħieles mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa bl-għan li jiġi eradikat il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), fiż-żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa kull ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel it-trasferiment minn dan il-post ta' produzzjoni u fi proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perjodu msemmi. L-aħħar spezzjoni tal-ispezzjonijiet ta' kull ġimgħa msemmija hawn fuq għandha titwettaq immedjatament qabel it-trasferiment imsemmi hawn fuq;

jew

(e)

għal dawk il-pjanti li għalihom għandu jkun hemm evidenza mill-imballaġġ tagħhom jew mill-iżvilupp tal-fjuri (jew il-weraq) tagħhom jew b'xi mod ieħor li huma intiżi għall-bejgħ dirett lil konsumaturi finali li mhumiex involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti, il-pjanti jkunu ġew spezzjonati uffiċjalment u nstabu li huma ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) immedjatament qabel it-trasferiment tagħhom.

IRL, P (l-Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), S, UK”

(viii)

il-punt 24.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“24.3.

Pjanti tal-Begonia L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, tuberi u basal tuberuż, u pjanti tal-Ajuga L., tal-Crossandra Salisb., tad-Dipladenia A.DC., tal-Ficus L., tal-Hibiscus L., tal-Mandevilla Lindl. u tan-Nerium oleander L., intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness IV(A)(I)(45.1), fejn xieraq, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti joriġinaw minn żona magħrufa li hija ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej),

jew

(b)

l-ebda sinjal ta' Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) ma jkun ġie osservat, inkluż fuq pjanti fil-post ta' produzzjoni waqt spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-inqas darba kull tliet ġimgħat matul id-disa' ġimgħat qabel il-kummerċjalizzazzjoni,

jew

(c)

f'każijiet fejn fil-post ta' produzzjoni ikun instab il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), il-pjanti, miżmuma jew prodotti f'dan il-post ta' produzzjoni jkunu għaddew minn trattament xieraq biex jiġi żgurat li huma ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u sussegwentement dan il-post ta' produzzjoni għandu jkun instab li huwa ħieles mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni ta' proċeduri xierqa bl-għan li jiġi eradikat il-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej), fiż-żewġ spezzjonijiet uffiċjali mwettqa kull ġimgħa matul it-tliet ġimgħat qabel it-trasferiment minn dan il-post ta' produzzjoni u fi proċeduri ta' monitoraġġ matul il-perjodu msemmi. L-aħħar spezzjoni tal-ispezzjonijiet ta' kull ġimgħa msemmija hawn fuq għandha titwettaq immedjatament qabel it-trasferiment imsemmi hawn fuq;

jew

(d)

għal dawk il-pjanti li għalihom għandu jkun hemm evidenza mill-imballaġġ tagħhom jew mill-iżvilupp tal-fjuri tagħhom jew b'xi mod ieħor li huma intiżi għall-bejgħ dirett lill-konsumaturi finali li mhumiex involuti fil-produzzjoni professjonali tal-pjanti, il-pjanti jkunu ġew spezzjonati uffiċjalment u nstabu li huma ħielsa mill-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) immedjatament qabel it-trasferiment tagħhom.

IRL, P (l-Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho u Trás-os-Montes), S, UK”

(ix)

il-punt 31 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“31.

Frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom li joriġinaw minn BG, HR, SI, EL (l-Unitajiet Reġjonali ta' Argolida, Arta, Chania u Lakonia), P (Algarve, il-Madeira u l-Kontea ta' Odemira f'Alentejo), E, F, CY u I

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit fl-Anness IV(A)(II)(30.1.) dak l-imballaġġ jenħtieġ li juri marka tal-oriġini:

(a)

il-frott għandu jkun ħieles minn weraq u pedunkuli;

jew

(b)

fil-każ ta' frott bil-weraq jew pedunkuli, stqarrija uffiċjali li l-frott huwa ppakkjat f'reċipjenti magħluqin li ġew issiġillati uffiċjalment u għandhom jibqgħu ssiġillati waqt it-trasport tagħhom f'żona protetta, rikonoxxuta għal dan il-frott, u għandhom juru marka li tiddistingwihom fuq il-passaport.

EL (minbarra l-Unitajiet Reġjonali ta' Argolida, Arta, Chania u Lakonia), M, P (minbarra Algarve, il-Madeira u l-Kontea ta' Odemira f'Alentejo)”

(5)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

il-punt 1.7.(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

ikun inkiseb sħiħ jew f'parti mill-Juglans L., mill-Platanus L., u mill-Pterocarya L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu;”

il-punt 2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.1.

Pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, tal-ġeneri Abies Mill., Apium graveolens L., Argyranthemum spp., Asparagus officinalis L., Aster spp., Brassica spp., Castanea Mill., Cucumis spp., Dendranthema (DC.) Des Moul., Dianthus L. u l-ibridi, Exacum spp., Fragaria L., Gerbera Cass., Gypsophila L., il-varjetajiet kollha tal-ibridi ta' New Guinea Impatiens L., Juglans L., Lactuca spp., Larix Mill., Leucanthemum L., Lupinus L., Pelargonium l'Hérit. ex Ait., Picea A. Dietr., Pinus L., Platanus L., Populus L., Prunus laurocerasus L., Prunus lusitanica L., Pseudotsuga Carr., Pterocarya L., Quercus L., Rubus L., Spinacia L., Tanacetum L., Tsuga Carr., Ulmus L., Verbena L. u pjanti oħra ta' speċi erbaċej, minbarra l-pjanti tal-familja Gramineae, intiżi għat-tħawwil, u minbarra basal, basal tuberuż, riżomi, żrieragħ u tuberi.”

(ii)

Is-Sezzjoni II hija emendata kif ġej:

il-punt 1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.2.

Pjanti intiżi għat-tħawwil, minbarra żrieragħ, ta' Beta vulgaris L., Cedrus Trew, Platanus L., Populus L., Prunus L. u Quercus spp., minbarra Quercus suber L., u Ulmus L.”

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

id-disa' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Friegħi maqtugħin tal-Fraxinus L., Juglans L., tal-Ulmus davidiana Planch. u tal-Pterocarya L., bil-weraq jew mingħajru, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti tal-Amerka,”

jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

Convolvulus L., Ipomoea L. (minbarra tuberi), Micromeria Benth u Solanaceae, li joriġinaw mill-Awstralja, mill-Kontinent Amerikan, u minn New Zealand”

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., Microcitrus Swingle, Naringi Adans., Swinglea Merr. u l-ibridi tagħhom, Momordica L., u Solanaceae

it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Actinidia Lindl., Annona L., Carica papaya L., Cydonia Mill., Diospyros L., Fragaria L., Malus L., Mangifera L; Passiflora L., Persea americana Mill., Prunus L., Psidium L; Pyrus L., Ribes L., Rubus L., Syzygium Gaertn., Vaccinium L., u Vitis L.”

it-tielet inċiż jitħassar.

il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

it-tielet inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Fraxinus L., Juglans L., Ulmus davidiana Planch. u Pterocarya L., li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti tal-Amerka,”

il-punt 6(a) huwa emendat kif ġej:

it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Platanus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Albanija, mill-Armenja, mill-Iżvizzera, mit-Turkija jew mill-Istati Uniti tal-Amerka,”;

is-sitt inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Fraxinus L., Juglans L., Ulmus davidiana Planch, u Pterocarya L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti tal-Amerka,”;

it-tmien inċiż huwa sostitwit b'li ġej:

“—

Amelanchier Medik., Aronia Medik., Cotoneaster Medik., Crataegus L., Cydonia Mill., Malus Mill., Pyracantha M. Roem., Pyrus L. u Sorbus L., inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, ħlief ċana jew serratura, li joriġinaw mill-Kanada jew mill-Istati Uniti tal-Amerka,”;

jiżdied id-disa' inċiż:

“—

Prunus L. inkluż injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, mill-Mongolja, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Istati Uniti tal-Amerka u mill-Vjetnam.”

il-punt 7 huwa sostitwit bi:

“7.

Medju tat-tkabbir, imwaħħal jew assoċjat mal-pjanti, intiż biex isostni l-vitalità tal-pjanti, li joriġina minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Iżvizzera.”

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7:

“7.1.

Makkinarju u vetturi li jkunu ġew operati għal għanijiet agrikoli jew tal-forestrija u li jissodisfaw waħda mid-deskrizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 importati minn pajjiżi terzi oħra minbarra l-Iżvizzera:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 8432

Makkinarju agrikolu, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports

ex 8433 53

Magni għall-ġbir ta' għeruq jew tuberi

ex 8436 80 10

Makkinarju għall-imsaġar

ex 8701 20 90

Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709 ): Trakters għat-triq għal semitrejlers użati

ex 8701 91 10

Trakters agrikoli u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti, b'saħħa tal-magna ta' mhux aktar minn 18 kW”


Top