Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L0369

    Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/369 tat-13 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta' “droga”

    C/2018/8460

    ĠU L 66, 7.3.2019, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2019/369/oj

    7.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 66/3


    DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/369

    tat-13 ta' Diċembru 2018

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta' “droga”

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI sabiex id-definizzjoni ta' “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI (2) fih lista ta' sustanzi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' droga taħt il-punt 1(b) tal-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru.

    (2)

    L-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI żdied bid-Direttiva (UE) 2017/2103. Jelenka s-sustanzi psikoattivi ġodda kollha li kienu soġġetti għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI (3) qabel ma ġiet adottata d-Direttiva (UE) 2017/2103.

    (3)

    Id-Direttiva (UE) 2017/2103 ħassret id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI b'effett mit-23 ta' Novembru 2018. Mill-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2103 sat-23 ta' Novembru 2018, ħames sustanzi psikoattivi ġodda ġew soġġetti għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali taħt id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI. Madankollu, dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda għadhom ma ġewx inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI.

    (4)

    Għaldaqstant, minħabba li d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI tħassret, jenħtieġ li s-sustanzi psikoattivi ġodda li ġejjin jiġu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI:

    (a)

    N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossamid (furanilfentanil) soġġetta għal miżuri ta' kontroll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 (4);

    (b)

    N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossamid (ADB-CHMINACA) soġġetta għal miżuri ta' kontroll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 (5);

    (c)

    1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossamid (CUMYL-4CN-BINACA) soġġetta għal miżuri ta' kontroll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 (6);

    (d)

    N-fenil-N-[1-(2-fenilethil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossamid (ċiklopropilfentanil) and 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil) soġġetta għal miżuri ta' kontroll bid-Deċiżjoni ta'Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 (7).

    (5)

    L-Irlanda hija marbuta bid-Direttiva (UE) 2017/2103 u għaldaqstant qed tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta'din id-Direttva delegata.

    (6)

    Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Direttiva (UE) 2017/2103 u għaldaqstant mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva delegata u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (7)

    Id-Danimarka mhijiex marbuta bid-Direttiva (UE) 2017/2103 u għaldaqstant mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva delegata u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (8)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emenda għad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI

    Dan li ġej jiżdied mal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI:

    “13.

    N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]furan-2-karbossamid (furanilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 (*1).

    14.

    N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossamid (ADB-CHMINACA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 (*2).

    15.

    1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossamid (CUMYL-4CN-BINACA), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 (*3).

    16.

    N-fenil-N-[1-(2-fenilethil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossamid (ċiklopropilfentanil) and 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil), kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 (*4).

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sas-7 Settembru 2019. Madankollu, għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-punt 16 tal-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757/ĠAI msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva sad-29 ta' Settembru 2019. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom ikun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 305, 21.11.2017, p. 12.

    (2)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2170 tal-15 ta' Novembru 2017 li tissoġġetta lill-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]furan-2-karbossammid (furanilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 19).

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/747 tal-14 ta' Mejju 2018 li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossammid (ADB-CHMINACA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 125, 22.5.2018, p. 8).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/748 tal-14 ta' Mejju 2018 li tissottoponi s-sustanza psikoattiva ġdida 1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossammid (CUMYL-4CN-BINACA) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 125, 22.5.2018, p. 10).

    (7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1463 tat-28 ta' Settembru 2018 li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossammid (ċiklopropilfentanil) u 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2- feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (ĠU L 245, 1.10.2018, p. 9).


    Top