Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2245

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2245 tad-19 ta’ Diċembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim

ST/14642/2019/INIT

ĠU L 336, 30.12.2019, pp. 283–287 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2245/oj

30.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/283


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2245

tad-19 ta’ Diċembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż, f’isem l-Unjoni, fit-23 ta’ Mejju 2016 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 438(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet f’oqsma li fihom il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 434 tal-Ftehim ikun iddelegalu setgħat. Fis-16 ta’ Diċembru 2014 il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (3), iddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ is-setgħa li jaġġorna jew jemenda ċerti Annessi għall-Ftehim relatati mal-kummerċ.

(3)

Wara konsultazzjonijiet, l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova qablu, fuq bażi reċiproka, f’konformità mal-Artikolu 147 tal-Ftehim, li jżidu l-volum ta’ xi prodotti soġġetti għal kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju.

(4)

L-Unjoni aċċettat li żżid il-volum tal-kwoti tariffarji (“TRQs”) għal prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova fil-każ tal-għeneb tal-mejda u l-għajnbaqar, u biex tintroduċi TRQ ġdida għaċ-ċiras. Ir-Repubblika tal-Moldova qablet li żżid gradwalment il-volum tat-TRQs għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni fil-każ tal-prodotti li ġejjin inklużi fl-iskeda ta’ konċessjonijiet (ir-Repubblika tal-Moldova) stabbilita fl-Anness XV-D għall-Ftehim: il-majjal (TRQ 1), it-tjur (TRQ 2), il-prodotti tal-ħalib (TRQ 3) u z-zokkor (TRQ 5).

(5)

Ir-Repubblika tal-Moldova talbet lill-Unjoni biex temenda l-Anness XV-C għall-Ftehim sabiex jiżdied il-volum ta’ importazzjonijiet tal-qamħ (dqiq u gerbub), xgħir (dqiq u gerbub), qamħirrum (dqiq u gerbub) u ċereali pproċessati biex jiskatta l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmi fl-Artikolu 148 tal-Ftehim.

(6)

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jadotta deċiżjoni li taġġorna l-Anness XV għall-Ftehim. Dik id-deċiżjoni hija vinkolanti għall-Unjoni.

(7)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XV għall-Ftehim.

(8)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, fir-rigward tal-aġġornament tal-Anness XV għall-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova dwar l-aġġronament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

K. MIKKONEN


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/839 tat-23 ta’ Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 28).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta’ Diċembru 2014 dwar id-delega ta’ ċerti setgħat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/673] (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru ../… TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

ta’...

dwar l-aġġronament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 147(4) u (5), l-Artikolu 148(5) u l-Artikolu 438(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

Wara li saru konsultazzjonijiet, l-UE u r-Repubblika tal-Moldova qablu, fuq bażi reċiproka, f’konformità mal-Artikolu 147 tal-Ftehim, li jżidu l-volum ta’ xi prodotti soġġetti għal kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju.

(3)

L-UE qablet li żżid il-volum tal-kwoti tariffarji (“TRQs”) għal prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova fejn jidħlu l-għeneb tal-mejda u l-għajnbaqar, u li tintroduċi TRQ ġdida għaċ-ċiras. Ir-Repubblika tal-Moldova aċċettat li żżid gradwalment il-volum ta’ TRQs għall-prodotti li joriġinaw fl-UE fil-każ tal-prodotti li ġejjin inklużi fl-iskeda ta’ konċessjonijiet (ir-Repubblika tal-Moldova) stabbilita fl-Anness XV-D għall-Ftehim: il-majjal (TRQ 1), it-tjur (TRQ 2), il-prodotti tal-ħalib (TRQ 3) u z-zokkor (TRQ 5).

(4)

Wara talba li saret mir-Repubblika tal-Moldova f’konformità mal-Artikolu 148 tal-Ftehim, l-Unjoni aċċettat li żżid il-volum ta’ skattar fil-każ tal-qamħ (dqiq u gerbub), xgħir (dqiq u gerbub), qamħirrum (dqiq u gerbub) u ċereali pproċessati.

(5)

Fis-16 ta’ Diċembru 2014 il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014, iddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, is-setgħa tiegħu li jaġġorna jew jemenda ċerti Annessi għall-Ftehim relatati mal-kummerċ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XV għall-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness XV-A huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(2)

fl-Anness XV-B, fil-lista ta’ prodotti soġġetti għal prezz ta’ dħul, l-entrata bil-kodiċi NM 2012 0809 29 00 u d-deskrizzjoni tal-prodott “Ċirasa (minbarra ċirasa qarsa), friska” hija mħassra.

(3)

fl-Anness XV-C, il-volumi ta’ skattar għall-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

għall-kategorija tal-prodott 6 ("Qamħ, dqiq u gerbub"), fil-kolonna bit-titolu “Volum ta’ skattar (f’tunnellati)”, l-ammont “75 000” jiġi sostitwit bl-ammont “150 000”;

(b)

għall-kategorija tal-prodott 7 ("Barli, dqiq u gerbub"), fil-kolonna bit-titolu “Volum ta’ skattatur (f’tunnellati)”, l-ammont “70 000” jiġi sostitwit bl-ammont “100 000”;

(c)

għall-kategorija tal-prodott 8 ("Qamħirrum, dqiq u gerbub"), fil-kolonna bit-titolu “Volum ta’ skattar (f’tunnellati)”, l-ammont “130 000” jiġi sostitwit bl-ammont “250 000”; u

(d)

għall-kategorija tal-prodott 10 ("Ċereali pproċessati"), fil-kolonna bit-titolu “Volum ta’ skattar (f’tunnellati)”, l-ammont “2 500” jiġi sostitwit bl-ammont “5 000”.

(4)

fl-Anness XV-D, l-iskeda ta’ konċessjonijiet (ir-Repubblika tal-Moldova), ir-raba’ kolonna bit-titolu “Kategorija” tiġi emendata kif ġej:

(a)

ir-referenzi kollha għal “TRQ 1 (4 000 t)” jiġu sostitwiti b’ “TRQ 1 (4 500 t; għas-sena 2021: 5 000 t; u mis-sena 2022: 5 500 t)”;

(b)

ir-referenzi kollha għal “TRQ 2 (4 000 t)” jiġu sostitwiti b’ “TRQ 2 (5 000 t; għas-sena 2021: 5 500 t; u mis-sena 2022: 6 000 t)”;

(c)

ir-referenzi kollha għal “TRQ 3 (1 000 t)” jiġu sostitwiti b’ “TRQ 3 (1 500 t; u mis-sena 2021: 2 000 t)”;

(d)

ir-referenzi kollha għal “TRQ 5 (5 400 t)” jiġu sostitwiti b’ “TRQ 5 (7 000 t; għas-sena 2021: 8 000 t; u mis-sena 2022: 9 000 t)”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi..., ....

Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

Il-President


ANNESS

‘ANNESS XV-A

PRODOTTI SoĠĠETTI GĦAL KWOTI ANNWALI TA' KWOTI TARIFFARJI MINGĦAJR DAZJU (L-UNJONI)

Ordni Nru

Kodiċi NM 2012

Deskrizzjoni tal-Prodott

Volum (tunnellati)

Rata ta’ dazju

1

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

2 000

b’xejn

2

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ

220

b’xejn

3

0806 10 10

Għeneb tal-mejda, frisk

20 000

b’xejn

4

0808 10 80

Tuffieħ, frisk (ħlief it-tuffieħ tas-sidru, fi kwantità, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru)

40 000

b’xejn

5

0809 29 00

Ċirasa (imbarra ċ-ċirasa qarsa), friska

1 500

b’xejn

6

0809 40 05

Għanbaqar, frisk

15 000

b’xejn

7

2009 61 10

Meraq tal-għeneb, inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer, mhux iffermentat, b’valur Brix <= 30 f’temperatura ta’ 20 °C, b’valur ta’ > EUR 18 għal kull 100 kg, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħti togħma ħelwa kif ukoll jekk le (ħlief jekk fih l-ispirtu)

500

b’xejn’

2009 69 19

Meraq tal-għeneb, inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer, mhux iffermentat, b’valur Brix > 67 f’temperatura ta’ 20 °C, b’valur ta’ > EUR 22 għal kull 100 kg, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħti togħma ħelwa kif ukoll jekk le (ħlief jekk fih l-ispirtu)

2009 69 51

Meraq tal-għeneb, inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer, mhux iffermentat, b’valur Brix > 30 iżda <= 67 f’temperatura ta’ 20 °C, b’valur ta’ > EUR 18 għal kull 100 kg, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħti togħma ħelwa kif ukoll jekk le (ħlief jekk fih l-ispirtu)

2009 69 59

Meraq tal-għeneb, inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer, mhux iffermentat, b’valur > 30 iżda <= 67 f’temperatura ta’ 20 °C, b’valur ta’ > EUR 18 għal kull 100 kg, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħti togħma ħelwa kif ukoll jekk le (ħlief jekk ikkonċentrat jew fih l-ispirtu)


Top