Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2196

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2196 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/755/UE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea)

    ST/12355/2019/INIT

    ĠU L 337, 30.12.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32021D1764

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2196/oj

    30.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 337/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2196

    tad-19 ta’ Diċembru 2019

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/755/UE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

    Billi:

    (1)

    L-Anness VI għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (1) jiddefinixxi l-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (“PTEE”). Jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX) għall-PTEE għall-fini taċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini.

    (2)

    L-Artikolu 58 tal-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/755/UE jipprevedi t-twaqqif ta’ bażi tad-data tal-esportaturi rreġistrati, u l-Artikolu 63 ta’ dak l-Anness jagħti lok għal deroga mis-sistema REX.

    (3)

    Skont l-Artikolu 63(2) tal-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/755/UE, il-PTEE kollha applikaw għal deroga ta’ tliet snin mill-applikazzjoni tas-sistema REX. Konsegwentement, il-Kummissjoni pposponiet id-data tal-applikazzjoni tas-sistema REX mill-PTEE għall-1 ta’ Jannar 2020 permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2093 (2).

    (4)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3), li jistabbilixxi r-regoli ġenerali kollha għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), inkorpora d-dispożizzjonijiet emendati tas-sistema REX stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/428 (5), fis-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (“SĠP”).

    (5)

    Billi ħafna mir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jikkonċernaw is-sistema REX, huwa meħtieġ li jsiru l-modifiki xierqa fl-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/755/UE. Għaldaqstant, dak l-Anness jenħtieġ li jiġi sostitwitsabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar is-sistema REX jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tas-sistema REX stabbiliti mir-Regolament (UE) 2015/2447,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/755/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea..

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. MIKKONEN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea") (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

    (2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2093 tad-29 ta' Novembru 2016 dwar deroga fir-rigward tad-data ta' applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi reġistrati dwar l-esportazzjonijiet minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej (ĠU L 324, 30.11.2016, p. 18).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L343, 29.12.2015, p. 558).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/428 tal-10 ta’ Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u r-Regolament (UE) Nru 1063/2010 fir-rigward tar-regoli ta' oriġini dwar l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u l-miżuri ta' tariffi preferenzjali għal ċerti pajjiżi jew territorji (ĠU L70, 14.03.2015, p. 12).


    Top