Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2190

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/2190 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li taħtar żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

ST/36/2019/INIT

ĠU L 330, 20.12.2019, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2190/oj

20.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/2190

tad-19 ta’ Diċembru 2019

li taħtar żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

Is-Sur Benoît COEURÉ inħatar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2012. Il-mandat tiegħu jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2019.

(2)

Is-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER inħatret membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mis-27 ta' Jannar 2014. Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Settembru 2019, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew informa lill-President tal-Kunsill Ewropew bid-deċiżjoni tas-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER li tirriżenja mill-pożizzjoni tagħha fil-Bord Eżekuttiv b'effett mill-31 ta' Ottubru 2019, qabel it-tmiem tal-mandat tagħha.

(3)

Għaldaqstant huwa neċessarju li jinħatru żewġ membri ġodda tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(4)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Fabio PANETTA u s-Sinjura Isabel SCHNABEL li, fil-fehma tiegħu, jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Fabio PANETTA,

Is-Sa Isabel SCHNABEL.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

C. MICHEL


(1)   ĠU C 351, 17.10.2019, p. 1; ĠU C 385, 13.11.2019, p. 1.

(2)  Opinjonijiet mogħtija fis-17 ta' Diċembru 2019 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Ottubru 2019 (ĠU C 373, 5.11.2019, p. 2); opinjoni mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2019 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


Top