This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2139
Council Decision (EU, Euratom) 2019/2139 of 10 December 2019 appointing two members of the committee of independent eminent persons pursuant to Article 11(1) of Regulation (EU, Euratom) No 1141/2014 of the European Parliament and of the Council on the statute and funding of European political parties and European political foundations
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/2139 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar żewġ membri fil-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/2139 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar żewġ membri fil-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
ST/13803/2019/INIT
ĠU L 324, 13.12.2019, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
13.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2019/2139
tal-10 ta’ Diċembru 2019
li taħtar żewġ membri fil-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti (il-"kumitat"). |
|
(2) |
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li dan il-Kumitat għandu jkun magħmul minn sitt membri, fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru żewġ membri kull wieħed. Il-kumitat għandu jiġġedded fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Il-mandat tal-membri m’għandux ikun jista’ jiġġedded, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-segwenti huma b’dan maħturin membri tal-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti għat-tul tal-mandat ta’ dak il-kumitat:
|
— |
Is-Sur Algis KRUPAVIČIUS, |
|
— |
Is-Sur Christian WALDHOFF. |
2. Il-ħatra hija soġġetta għall-iffirmar, minn kull membru innominat, tad-dikjarazzjoni ta’ indipendenza u n-nuqqas ta’ konflitt ta’ interessi li hija annessa ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
ANNESS
DIKJARAZZJONI TA’ INDIPENDENZA U NUQQAS TA’ KONFLITT TA’ INTERESSI
Jiena, is-sottoskritt, ...................................., niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u ser neżerċita dmirijieti bħala ta’ membru tal-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti b’mod kompletament indipendenti u f’konformità totali mar-regoli ta’ dak ir-Regolament.
La ser nitlob u lanqas ser nieħu struzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern, jew minn xi entità, uffiċċju jew aġenzija oħra. Jien ser nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura ta’ dmirijieti.
Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f’sitwazzjoni ta’ konflitt ta’ interessi. Jeżisti konflitt ta’ interessi fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv ta’ dmirijieti bħala membru tal-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ riċevitur.
B’mod partikolari, niddikjara li m’iniex membru tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Ma għandi l-ebda mandat elettorali. M’iniex uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni Ewropea. M’iniex, u qatt ma kont, impjegat ta’ xi partit politiku Ewropew jew ta’ xi fondazzjoni politika Ewropea.
Magħmul fi ...,
[DATA + FIRMA
tal-membru maħtur
tal-kumitat ta’
persuni eminenti indipendenti]