This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2073
COUNCIL DECISION (EU) 2019/2073 of 5 December 2019 on the conclusion of the Agreement between the United States of America and the European Union on the Allocation to the United States of a Share in the Tariff Rate Quota for High Quality Beef referred to in the Revised Memorandum of Understanding Regarding the Importation of Beef from Animals Not Treated with Certain Growth-Promoting Hormones and Increased Duties Applied by the United States to Certain Products of the European Union (2014)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2073 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2073 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)
ST/10681/2019/INIT
ĠU L 316, 6.12.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2073/oj
6.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2073
tal-5 ta’ Diċembru 2019
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1316 (2), il-ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea rigward l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (tal-2014) ġie ffirmat fit-2 ta’ Awwissu 2019, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
(2) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea rigward l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut Rigward l-Importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (tal-2014) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 6(5) tal-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LINTILÄ
(1) Approvazzjoni ta’ 28 ta ’Novembru 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1316 tal-15 ta’ Lulju 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar l-Allokazzjoni lill-Istati Uniti ta’ Sehem fil-Kwota Tariffarja għal-Laħam taċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja msemmija fil-Memorandum ta’ Qbil Rivedut rigward l-importazzjoni tal-Laħam taċ-Ċanga minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni Tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (2014) (ĠU L 205, 5.8.2019, p. 10).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.