This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2031
Commission Implementing Decision (EU) 2019/2031 of 12 November 2019 establishing best available techniques (BAT) conclusions for the food, drink and milk industries, under Directive 2010/75/EU of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2019) 7989) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2031 tat-12 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 7989) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2031 tat-12 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2019) 7989) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7989
ĠU L 313, 4.12.2019, p. 60–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/60 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2031
tat-12 ta’ Novembru 2019
li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2019) 7989)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f’kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT. |
(2) |
Fis-27 ta’ Novembru 2018, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2), għadda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT għall-industriji tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib. Dik l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku (3). |
(3) |
Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta’ dak id-dokument ta’ referenza tal-BAT. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-industriji tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).
(3) https://circabc.europa.eu/ui/group/06f33a94-9829-4eee-b187-21bb783a0fbf/library/d00a6ea2-6a30-46fc-8064-16200f9fe7f6?p=1&n=10&sort=modified_DESC
ANNESS
KONKLUŻJONIJIET TAL-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT) GĦALL-INDUSTRIJI TAL-IKEL, TAX-XORB U TAL-ĦALIB
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet li ġejjin speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:
— |
|
— |
|
— |
|
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru wkoll:
— |
it-trattament ikkombinat tal-ilma mormi (“dranaġġ” fid-Direttiva 2010/75/UE) minn oriġini differenti sakemm it-tagħbija ewlenija ta’ sustanzi niġġiesa tkun ġejja mill-attivitajiet speċifikati fil-punti 6.4 (b) jew 6.4 (c) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE u li t-trattament tal-ilma mormi ma jkunx kopert mid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE; |
— |
il-produzzjoni tal-etanol li sseħħ f’installazzjoni koperta mid-deskrizzjoni tal-attività fil-punt 6.4 (b) (ii) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE jew bħala attività direttament assoċjata ma’ installazzjoni bħal din. |
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:
— |
L-impjanti tal-kombustjoni fuq il-post li jiġġeneraw gassijiet sħan li ma jintużawx għat-tisħin, għat-tnixxif jew għal trattament ieħor ta’ oġġetti jew materjali b’kuntatt dirett. Dan jista’ jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCP) jew bid-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
— |
Il-produzzjoni ta’ prodotti primarji mill-prodotti sekondarji tal-annimali, bħal pereżempju r-rendering u t-tidwib tax-xaħam, il-produzzjoni tal-frakass tal-fdal tal-ħut u taż-żejt tal-ħuta, l-ipproċessar tad-demm u l-manifattura tal-ġelatina. Dan jista’ jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT dwar il-biċċeriji u l-industriji tal-prodotti sekondarji tal-annimali (SA). |
— |
Li jsiru l-qatgħat standard għall-annimali kbar u l-qatgħat għat-tjur. Dan jista’ jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT dwar il-biċċeriji u l-industriji tal-prodotti sekondarji tal-annimali (SA). |
Konklużjonijiet oħra tal-BAT u dokumenti oħra ta’ referenza tal-BAT li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jinkludu dawn li ġejjin:
— |
L-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCP); |
— |
Il-biċċeriji u l-industriji tal-prodotti sekondarji tal-annimali (SA); |
— |
Is-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika (CWW); |
— |
L-industrija tas-sustanzi kimiċi organiċi f’volumi kbar (LVOC); |
— |
It-trattament tal-iskart (WT); |
— |
Il-produzzjoni tas-siment, tal-ġir u tal-ossidu tal-manjeżju (CLM); |
— |
Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma mill-installazzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali (IED) (ROM); |
— |
L-ekonomija u l-effetti transmedjali (ECM); |
— |
L-emissjonijiet li ġejjin mill-ħażna (EFS); |
— |
L-effiċjenza enerġetika (ENE); |
— |
Is-sistemi industrijali tat-tkessiħ (ICS). |
Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra, eż. dwar l-iġjene jew is-sikurezza tal-ikel/tal-għalf.
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Terminu użat |
Definizzjoni |
||||
Domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BODn) |
L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni bijokimika tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju f’n jiem (n tipikament tkun 5 jew 7). Il-BOD hija indikatur għall-konċentrazzjonijiet tal-massa tal-komposti organiċi bijodegradabbli. |
||||
Emissjonijiet inkanalati |
L-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fl-ambjent permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ kanal, pajp, ċumnija, eċċ. |
||||
Domanda kimika ta’ ossiġenu (COD) |
L-ammont ta’ ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni kimika totali tal-materja organika f’diossidu tal-karbonju bl-użu tad-dikromat. Is-COD hija indikatur għall-konċentrazzjonijiet tal-massa tal-komposti organiċi. |
||||
Trab |
Il-materja partikolata totali (fl-arja). |
||||
Impjant eżistenti |
Impjant li mhuwiex impjant ġdid. |
||||
Eżan |
L-alkan ta’ sitt atomi tal-karbonju, bil-formula kimika C6H14. |
||||
hl |
Ettolitru (ekwivalenti għal 100 litru). |
||||
Impjant ġdid |
Impjant permess għall-ewwel darba fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew is-sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT. |
||||
NOX |
Is-somma tal-monossidu tan-nitroġenu (NO) u d-diossidu tan-nitroġenu (NO2) espressa bħala NO2. |
||||
Residwu |
Sustanza jew oġġett iġġenerati mill-attivitajiet koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-dokument, bħala skart jew prodott sekondarju. |
||||
SOX |
Is-somma ta’ diossidu tal-kubrit (SO2), triossidu tal-kubrit (SO3), u aerosols tal-aċidu sulfuriku, espressa bħala SO2. |
||||
Riċettur sensittiv |
Żoni li jeħtieġu protezzjoni speċjali, bħal:
|
||||
Nitroġenu totali (TN) |
In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi l-ammonijaka ħielsa u n-nitroġenu tal-ammonju (NH4-N), in-nitroġenu tan-nitrit (NO2-N), in-nitroġenu tan-nitrat (NO3-N) u n-nitroġenu marbut organikament. |
||||
Karbonju organiku totali (TOC) |
Il-karbonju organiku totali, espress bħala C (fl-ilma), jinkludi l-komposti organiċi kollha. |
||||
Fosforu totali (TP) |
Il-fosforu totali, espress bħala P, li jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, dissolti jew marbutin ma’ partikoli. |
||||
Solidi sospiżi totali (TSS) |
Il-konċentrazzjonijiet tal-massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejjel bil-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u bil-gravimetrija. |
||||
Karbonju organiku volatili totali (TVOC) |
Il-karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja). |
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
L-Aqwa Tekniki Disponibbli
It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT huma ġeneralment applikabbli.
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta’ sustanzi emessi għal volum speċifiku ta’ gass ta’ skart bil-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef b’temperatura ta’ 273,15 K u bi pressjoni ta’ 101,3 kPa, mingħajr korrezzjoni għall-kontenut ta’ ossiġenu, u espress f’mg/Nm3.
L-ekwazzjoni sabiex tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ referenza tal-ossiġenu hija:
fejn:
ER: |
: |
il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ referenza tal-ossiġenu OR; |
OR: |
: |
il-livell ta’ referenza tal-ossiġenu f’vol-%; |
EM: |
: |
il-konċentrazzjoni mkejla tal-emissjonijiet; |
OM: |
: |
il-livell tal-ossiġenu mkejjel f’vol-%. |
Għall-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja tal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja, tapplika d-definizzjoni li ġejja.
Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja |
Definizzjoni |
Medja fuq il-perjodu ta’ kampjunar |
Valur medju ta’ tliet kejlijiet konsekuttivi ta’ mill-inqas 30 minuta kull wieħed (3). |
Meta l-gassijiet ta’ skart ta’ żewġ sorsi jew aktar (eż. magni li jnixxfu jew kalkari) jiġu skarikati minn ċumnija komuni, il-BAT-AEL japplika għall-iskariku kombinat miċ-ċumnija.
Telf tal-eżan speċifiku
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) relatati mat-telf tal-eżan speċifiku jirreferu għall-medji annwali u jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn: |
it-telf tal-eżan huwa l-ammont totali ta’ eżan ikkonsmat mill-installazzjoni għal kull tip ta’ żrieragħ jew fażola, espress f’kg/sena; il-materja prima hija l-ammont totali ta’ kull tip ta’ żrieragħ jew fażola mnaddfa u pproċessata, espressa f’tunnellati/sena. |
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta’ sustanzi emessi għal volum speċifiku tal-ilma), espressi f’mg/l.
Il-BAT-AELs espressi bħala konċentrazzjonijiet jirreferu għal valuri medji ta’ kuljum, jiġifieri kampjuni aggregati proporzjonali għall-fluss fuq 24 siegħa. Jistgħu jintużaw kampjuni aggregati proporzjonali għall-ħin sakemm jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed. Alternattivament, jistgħu jittieħdu kampjuni istantanji, sakemm l-effluwent ikun imħallat u omoġenju kif xieraq.
Fil-każ tal-karbonju organiku totali (TOC), tad-domanda kimika ta’ ossiġenu (COD), tan-nitroġenu totali (TN) u tal-fosforu totali (TP), il-kalkolu tal-effiċjenza medja tat-tnaqqis imsemmija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT (ara Table 1) huwa bbażat fuq it-tagħbija influwenti u effluwenti tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi.
Livelli oħra ta’ prestazzjoni ambjentali
Skariku tal-ilma mormi speċifiku
Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali relatati ma’ skariku tal-ilma mormi speċifiku jirreferu għall-medji annwali u jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn: |
L-iskariku tal-ilma mormi huwa l-ammont totali ta’ ilma mormi skarikat (bħala skariku dirett, skariku indirett u/jew it-tifrix fuq l-art) mill-proċessi speċifiċi kkonċernati matul il-perjodu ta’ produzzjoni, espress bħala m3/sena, eskluż kwalunkwe ilma tat-tkessiħ u ilma tal-iskol li jiġi skarikat separatament. Ir-rata ta’ attività hija l-ammont totali ta’ prodotti jew materja prima pproċessati, skont is-settur speċifiku, espressa f’tunnellati/sena jew f’hl/sena. L-imballaġġ mhuwiex inkluż fil-piż tal-prodott. Il-materja prima hija kwalunkwe materjal li jidħol fl-impjant, ittrattat jew ipproċessat għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
Konsum speċifiku tal-enerġija
Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali relatati mal-konsum speċifiku tal-enerġija jirreferu għall-medji annwali u jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn: |
Il-konsum finali tal-enerġija huwa l-ammont totali ta’ enerġija kkonsmata mill-proċessi speċifiċi kkonċernati matul il-perjodu ta’ produzzjoni (fil-forma ta’ sħana u ta’ elettriku), espress f’MWh/sena. Ir-rata ta’ attività hija l-ammont totali ta’ prodotti jew materja prima pproċessati, skont is-settur speċifiku, espressa f’tunnellati/sena jew f’hl/sena. L-imballaġġ mhuwiex inkluż fil-piż tal-prodott. Il-materja prima hija kwalunkwe materjal li jidħol fl-impjant, ittrattat jew ipproċessat għall-produzzjoni tal-ikel jew tal-għalf. |
1. KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT
1.1. Sistemi ta’ ġestjoni ambjentali
BAT 1. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiki kollha li ġejjin:
(i) |
l-impenn, it-tmexxija u r-responsabbiltà tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri, għall-implimentazzjoni ta’ EMS effettiva; |
(ii) |
analiżi li tinkludi d-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, l-identifikazzjoni tal-karatteristiki tal-installazzjoni li huma assoċjati ma’ riskji possibbli għall-ambjent (jew għas-saħħa tal-bniedem) kif ukoll tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent; |
(iii) |
l-iżvilupp ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni; |
(iv) |
l-istabbiliment ta’ objettivi u ta’ indikaturi tal-prestazzjoni b’rabta ma’ aspetti ambjentali sinifikanti, inkluż is-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli; |
(v) |
l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u tal-azzjonijiet meħtieġa (inkluż l-azzjonijiet korrettivi u preventivi fejn meħtieġa), sabiex jinkisbu l-objettivi ambjentali u jiġu evitati r-riskji ambjentali; |
(vi) |
id-determinazzjoni tal-istrutturi, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-aspetti u l-objettivi ambjentali u l-provvista tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa; |
(vii) |
l-iżgurar tal-kompetenza u tas-sensibilizzazzjoni meħtieġa tal-persunal li l-ħidma tiegħu tista’ taffettwa l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni (eż. billi jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ); |
(viii) |
il-komunikazzjoni interna u esterna; |
(ix) |
it-trawwim tal-involviment tal-impjegati fi prattiki tajbin tal-ġestjoni ambjentali; |
(x) |
l-istabbiliment u ż-żamma ta’ manwal tal-ġestjoni u ta’ proċeduri bil-miktub sabiex jiġu kkontrollati l-attivitajiet b’impatt ambjentali sinifikanti kif ukoll rekords rilevanti; |
(xi) |
l-ippjanar operazzjonali effettiv u l-kontroll tal-proċessi; |
(xii) |
l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ manutenzjoni xierqa; |
(xiii) |
it-tħejjija għall-emerġenzi u l-protokolli ta’ rispons, inkluż il-prevenzjoni u/jew il-mitigazzjoni tal-impatti (ambjentali) avversi tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
(xiv) |
meta titfassal (mill-ġdid) installazzjoni (ġdida) jew parti minnha, il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tagħha tul ħajjitha, inkluż il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u d-dekummissjonar; |
(xv) |
l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ u ta’ kejl, jekk ikun meħtieġ; l-informazzjoni tista’ tinsab fir-Rapport ta’ Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-Installazzjonijiet tal-IED; |
(xvi) |
l-applikazzjoni ta’ parametri referenzjarji settorjali fuq bażi regolari; |
(xvii) |
l-awditjar intern indipendenti (sa fejn ikun prattikabbli) perjodiku u l-awditjar estern indipendenti perjodiku sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali u sabiex jiġi ddeterminat jekk l-EMS tikkonformax jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk tkunx ġiet implimentata u miżmuma kif suppost; |
(xviii) |
l-evalwazzjoni tal-kawżi tan-nuqqas ta’ konformità, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi bħala rispons għan-nuqqas ta’ konformità, ir-rieżami tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi, u d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistix jew jekk jistax iseħħ nuqqas ta’ konformità simili; |
(xix) |
ir-rieżami perjodiku, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha; |
(xx) |
is-segwitu u l-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ tekniki aktar nodfa. |
Speċifikament għas-settur tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib, il-BAT hija wkoll li jiġu inkorporati l-karatteristiki li ġejjin fl-EMS:
(i) |
il-pjan ta’ ġestjoni tal-istorbju (ara BAT 13); |
(ii) |
il-pjan ta’ ġestjoni tal-irwejjaħ (ara BAT 15); |
(iii) |
l-inventarju tal-konsum tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima kif ukoll tal-ilma mormi u tan-nixxigħat tal-gass ta’ skart (ara BAT 2); |
(iv) |
il-pjan tal-effiċjenza enerġetika (ara BAT 6a). |
Nota
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi l-iskema tal-Unjoni ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li hija eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ din il-BAT.
Applikabbiltà
Ġeneralment, il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ikunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-medda tal-impatti ambjentali li jista’ jkollha.
BAT 2. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, il-BAT hija li jiġi stabbilit, miżmum u rieżaminat b’mod regolari (inkluż meta ssir bidla sinifikanti) inventarju tal-konsum tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima kif ukoll tal-ilma mormi u tan-nixxigħat tal-gass ta’ skart, bħal parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li jinkorpora l-karatteristiki kollha li ġejjin:
I. |
Informazzjoni dwar il-proċessi tal-produzzjoni tal-ikel, tax-xorb u tal-ħalib, inkluż:
|
II. |
Informazzjoni dwar il-konsum u l-użu tal-ilma (eż. dijagrammi dwar il-fluss tal-proċessi u bilanċi tal-massa tal-ilma), u l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi (ara BAT 7). |
III. |
Informazzjoni dwar il-kwantità u l-karatteristiki tan-nixxigħat tal-ilma mormi, bħal:
|
IV. |
Informazzjoni dwar il-karatteristiki tan-nixxigħat tal-gass ta’ skart, bħal:
|
V. |
Informazzjoni dwar l-konsum u l-użu tal-enerġija, il-kwantità ta’ materja prima użata, kif ukoll il-kwantità u l-karatteristiki tar-residwi ġġenerati, u l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet għat-titjib kontinwu tal-effiċjenza fir-riżorsi (ara pereżempju BAT 6 u BAT 10). |
VI. |
L-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ monitoraġġ xierqa bl-għan li tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, filwaqt li jitqies il-konsum tal-enerġija, tal-ilma u tal-materja prima. Il-monitoraġġ jista’ jinkludi l-kejlijiet, il-kalkoli jew l-irrekordjar diretti bi frekwenza xierqa. Il-monitoraġġ jinqasam fl-aktar livell xieraq (eż. fil-livell tal-proċessi jew tal-impjant/tal-installazzjoni). |
Applikabbiltà
Ġeneralment, il-livell ta’ dettall tal-inventarju jkun relatat man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni, u l-medda tal-impatti ambjentali li jista’ jkollu.
1.2. Monitoraġġ
BAT 3. Għall-emissjonijiet rilevanti fl-ilma kif identifikati fl-inventarju tan-nixxigħat tal-ilma mormi (ara BAT 2), il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-parametri ewlenin tal-proċessi (eż. il-monitoraġġ kontinwu tal-fluss, tal-pH u tat-temperatura tal-ilma mormi) f’postijiet ewlenin (eż. fil-punti tad-dħul u/jew tal-ħruġ tal-pretrattament, fil-punt tad-dħul tat-trattament finali, fil-punt fejn l-emissjoni toħroġ mill-installazzjoni).
BAT 4. Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet fl-ilma b’mill-inqas il-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, il-BAT hija li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.
Sustanza/parametru |
Standard(s) |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ (5) |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
L-ebda standard EN disponibbli |
Darba kuljum (8) |
BAT 12 |
|
In-nitroġenu totali (TN) (6) |
Diversi standards EN disponibbli (eż. EN 12260, EN ISO 11905-1) |
||
EN 1484 |
|||
Il-fosforu totali (TP) (6) |
Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 6878, EN ISO 15681-1 u -2, EN ISO 11885) |
||
Is-solidi sospiżi totali (TSS) (6) |
EN 872 |
||
Id-domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BODn) (6) |
EN 1899-1 |
Darba fix-xahar |
|
Il-klorur (Cl-) |
Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 10304-1, EN ISO 15682) |
Darba fix-xahar |
— |
BAT 5. Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet inkanalati fl-arja mill-inqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u f’konformità mal-istandards EN.
Sustanza/Parametru |
Settur |
Proċess speċifiku |
Standard(s) |
Frekwenza minima tal-monitoraġġ (9) |
Monitoraġġ assoċjat ma’ |
Trab |
L-għalf tal-annimali |
It-tnixxif tal-foraġġ aħdar |
EN 13284-1 |
Darba kull tliet xhur (10) |
BAT 17 |
It-tħin u t-tkessiħ tal-gerbub fil-manifattura tal-għalf kompost |
Darba fis-sena |
BAT 17 |
|||
L-estrużjoni tal-ikel niexef għall-annimali domestiċi |
Darba fis-sena |
BAT 17 |
|||
Il-fermentazzjoni |
It-trattament u l-ipproċessar tal-malt u l-aġġunti |
Darba fis-sena |
BAT 20 |
||
L-imħaleb |
Il-proċessi ta’ tnixxif |
Darba fis-sena |
BAT 23 |
||
It-tħin tal-ħabb |
It-tindif u t-tħin tal-ħabb |
Darba fis-sena |
BAT 28 |
||
L-ipproċessar taż-żrieragħ żejtnin u r-raffinament taż-żejt veġetali |
It-trattament u t-tħejjija taż-żrieragħ, it-tnixxif u t-tkessiħ tal-grixa |
Darba fis-sena |
BAT 31 |
||
Il-produzzjoni tal-lamtu |
It-tnixxif tal-lamtu, tal-proteini u tal-fibri |
BAT 34 |
|||
Il-manifattura taz-zokkor |
It-tnixxif tal-polpa tal-pitravi |
Darba fix-xahar (10) |
BAT 36 |
||
PM2,5 u PM10 |
Il-manifattura taz-zokkor |
It-tnixxif tal-polpa tal-pitravi |
EN ISO 23210 |
Darba fis-sena |
BAT 36 |
TVOC |
L-ipproċessar tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra |
Il-kompartimenti tal-affumikar |
EN 12619 |
Darba fis-sena |
BAT 26 |
L-ipproċessar tal-laħam |
Il-kompartimenti tal-affumikar |
BAT 29 |
|||
L-ipproċessar taż-żrieragħ żejtnin u r-raffinament taż-żejt veġetali (11) |
— |
— |
|||
Il-manifattura taz-zokkor |
It-tnixxif b’temperatura għolja tal-polpa tal-pitravi |
Darba fis-sena |
— |
||
NOX |
L-ipproċessar tal-laħam (4) |
Il-kompartimenti tal-affumikar |
EN 14792 |
Darba fis-sena |
— |
Il-manifattura taz-zokkor |
It-tnixxif b’temperatura għolja tal-polpa tal-pitravi |
||||
CO |
L-ipproċessar tal-laħam (12) |
Il-kompartimenti tal-affumikar |
EN 15058 |
||
Il-manifattura taz-zokkor |
It-tnixxif b’temperatura għolja tal-polpa tal-pitravi |
||||
SOX |
Il-manifattura taz-zokkor |
It-tnixxif tal-polpa tal-pitravi meta ma jintużax gass naturali |
EN 14791 |
Darbtejn fis-sena (12) |
BAT 37 |
1.3. Effiċjenza enerġetika
BAT 6. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li jintużaw BAT 6a u kombinazzjoni xierqa tat-tekniki komuni elenkati fit-teknika b hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|||||||||||||||||||||||||||||
a |
Pjan għall-effiċjenza enerġetika |
Pjan għall-effiċjenza enerġetika, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), jiddefinixxi u jikkalkula l-konsum speċifiku ta’ enerġija tal-attività (jew tal-attivitajiet), filwaqt li jistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fuq bażi annwali (pereżempju għall-konsum speċifiku tal-enerġija) u jippjana miri ta’ titjib perjodiku u azzjonijiet relatati. Il-pjan jiġi adattat għall-ispeċifiċitajiet tal-installazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||
b |
Użu ta’ tekniki komuni |
It-tekniki komuni jinkludu tekniki bħal:
|
Fit-Taqsimiet 2 sa 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm aktar tekniki speċifiċi għas-setturi biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika.
1.4. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
BAT 7. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat, il-BAT hija li jintużaw il-BAT 7a u waħda mit-tekniki b sa k ta’ hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
Tekniki komuni |
|||
(a) |
Ir-riċiklaġġ u/jew l-użu mill-ġdid tal-ilma |
Ir-riċiklaġġ u/jew l-użu mill-ġdid tan-nixxigħat tal-ilma (bi trattament tal-ilma qabel jew le), eż. għat-tindif, għall-ħasil, għat-tkessiħ jew għall-proċess innifsu. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba rekwiżiti ta’ iġjene u ta’ sikurezza tal-ikel. |
(b) |
L-ottimizzazzjoni tal-fluss tal-ilma |
L-użu ta’ apparati ta’ kontroll, eż. fotoċelluli, valvi tal-fluss, valvi termostatiċi, sabiex jiġi aġġustat awtomatikament il-fluss tal-ilma. |
|
(c) |
L-ottimizzazzjoni taż-żennuni u tal-pajpijiet flessibbli tal-ilma |
L-użu tan-numru u tal-pożizzjoni korretti taż-żennuni; l-aġġustament tal-pressjoni tal-ilma. |
|
(d) |
Is-segregazzjoni tan-nixxigħat tal-ilma |
In-nixxigħat tal-ilma li ma għandhomx bżonn trattament (eż. l-ilma tat-tkessiħ mhux ikkontaminat jew l-ilma tal-iskol mhux ikkontaminat) jiġu ssegregati mill-ilma mormi li jrid jgħaddi minn trattament, u b’hekk l-ilma mhux ikkontaminat ikun jista’ jiġi rriċiklat. |
Is-segregazzjoni tal-ilma tax-xita mhux ikkontaminat tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ sistemi eżistenti tal-ġbir tal-ilma mormi. |
Tekniki relatati mal-operazzjonijiet tat-tindif |
|||
(e) |
Tindif fix-xott |
It-tneħħija ta’ materjal residwu kemm jista’ jkun mill-materja prima u mit-tagħmir qabel ma jitnaddfu bil-likwidi, eż. bl-użu tal-arja kkompressata, ta’ sistemi bil-vakwu jew ta’ bwejriet għall-ġbir b’għata b’xibka. |
Ġeneralment applikabbli. |
(f) |
Sistema ta’ pigging għall-pajpijiet |
L-użu ta’ sistema magħmula minn lanċjaturi, tagħmir li jaqbad, tagħmir tal-arja kkompressata, u projettili (imsejjaħ ukoll “pig”, eż. magħmul mill-plastik jew minn sospensjoni magħquda tas-silġ) biex jitnaddfu l-pajpijiet. Hemm valvi fil-linja biex il-pig ikun jista’ jgħaddi mis-sistema tal-pajpijiet u biex il-prodott jiġi sseparat mill-ilma tat-tlaħliħ. |
|
(g) |
Tindif bi pressjoni għolja |
L-isprejjar tal-ilma fuq is-superfiċe li trid titnaddaf bi pressjonijiet li jvarjaw minn 15-il bar sa 150 bar. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba rekwiżiti ta’ saħħa u ta’ sikurezza. |
(h) |
Ottimizzazzjoni tad-dożaġġ kimiku u tal-użu tal-ilma fit-tindif fuq il-post (CIP) |
L-ottimizzazzjoni tad-disinn tas-CIP u l-kejl tat-turbidità, tal-konduttività, tat-temperatura u/jew tal-pH sabiex l-ilma sħun u s-sustanzi kimiċi jiġu ddożati fi kwantitajiet ottimizzati. |
Ġeneralment applikabbli. |
(i) |
Tindif bir-ragħwa u/jew bil-ġel bi pressjoni baxxa |
L-użu tar-ragħwa u/jew tal-ġel bi pressjoni baxxa għat-tindif tal-ħitan, tal-art u/jew tas-superfiċe tat-tagħmir. |
|
(j) |
Disinn u kostruzzjoni ottimizzati taż-żoni tat-tagħmir u tal-ipproċessar |
Iż-żoni tat-tagħmir u tal-ipproċessar huma ddisinjati u mibnija b’mod li jiffaċilita t-tindif. Meta jiġu ottimizzati d-disinn u l-kostruzzjoni, jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene. |
|
(k) |
Tindif tat-tagħmir malajr kemm jista’ jkun |
It-tindif isir malajr kemm jista’ jkun wara l-użu tat-tagħmir biex jiġi evitat li l-iskart jibbies. |
Fit-Taqsima 6.1 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm aktar tekniki speċifiċi għas-setturi biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma.
1.5. Sustanzi ta’ ħsara
BAT 8. Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas l-użu tas-sustanzi ta’ ħsara, eż. fit-tindif u fid-diżinfettar, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki ta’ hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Għażla xierqa tas-sustanzi kimiċi tat-tindif u/jew tad-diżinfettanti |
L-evitar jew il-minimizzazzjoni tal-użu tas-sustanzi kimiċi tat-tindif u/jew tad-diżinfettanti li huma ta’ ħsara għall-ambjent akkwatiku, b’mod partikolari s-sustanzi ta’ prijorità kkunsidrati fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Meta jintgħażlu s-sustanzi, jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene u tas-sikurezza tal-ikel. |
(b) |
Użu mill-ġdid tas-sustanzi kimiċi tat-tindif fit-tindif fil-post (CIP) |
Il-ġbir u l-użu mill-ġdid tas-sustanzi kimiċi tat-tindif fis-CIP. Meta jintużaw mill-ġdid is-sustanzi kimiċi tat-tindif, jitqiesu r-rekwiżiti tal-iġjene u tas-sikurezza tal-ikel. |
(c) |
Tindif fix-xott |
Ara BAT 7e. |
(d) |
Disinn u kostruzzjoni ottimizzati taż-żoni tat-tagħmir u tal-ipproċessar |
Ara BAT 7j. |
BAT 9. Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u ta’ sustanzi b’potenzjal għoli ta’ tisħin globali mit-tkessiħ u mill-iffriżar, il-BAT hija li jintużaw refriġeranti mingħajr il-potenzjal ta’ tnaqqis tas-saff tal-ożonu u b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali.
Deskrizzjoni
Refriġeranti xierqa jinkludu l-ilma, id-diossidu tal-karbonju jew l-ammonijaka.
1.6. Effiċjenza fir-riżorsi
BAT 10. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki ta’ hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Diġestjoni anaerobika |
It-trattament tar-residwi bijodegradabbli mill-mikroorganiżmi fin-nuqqas ta’ ossiġenu, li jirriżulta f’bijogass u f’diġestat. Il-bijogass jintuża bħala fjuwil, eż. f’magna tal-gass jew f’bojler. Id-diġestat jista’ jintuża, eż. bħala tejjieb tal-ħamrija. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba l-kwantità u/jew in-natura tar-residwi. |
(b) |
Użu tar-residwi |
Ir-residwi jintużaw, eż. bħala għalf għall-annimali. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba rekwiżiti legali. |
(c) |
Separazzjoni tar-residwi |
Is-separazzjoni tar-residwi, eż. bl-użu ta’ protetturi għat-titjir, skrins, flaps, bwejriet għall-ġbir, dixxijiet għall-qtar u ħwat ippożizzjonati b’mod preċiż. |
Ġeneralment applikabbli. |
(d) |
Rkupru u użu mill-ġdid tar-residwi mill-pastorizzatur |
Ir-residwi mill-pastorizzatur jintbagħtu lura lill-unità ta’ amalgamar u b’hekk jintużaw mill-ġdid bħala materja prima. |
Applikabbli biss għall-prodotti tal-ikel likwidi. |
(e) |
Rkupru tal-fosforu bħala struvite |
Ara BAT 12 g. |
Applikabbli biss għan-nixxigħat tal-ilma mormi b’kontenut totali ta’ fosforu għoli (eż. aktar minn 50 mg/l) u fluss sinifikanti. |
(f) |
Użu tal-ilma mormi għat-tifrix fuq l-art |
Wara trattament xieraq, l-ilma mormi jintuża għat-tifrix fuq l-art sabiex jinkiseb benefiċċju mill-kontenut ta’ nutrijenti u/jew biex jintuża l-ilma. |
Applikabbli biss fil-każ li jintwera li jkun hemm benefiċċju agronomiku, kontaminazzjoni ta’ livell baxx u li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent (eż. fuq il-ħamrija, l-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tas-superfiċe). L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ art idonea ħdejn l-installazzjoni. L-applikabbiltà tista’ tkun ristretta mill-ħamrija u mill-kundizzjonijiet klimatiċi lokali (eż. fil-każ ta’ għelieqi mxarrba jew iffriżati) jew mil-leġiżlazzjoni. |
Fit-Taqsimiet 3.3, 4.3 u 5.1 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm aktar tekniki speċifiċi għas-setturi biex jitnaqqas l-iskart li jintbagħat għar-rimi.
1.7. Emissjonijiet fl-ilma
BAT 11. Sabiex jiġu evitati emissjonijiet mhux ikkontrollati fl-ilma, il-BAT hija li tiġi pprovduta kapaċità ta’ ħażna bafer xierqa għall-ilma mormi.
Deskrizzjoni
Il-kapaċità ta’ ħażna bafer xierqa tiġi ddeterminata permezz ta’ valutazzjoni tar-riskji (filwaqt li jitqiesu n-natura tas-sustanza(i) niġġiesa, l-effetti ta’ dawn is-sustanzi niġġiesa fuq it-trattament ulterjuri tal-ilma mormi, l-ambjent riċeventi, eċċ.).
L-ilma mormi minn din il-ħażna bafer jiġi skarikat wara li jittieħdu l-miżuri xierqa (eż. il-monitoraġġ, it-trattament, l-użu mill-ġdid).
Applikabbiltà
Għall-impjanti eżistenti, it-teknika tista’ ma tkunx applikabbli minħabba nuqqas ta’ spazju u/jew minħabba t-tqassim tas-sistema tal-ġbir tal-ilma mormi.
BAT 12. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki ta’ hawn taħt.
|
Teknika (14) |
Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira |
Applikabbiltà |
Trattament preliminari, primarju u ġenerali |
|||
(a) |
Ekwalizzazzjoni |
Kull sustanza niġġiesa |
Ġeneralment applikabbli. |
(b) |
Newtralizzazzjoni |
Aċidi, alkali |
|
(c) |
Separazzjoni fiżika, eż. skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, separaturi taż-żejt/tax-xaħam jew tankijiet ta’ dikantazzjoni primarja |
Solidi kbar, solidi sospiżi, żejt/grass |
|
Trattament aerobiku u/jew anaerobiku (trattament sekondarju) |
|||
(d) |
Trattament aerobiku u/jew anaerobiku (trattament sekondarju), eż. proċess ta’ ħama attivat, vaska aerobika, proċess anaerobiku b’għata ta’ ħama bi fluss axxendenti (UASB), proċess anaerobiku ta’ kuntatt, bijoreattur b’membrana |
Komposti organiċi bijodegradabbli |
Ġeneralment applikabbli. |
Tneħħija tan-nitroġenu |
|||
(e) |
Nitrifikazzjoni u/jew denitrifikazzjoni |
Nitroġenu, ammonijaka/ammonju totali |
In-nitrifikazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet ta’ klorur għoljin (eż. aktar minn 10 g/l). In-nitrifikazzjoni tista’ ma tkunx applikabbli meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C). |
(f) |
Nitritazzjoni parzjali - ossidazzjoni anaerobika tal-ammonju |
Tista’ ma tkunx applikabbli meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa. |
|
Rkupru u/jew tneħħija tal-fosforu |
|||
(g) |
Rkupru tal-fosforu bħala struvite |
Fosforu totali |
Applikabbli biss għan-nixxigħat tal-ilma mormi b’kontenut totali ta’ fosforu għoli (eż. aktar minn 50 mg/l) u fluss sinifikanti. |
(h) |
Preċipitazzjoni |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(i) |
Tneħħija bijoloġika tal-fosforu mtejba |
||
Tneħħija tas-solidi finali |
|||
(j) |
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Solidi sospiżi |
Ġeneralment applikabbli. |
(k) |
Sedimentazzjoni |
||
(l) |
Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni) |
||
(m) |
Flotazzjoni |
Il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija fit-Table 1 japplikaw għall-emissjonijiet diretti f’korp tal-ilma riċeventi.
Il-BAT-AELs japplikaw fil-punt minn fejn l-emissjoni toħroġ mill-installazzjoni.
Tabella 1
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet diretti lejn korp tal-ilma riċeventi
Parametru |
|
25–100 mg/l (19) |
|
Solidi sospiżi totali (TSS) |
4–50 mg/l (20) |
Nitroġenu totali (TN) |
|
Fosforu totali (TP) |
0,2–2 mg/l (23) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 4.
1.8. Storbju
BAT 13. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx jista’ jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju, il-BAT hija li jitwaqqaf, jiġi implimentat u jiġi rieżaminat regolarment pjan għall-ġestjoni tal-istorbju, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
— |
protokoll li fih l-azzjonijiet u meta għandhom jittieħdu; |
— |
protokoll għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-istorbju; |
— |
protokoll għar-rispons għall-eventi identifikati tal-istorbju eż. ilmenti; |
— |
programm għat-tnaqqis tal-istorbju maħsub biex jidentifika s-sors(i); biex ikejjel/jipprovdi stima tal-esponiment għall-istorbju u għall-vibrazzjonijiet, biex jikkaratterizza l-kontributi tas-sorsi, u biex jimplimenta miżuri ta’ prevenzjoni u/jew ta’ tnaqqis. |
Applikabbiltà
Il-BAT 13 hija applikabbli biss għall-każijiet fejn ikun mistenni u/jew ġie sostanzjat fastidju mill-istorbju fir-riċetturi sensittivi.
BAT 14. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx possibbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki ta’ hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|||||||||||
(a) |
Post xieraq għat-tagħmir u għall-binjiet |
Il-livelli tal-istorbju jistgħu jitnaqqsu billi tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur, billi l-binjiet jintużaw bħala lqugħ għall-istorbju u billi d-dħul u l-ħruġ tal-binjiet jiġu rilokati. |
Għall-impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir u tad-dħul u l-ħruġ tal-binjiet tista’ ma tapplikax minħabba nuqqas ta’ spazju u/jew spejjeż eċċessivi. |
||||||||||
(b) |
Miżuri operazzjonali |
Dawn jinkludu:
|
Ġeneralment applikabbli. |
||||||||||
(c) |
Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju |
Dan jinkludi kompressuri, pompi u fannijiet li ma jagħmlux ħafna storbju. |
|||||||||||
(d) |
Tagħmir għall-kontroll tal-istorbju |
Dan jinkludi:
|
Tista’ ma tapplikax għall-impjanti eżistenti minħabba nuqqas ta’ spazju. |
||||||||||
(e) |
Tnaqqis tal-istorbju |
L-inserzjoni ta’ ostakli bejn l-emittenti u r-riċevituri (eż. ħitan, imbankmenti u binjiet ta’ protezzjoni). |
Applikabbli biss għall-impjanti eżistenti, peress li t-tfassil tal-impjanti ġodda għandu jelimina l-ħtieġa ta’ din it-teknika. Għall-impjanti eżistenti, l-inserzjoni tal-ostakli tista’ ma tapplikax minħabba n-nuqqas ta’ spazju. |
1.9. Irwejjaħ
BAT 15. Sabiex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx possibbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hija li jitwaqqaf, jiġi implimentat u jiġi rieżaminat regolarment pjan għall-ġestjoni tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
— |
Protokoll li fih l-azzjonijiet u meta għandhom jittieħdu. |
— |
Protokoll għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-irwejjaħ. Dan jista’ jiġi kkumplementat minn kejl/stima tal-esponiment għall-irwejjaħ jew stima tal-impatt tal-irwejjaħ. |
— |
Protokoll għar-rispons għall-inċidenti identifikati tal-irwejjaħ eż. ilmenti. |
— |
Programm ta’ prevenzjoni u ta’ tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal sabiex jidentifika s-sors(i); biex ikejjel/jagħmel stima tal-esponiment għall-irwejjaħ; biex jikkaratterizza l-kontributi tas-sorsi; u biex jimplimenta miżuri ta’ prevenzjoni u/jew ta’ tnaqqis. |
Applikabbiltà
Il-BAT 15 hija applikabbli biss għall-każijiet fejn ikun mistenni u/jew ġie sostanzjat fastidju mill-irwejjaħ fir-riċetturi sensittivi.
2. IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-GĦALF TAL-ANNIMALI
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-għalf tal-annimali. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
2.1. Effiċjenza enerġetika
2.1.1. Għalf kompost/Ikel għall-annimali domestiċi
Fit-Taqsima 1.3 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm t-tekniki ġenerali biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 2
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Prodott |
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Għalf kompost |
MWh/tunnellata ta’ prodotti |
|
Ikel niexef għall-annimali domestiċi |
0,39–0,50 |
|
Ikel niedi għall-annimali domestiċi |
0,33–0,85 |
2.1.2. Foraġġ aħdar
BAT 16. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fl-ipproċessar tal-foraġġ aħdar, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Użu tal-foraġġ aħdar imnixxef minn qabel |
Użu tal-foraġġ li jkun tnixxef minn qabel (eż. permezz tat-tidbil minn qabel fiċ-ċatt). |
Ma japplikax fil-każ tal-proċess niedi. |
(b) |
Riċiklaġġ tal-gass ta’ skart mill-magna li tnixxef |
Injezzjoni tal-gass ta’ skart mis-separatur ċikloniku fil-berner tal-magna li tnixxef. |
Ġeneralment applikabbli. |
(c) |
Użu tas-sħana residwa għat-tnixxif minn qabel |
Is-sħana tal-istim fl-iżbokk mill-magni li jnixxfu b’temperatura għolja tintuża għat-tnixxif minn qabel ta’ parti mill-foraġġ aħdar jew għall-foraġġ aħdar kollu. |
2.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 3
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Prodott |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Ikel niedi għall-annimali domestiċi |
m3/tunnellata ta’ prodotti |
1,3–2,4 |
2.3. Emissjonijiet fl-arja
BAT 17. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja, il-BAT hija li tintuża waħda mit-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Filtru b’borża |
Ara t-Taqsima 14.2. |
Tista’ ma tapplikax għat-tnaqqis tat-trab li jwaħħal. |
(b) |
Separatur ċikloniku |
Ġeneralment applikabbli. |
Tabella 4
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tħin u mit-tkessiħ tal-gerbub fil-manifattura tal-għalf compost
Parametru |
Proċess speċifiku |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
|
Impjanti ġodda |
Impjanti eżistenti |
|||
Trab |
Tħin |
mg/Nm3 |
< 2–5 |
< 2–10 |
Tkessiħ tal-gerbub |
< 2–20 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
3. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-BIRRA
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-produzzjoni tal-birra. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
3.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 18. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Immaxxjar f’temperaturi ogħla |
L-immaxxjar tal-ħabba jitwettaq f’temperaturi ta’ madwar 60 °C, u dan inaqqas l-użu tal-ilma kiesaħ. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott. |
(b) |
Tnaqqis tar-rata tal-evaporazzjoni matul it-togħlija tal-estratt tax-xgħir |
Ir-rata tal-evaporazzjoni tista’ titnaqqas minn 10 % sa madwar 4 % fis-siegħa (eż. permezz ta’ sistemi ta’ togħlija b’żewġ fażijiet, togħlija dinamika bi pressjoni baxxa). |
|
(c) |
Żieda tal-grad ta’ produzzjoni tal-birra bi gravità għolja |
Produzzjoni tal-estratt tax-xgħir konċentrat, biex b’hekk il-volum tiegħu jitnaqqas u għalhekk tintuża inqas enerġija. |
Tabella 5
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
MWh/hl ta’ prodotti |
0,02–0,05 |
3.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 6
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
m3/hl ta’ prodotti |
0,15–0,50 |
3.3. Skart
BAT 19. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Rkupru u użu (mill-ġdid) tal-ħmira wara l-fermentazzjoni |
Wara l-fermentazzjoni, il-ħmira tinġabar u tista’ terġa’ tintuża parzjalment fil-proċess tal-fermentazzjoni u/jew tista’ tintuża ulterjorment għal bosta skopijiet, eż. bħala għalf għall-annimali, fl-industrija farmaċewtika, bħala ingredjent tal-ikel, f’impjant anaerobiku tal-ilma mormi għall-produzzjoni tal-bijogass. |
(b) |
Rkupru u użu (mill-ġdid) tal-materjal naturali tal-filtru |
Wara t-trattament kimiku, enzimatiku jew termali, il-materjal naturali tal-filtru (eż. trab tad-diatomi) jista’ jerġa’ jintuża parzjalment fil-proċess tal-filtrazzjoni. Il-materjal naturali tal-filtru jista’ wkoll jerġa’ jintuża, eż. bħala tejjieb tal-ħamrija. |
3.4. Emissjonijiet fl-arja
BAT 20. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja, il-BAT hija li jintuża filtru b’borża jew separatur ċikloniku u filtru b’borża flimkien.
Deskrizzjoni
Ara t-Taqsima 14.2.
Tabella 7
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mill-immaniġġar u mill-ipproċessar tal-malt u l-aġġunti
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
|
Impjanti ġodda |
Impjanti eżistenti |
||
Trab |
mg/Nm3 |
< 2–5 |
< 2–10 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
4. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IMĦALEB
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-imħaleb. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
4.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 21. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Omoġenizzazzjoni parzjali tal-ħalib |
Il-krema tiġi omoġenizzata flimkien ma’ proporzjon żgħir ta’ ħalib xkumat. Id-daqs tal-omoġenizzatur jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti, u dan iwassal għall-iffrankar tal-enerġija. |
(b) |
Omoġenizzatur effiċjenti fl-enerġija |
Il-pressjoni operattiva tal-omoġenizzatur titnaqqas permezz ta’ disinn ottimizzat u għalhekk l-enerġija elettrika assoċjata meħtieġa biex titħaddem is-sistema titnaqqas ukoll. |
(c) |
Użu ta’ pastorizzaturi kontinwi |
Jintużaw skambjaturi tas-sħana bi fluss kontinwu (eż. tubulari, bil-pjanċi f’qafas). Il-ħin tal-pastorizzazzjoni huwa ħafna iqsar minn dak tas-sistemi ta’ lottijiet. |
(d) |
Skambju tas-sħana riġenerattiva fil-pastorizzazzjoni |
Il-ħalib li jkun dieħel jissaħħan minn qabel mill-ħalib sħun li jkun ħiereġ mis-sezzjoni tal-pastorizzazzjoni. |
(e) |
Trattament f’temperatura ultragħolja (UHT) tal-ħalib mingħajr pastorizzazzjoni intermedja |
Il-ħalib UHT jiġi prodott f’pass wieħed mill-ħalib mhux ipproċessat, u b’hekk tiġi evitata l-enerġija meħtieġa għall-pastorizzazzjoni. |
(f) |
Tnixxif f’diversi stadji fil-produzzjoni tat-trab |
Jintuża proċess ta’ tnixxif bi sprej flimkien ma’ magna li tnixxef downstream, eż. magna li tnixxef b’sodda fluwidizzata. |
(g) |
Tkessiħ minn qabel tal-ilma bis-silġ |
Meta jintuża l-ilma bis-silġ, l-ilma bis-silġ li jintbagħat lura jitkessaħ minn qabel (eż. bi skambjatur tas-sħana bil-pjanċi), qabel it-tkessiħ finali f’tank tal-ilma bis-silġ akkumulanti b’evaporatur bil-kojl. |
Tabella 8
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Prodott ewlieni (mill-inqas 80 % tal-produzzjoni) |
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Ħalib tas-suq |
Mwh/tunnellata ta’ materja prima |
0,1–0,6 |
Ġobon |
0,10–0,22 (27) |
|
Trab |
0,2–0,5 |
|
Ħalib iffermentat |
0,2–1,6 |
4.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 9:
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Prodott ewlieni (mill-inqas 80 % tal-produzzjoni) |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Ħalib tas-suq |
m3/tunnellata ta’ materja prima |
0,3–3,0 |
Ġobon |
0,75–2,5 |
|
Trab |
1,2–2,7 |
4.3. Skart
BAT 22. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
Tekniki relatati mal-użu taċ-ċentrifugi |
||
(a) |
Tħaddim ottimizzat taċ-ċentrifugi |
It-tħaddim taċ-ċentrifugi skont l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom sabiex jiġi minimizzat ir-rifjut tal-prodott. |
Tekniki relatati mal-produzzjoni tal-butir |
||
(b) |
Tlaħliħ tal-ħiter tal-krema bil-ħalib xkumat jew bl-ilma |
It-tlaħliħ tal-ħiter tal-krema bil-ħalib xkumat jew bl-ilma li mbagħad jiġi rkuprat u jerġa’ jintuża, qabel l-operazzjonijiet tat-tindif. |
Tekniki relatati mal-produzzjoni tal-ġelat |
||
(c) |
Iffriżar kontinwu tal-ġelat |
L-iffriżar kontinwu tal-ġelat bl-użu ta’ proċeduri tal-istartjar ottimizzati u ċirkwiti ta’ kontroll li jnaqqsu l-frekwenza ta’ waqfien. |
Tekniki relatati mal-produzzjoni tal-ġobon |
||
(d) |
Minimizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tax-xorrox aċiduż |
Ix-xorrox mill-manifattura tal-ġobon tat-tip aċiduż (eż. cottage cheese, quark u mozzarella) jiġi pproċessat malajr kemm jista’ jkun sabiex titnaqqas il-formazzjoni tal-aċidu lattiku. |
(e) |
Rkupru u użu tax-xorrox |
Ix-xorrox jiġi rkuprat (jekk ikun meħtieġ bl-użu ta’ tekniki bħal pereżempju l-evaporazzjoni jew il-filtrazzjoni b’membrana) u jintuża, eż. għall-produzzjoni tat-trab tax-xorrox, tat-trab tax-xorrox demineralizzat, tal-konċentrati ta’ proteini tax-xorrox jew tal-lattożju. Ix-xorrox u l-konċentrati tax-xorrox jistgħu wkoll jintużaw bħala għalf għall-annimali jew bħala sors ta’ karbonju f’impjant tal-bijogass. |
4.4. Emissjonijiet fl-arja
BAT 23. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tnixxif, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Filtru b’borża |
Ara t-Taqsima 14.2. |
Tista’ ma tapplikax għat-tnaqqis tat-trab li jwaħħal. |
(b) |
Separatur ċikloniku |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(c) |
Purifikatur niedi |
Tabella 10
Livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tnixxif
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
Trab |
mg/Nm3 |
< 2–10 (28) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
5. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-ETANOL
Il-konklużjoni tal-BAT ippreżentata f’din it-taqsima tapplika għall-produzzjoni tal-etanol. Tapplika flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
5.1. Skart
BAT 24. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta’ skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT hija li tiġi rkuprata u tintuża (mill-ġdid) il-ħmira wara l-fermentazzjoni.
Deskrizzjoni
Ara BAT 19a. Il-ħmira tista’ ma tiġix irkuprata meta r-residwu tad-distillazzjoni jintuża bħala għalf għall-annimali.
6. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IPPROĊESSAR TAL-ĦUT U TAL-FROTT TAL-BAĦAR BIL-QOXRA
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-ipproċessar tal-ħut u tal-frott tal-baħar bil-qoxra. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
6.1. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
BAT 25. Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 7 u tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Tneħħija tax-xaħam u tal-vixxri permezz ta’ vakwu |
L-użu tal-ġbid b’vakwu minflok l-ilma biex jitneħħew ix-xaħam u l-vixxri mill-ħut. |
(b) |
Trasport niexef tax-xaħam, tal-vixxri, tal-ġilda u tal-fletti |
L-użu taċ-ċinturini trasportaturi minflok l-ilma. |
6.2. Emissjonijiet fl-arja
BAT 26. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tal-komposti organiċi fl-arja mill-affumikar tal-ħut, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Bijofiltru |
In-nixxiegħa tal-gass ta’ skart jingħadda minn sodda ta’ materjal organiku (bħall-pit, il-ħaxixet il-mikinsa, l-għeruq, il-qoxra tas-siġar, il-kompost, l-injam artab u tipi differenti ta’ kombinazzjonijiet) jew xi materjal inert (bħat-tafal, il-karbonju attivat, u l-poliuretan), fejn il-komponenti organiċi (u xi oħrajn inorganiċi) jiġu trasformati permezz ta’ mikroorganiżmi li jseħħu b’mod naturali fid-diossidu tal-karbonju, fl-ilma, f’metaboliti oħra u fil-bijomassa. |
(b) |
Ossidazzjoni termali |
Ara t-Taqsima 14.2. |
(c) |
Trattament bi plażma mhux termali |
|
(d) |
Purifikatur niedi |
Ara t-Taqsima 14.2. Normalment jintuża preċipitatur elettrostatiku bħala pass ta’ qabel it-trattament. |
(e) |
Użu ta’ duħħan purifikat |
Id-duħħan iġġenerat mill-kondensati primarji purifikati tad-duħħan jintuża biex jiġi affumikat il-prodott f’kompartiment tal-affumikar. |
Tabella 11
Livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tat-TVOC fl-arja minn kompartiment tal-affumikar
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
TVOC |
mg/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
7. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦAXIX
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għas-settur tal-frott u l-ħaxix. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
7.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 27. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u li jitkessħu l-frott u l-ħaxix qabel l-iffriżar qawwi.
Deskrizzjoni
It-temperatura tal-frott u l-ħaxix titnaqqas għal madwar 4 °C qabel ma jidħlu fil-mina tal-iffriżar billi dawn jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ilma kiesaħ jew mal-arja kiesħa. L-ilma jista’ jitneħħa mill-ikel u mbagħad jinġabar għall-użu mill-ġdid fil-proċess tat-tkessiħ.
Tabella 12
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Proċess speċifiku |
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Ipproċessar tal-patata (eskluż il-produzzjoni tal-lamtu) |
MWh/tunnellata ta’ prodotti |
1,0–2,1 (31) |
Ipproċessar tat-tadam |
7.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 13
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Proċess speċifiku |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Ipproċessar tal-patata (eskluż il-produzzjoni tal-lamtu) |
m3/tunnellata ta’ prodotti |
4,0–6,0 (34) |
Ipproċessar tat-tadam meta r-riċiklaġġ tal-ilma jkun possibbli |
8,0–10,0 (35) |
8. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TĦIN TAL-ĦABB
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għat-tħin tal-ħabb. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
8.1. Effiċjenza enerġetika
Fit-Taqsima 1.3 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm t-tekniki ġenerali biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 14
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
MWh/tunnellata ta’ prodotti |
0,05–0,13 |
8.2. Emissjonijiet fl-arja
BAT 28. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja, il-BAT hija li jintuża filtru b’borża.
Deskrizzjoni
Ara t-Taqsima 14.2.
Tabella 15
Livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tħin tal-ħabb
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
Trab |
mg/Nm3 |
< 2–5 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
9. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IPPROĊESSAR TAL-LAĦAM
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-ipproċessar tal-laħam. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
9.1. Effiċjenza enerġetika
Fit-Taqsima 1.3 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm t-tekniki ġenerali biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 16
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Mwh/tunnellata ta’ materja prima |
9.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 17
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
m3/tunnellata ta’ materja prima |
1,5–8,0 (38) |
9.3. Emissjonijiet fl-arja
BAT 29. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tal-komposti organiċi fl-arja mill-affumikar tal-laħam, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Adsorbiment |
Il-komposti organiċi jitneħħew min-nixxiegħa tal-gass ta’ skart billi jinżammu fuq superfiċe solida (normalment il-karbonju attivat). |
(b) |
Ossidazzjoni termali |
Ara t-Taqsima 14.2. |
(c) |
Purifikatur niedi |
Ara t-Taqsima 14.2. Normalment jintuża preċipitatur elettrostatiku bħala pass ta’ qabel it-trattament. |
(d) |
Użu ta’ duħħan purifikat |
Id-duħħan iġġenerat mill-kondensati primarji purifikati tad-duħħan jintuża biex jiġi affumikat il-prodott f’kompartiment tal-affumikar. |
Tabella 18
Livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tat-TVOC fl-arja minn kompartiment tal-affumikar
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
TVOC |
mg/Nm3 |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
10. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-IPPROĊESSAR TAŻ-ŻRIERAGĦ ŻEJTNIN U GĦAR-RAFFINAMENT TAŻ-ŻEJT VEĠETALI
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-ipproċessar taż-żrieragħ żejtnin u għar-raffinament taż-żejt veġetali. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
10.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 30. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u li jiġi ġġenerat vakwu awżiljarju.
Deskrizzjoni
Il-vakwu awżiljarju li jintuża għat-tnixxif taż-żejt, għat-tneħħija tal-gass miż-żejt jew għall-minimizzazzjoni tal-ossidazzjoni taż-żejt jiġi ġġenerat minn pompi, injetturi tal-istim, eċċ. Il-vakwu jnaqqas l-ammont ta’ enerġija termali li tkun meħtieġa għal dawn il-passi tal-proċess.
Tabella 19
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Proċess speċifiku |
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Tisħiq u raffinament integrati taż-żrieragħ tal-lift u/jew taż-żrieragħ tal-ġirasol |
Mwh/tunnellata ta’ żejt prodott |
0,45–1,05 |
Tisħiq u raffinament integrati tal-fażola tas-sojja |
0,65–1,65 |
|
Raffinament awtonomu |
0,1–0,45 |
10.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 20
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Proċess speċifiku |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Tisħiq u raffinament integrati taż-żrieragħ tal-lift u/jew taż-żrieragħ tal-ġirasol |
m3/tunnellata ta’ żejt prodott |
0,15–0,75 |
Tisħiq u raffinament integrati tal-fażola tas-sojja |
0,8–1,9 |
|
Raffinament awtonomu |
0,15–0,9 |
10.3. Emissjonijiet fl-arja
BAT 31. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Filtru b’borża |
Ara t-Taqsima 14.2. |
Tista’ ma tapplikax għat-tnaqqis tat-trab li jwaħħal. |
(b) |
Separatur ċikloniku |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(c) |
Purifikatur niedi |
Tabella 21
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mill-immaniġġar u mit-tħejjija taż-żrieragħ kif ukoll mit-tnixxif u mit-tkessiħ tal-grixa
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
|
Impjanti ġodda |
Impjanti eżistenti |
||
Trab |
mg/Nm3 |
< 2–5 (41) |
< 2–10 (41) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
10.4. Telf tal-eżan
BAT 32. Sabiex jitnaqqas it-telf tal-eżan mill-ipproċessar u mir-raffinament taż-żrieragħ żejtnin, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
|
(a) |
Fluss kontrokurrent tal-grixa u tal-istim fid-desolventizzatur-towster |
L-eżan jitneħħa mill-grixa mgħobbija bl-eżan f’desolventizzatur-towster, li jinvolvi fluss kontrokurrent tal-istim u tal-grixa. |
(b) |
Evaporazzjoni mit-taħlita ta’ żejt/eżan |
L-eżan jitneħħa mit-taħlita ta’ żejt/eżan bl-użu ta’ evaporaturi. Il-fwar mid-desolventizzatur-towster (taħlita ta’ stim/eżan) jintuża biex jipprovdi enerġija termali fl-ewwel stadju tal-evaporazzjoni. |
(c) |
Kondensazzjoni flimkien ma’ purifikatur niedi biż-żejt minerali |
Il-fwar tal-eżan jitkessaħ sa taħt il-punt tan-nida tiegħu sabiex jikkondensa. L-eżan mhux ikkondensat jiġi assorbit f’purifikatur bl-użu taż-żejt minerali bħala likwidu ta’ purifikazzjoni għall-irkupru sussegwenti. |
(d) |
Separazzjoni tal-fażijiet gravitazzjonali flimkien ma’ distillazzjoni |
L-eżan mhux dissolt jiġi sseparat mill-fażi milwiema permezz ta’ separatur tal-fażijiet gravitazzjonali. Kwalunkwe residwu tal-eżan jitneħħa permezz tad-distillazzjoni billi tissaħħan il-fażi milwiema sa madwar 80–95 °C. |
Tabella 22
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għat-telf tal-eżan mill-ipproċessar u mir-raffinament taż-żrieragħ taż-żejt
Parametru |
Tip ta’ żrieragħ jew fażola pproċessati |
Unità |
BAT-AEL (medja annwali) |
Telf tal-eżan |
Fażola tas-sojja |
kg/tunnellata ta’ żrieragħ jew fażola pproċessati |
0,3–0,55 |
Żrieragħ tal-lift u żrieragħ tal-ġirasol |
0,2–0,7 |
11. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAS-SOFT DRINKS U GĦAN-NEKTAR/GĦALL-MERAQ MAGĦMUL MILL-FROTT U L-ĦAXIX IPPROĊESSATI
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għas-soft drinks u għan-nektar/għall-meraq magħmul mill-frott u l-ħaxix ipproċessati. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
11.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 33. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Pastorizzatur uniku għall-produzzjoni tan-nektar/tal-meraq |
L-użu ta’ pastorizzatur wieħed kemm għall-meraq kif ukoll għall-polpa minflok l-użu ta’ żewġ pastorizzaturi separati. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba id-daqs tal-partikoli tal-polpa. |
(b) |
Trasport idrawliku taz-zokkor |
Iz-zokkor jiġi ttrasportat lejn il-proċess tal-produzzjoni bl-ilma. Peress li xi ftit miz-zokkor diġà jiġi dissolt matul it-trasport, tkun meħtieġa inqas enerġija fil-proċess biex iz-zokkor jiġi dissolt. |
Ġeneralment applikabbli. |
(c) |
Omoġenizzatur effiċjenti fl-enerġija għall-produzzjoni tan-nektar/tal-meraq |
Ara BAT 21b. |
Tabella 23
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
MWh/hl ta’ prodotti |
0,01–0,035 |
11.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 24
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
m3/hl ta’ prodotti |
0,08–0,20 |
12. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-PRODUZZJONI TAL-LAMTU
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-produzzjoni tal-lamtu. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
12.1. Effiċjenza enerġetika
Fit-Taqsima 1.3 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm t-tekniki ġenerali biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 25
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Proċess speċifiku |
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Ipproċessar tal-patata għall-produzzjoni tal-lamtu nattiv biss |
Mwh/tunnellata ta’ materja prima (42) |
0,08–0,14 |
Ipproċessar tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ għall-produzzjoni tal-lamtu nattiv flimkien mal-lamtu mmodifikat u/jew idrolizzat |
0,65–1,25 (43) |
12.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 26:
Livelli indikattivi tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Proċess speċifiku |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Ipproċessar tal-patata għall-produzzjoni tal-lamtu nattiv biss |
m3/tunnellata ta’ materja prima (44) |
0,4–1,15 |
Ipproċessar tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ għall-produzzjoni tal-lamtu nattiv flimkien mal-lamtu mmodifikat u/jew idrolizzat |
1,1–3,9 (45) |
12.3. Emissjonijiet fl-arja
BAT 34. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tnixxif tal-lamtu, tal-proteini u tal-fibri, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Filtru b’borża |
Ara t-Taqsima 14.2. |
Tista’ ma tapplikax għat-tnaqqis tat-trab li jwaħħal. |
(b) |
Separatur ċikloniku |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(c) |
Purifikatur niedi |
Tabella 27
Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tnixxif tal-lamtu, tal-proteini u tal-fibri
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
|
Impjanti ġodda |
Impjanti eżistenti |
||
Trab |
mg/Nm3 |
< 2–5 (46) |
< 2–10 (46) |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
13. KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦALL-MANIFATTURA TAZ-ZOKKOR
Il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f’din it-taqsima japplikaw għall-manifattura taz-zokkor. Japplikaw flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT mogħtija fit-Taqsima 1.
13.1. Effiċjenza enerġetika
BAT 35. Sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki speċifikati fil-BAT 6 u teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Ippressar tal-polpa tal-pitravi |
Il-polpa tal-pitravi tiġi ppressata normalment sa kontenut xott ta’ 25–32 wt-%. |
Ġeneralment applikabbli. |
(b) |
Tnixxif indirett (tnixxif bl-istim) tal-polpa tal-pitravi |
It-tnixxif tal-polpa tal-pitravi bl-użu tal-istim sopramsaħħan. |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba l-ħtieġa ta’ rikostruzzjoni sħiħa tal-faċilitajiet tal-enerġija. |
(c) |
Tnixxif solari tal-polpa tal-pitravi |
L-użu tal-enerġija solari għat-tnixxif tal-polpa tal-pitravi. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u/jew nuqqas ta’ spazju. |
(d) |
Riċiklaġġ tal-gassijiet sħan |
Ir-riċiklaġġ tal-gassijiet sħan (eż. gassijiet ta’ skart mill-magna li tnixxef, mill-bojler jew mill-impjant tas-sħana u tal-enerġija kkombinati). |
Ġeneralment applikabbli. |
(e) |
Tnixxif (minn qabel) b’temperatura baxxa tal-polpa tal-pitravi |
It-tnixxif (minn qabel) dirett tal-polpa tal-pitravi bl-użu tal-gass li jnixxef eż. l-arja jew gass sħun. |
Tabella 28
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għal konsum speċifiku tal-enerġija
Proċess speċifiku |
Unità |
Konsum speċifiku tal-enerġija (medja annwali) |
Ipproċessar tal-pitravi ħelwin |
MWh/tunnellata ta’ pitravi |
0,15–0,40 (47) |
13.2. Konsum tal-ilma u skariku tal-ilma mormi
Fit-Taqsima 1.4 ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT hemm tekniki ġenerali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum tal-ilma mormi skarikat. Il-livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tabella 29
Livell indikattiv tal-prestazzjoni ambjentali għall-iskariku tal-ilma mormi speċifiku
Proċess speċifiku |
Unità |
Skariku tal-ilma mormi speċifiku (medja annwali) |
Ipproċessar tal-pitravi ħelwin |
m3/tunnellata ta’ pitravi |
0,5–1,0 |
13.3. Emissjonijiet fl-arja
BAT 36. Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tnixxif tal-polpa tal-pitravi, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Użu ta’ fjuwils gassużi |
Ara t-Taqsima 14.2. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba r-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ fjuwils gassużi. |
(b) |
Separatur ċikloniku |
Ġeneralment applikabbli. |
|
(c) |
Purifikatur niedi |
||
(d) |
Tnixxif indirett (tnixxif bl-istim) tal-polpa tal-pitravi |
Ara BAT 35b. |
Tista’ ma tkunx applikabbli għall-impjanti eżistenti minħabba l-ħtieġa ta’ rikostruzzjoni sħiħa tal-faċilitajiet tal-enerġija. |
(e) |
Tnixxif solari tal-polpa tal-pitravi |
Ara BAT 35c. |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u/jew nuqqas ta’ spazju. |
(f) |
Tnixxif (minn qabel) b’temperatura baxxa tal-polpa tal-pitravi |
Ara BAT 35e. |
Ġeneralment applikabbli. |
Tabella 30
Livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tat-trab fl-arja mit-tnixxif tal-polpa tal-pitravi fil-każ tat-tnixxif b’temperatura għolja (ogħla minn 500 °C)
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) |
Livell ta’ referenza tal-ossiġenu (OR) |
Kundizzjoni tal-gass ta’ referenza |
Trab |
mg/Nm3 |
5–100 |
16 vol-% |
L-ebda korrezzjoni għall-kontenut tal-ilma |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
BAT 37. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati tal-SOX fl-arja mit-tnixxif tal-polpa tal-pitravi b’temperatura għolja (ogħla minn 500 °C), il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew kombinazzjoni tat-tekniki ta’ hawn taħt.
Teknika |
Deskrizzjoni |
Applikabbiltà |
|
(a) |
Użu tal-gass naturali |
— |
Tista’ ma tkunx applikabbli minħabba r-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà tal-gass naturali. |
(b) |
Purifikatur niedi |
Ara t-Taqsima 14.2. |
Ġeneralment applikabbli. |
(c) |
Użu ta’ fjuwils b’kontenut baxx ta’ kubrit |
— |
Tapplika biss meta ma jkunx disponibbli l-gass naturali. |
Tabella 31
Livell ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet inkanalati tal-SOX fl-arja mit-tnixxif tal-polpa tal-pitravi fil-każ tat-tnixxif b’temperatura għolja (ogħla minn 500 °C) meta ma jintużax il-gass naturali
Parametru |
Unità |
BAT-AEL (medja tul il-perjodu ta’ kampjunar) (48) |
Livell ta’ referenza tal-ossiġenu (OR) |
Kundizzjoni tal-gass ta’ referenza |
SOX |
mg/Nm3 |
30–100 |
16 vol-% |
L-ebda korrezzjoni għall-kontenut tal-ilma |
Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fil-BAT 5.
14. DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI
14.1. Emissjonijiet fl-ilma
Teknika |
Deskrizzjoni |
Proċess tal-ħama attivat |
Proċess bijoloġiku li fih il-mikroorganiżmi jinżammu sospiżi fl-ilma mormi u t-taħlita kollha tiġi arjata mekkanikament. It-taħlita tal-ħama attivat tintbagħat lil faċilità ta’ separazzjoni fejn il-ħama jiġi rriċiklat għat-tank tal-arjazzjoni. |
Vaska aerobika |
Vaski tal-fuħħar baxxi għat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi, li l-kontenut tagħhom jitħallat perjodikament sabiex l-ossiġenu jitħalla jidħol fil-likwidu permezz tad-diffużjoni atmosferika. |
Proċess anaerobiku ta’ kuntatt |
Proċess anaerobiku fejn l-ilma mormi jitħallat mal-ħama rriċiklat u mbagħad jiġi ddiġerit f’reattur issiġillat. It-taħlita tal-ilma/ħama tiġi sseparata esternament. |
Preċipitazzjoni |
Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa dissolti f’komposti insolubbli biż-żieda ta’ preċipitanti kimiċi. Il-preċipitati solidi li jiffurmaw imbagħad jiġu sseparati permezz tas-sedimentazzjoni, tal-flotazzjoni bl-arja jew tal-filtrazzjoni. Għall-preċipitazzjoni tal-fosforu jintużaw joni multivalenti tal-metall (eż. kalċju, aluminju, ħadid). |
Koagulazzjoni u flokkulazzjoni |
Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jitwettqu f’passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta’ koagulanti b’ċarġ oppost għal dak tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta’ polimeri, sabiex il-kolliżjonijiet tal-partikoli mikroflokkuli jġegħluhom jintrabtu flimkien fi flokkuli ikbar. |
Ekwalizzazzjoni |
L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa bl-użu ta’ tankijiet jew tekniki oħra ta’ ġestjoni. |
Tneħħija bijoloġika tal-fosforu mtejba |
Kombinazzjoni ta’ trattament aerobiku u anaerobiku biex jiġu arrikkiti b’mod selettiv il-mikroorganiżmi li jakkumulaw polifosfat fil-komunità batterika fil-ħama attivat. Dawn il-mikroorganiżmi jieħdu aktar fosforu minn dak li hu meħtieġ għat-tkabbir normali. |
Filtrazzjoni |
Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi billi l-ilma jingħadda minn ġo mezz poruż, eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni. |
Flotazzjoni |
Is-separazzjoni ta’ partikoli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma’ bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment tal-arja. Il-partikoli galleġġanti jakkumulaw fis-superfiċe tal-ilma u jinġabru permezz ta’ xkumaturi. |
Bijoreattur b’membrana |
Kombinazzjoni ta’ trattament u ta’ filtrazzjoni b’membrana tal-ħama attivat. Jintużaw żewġ varjanti: a) ċirkwit estern ta’ riċirkolazzjoni bejn it-tank tal-ħama attivat u l-modulu tal-membrana; u b) l-immersjoni tal-modulu tal-membrana fit-tank tal-ħama attivat arjat, fejn l-effluwent jiġi ffiltrat b’membrana b’fibri vojta minn ġewwa, u l-bijomassa tibqa’ fit-tank. |
Newtralizzazzjoni |
L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal livell newtrali (madwar 7) biż-żieda ta’ sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) ġeneralment jintużaw biex jiżdied il-pH, filwaqt li l-aċidu sulfuriku (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) ġeneralment jintużaw biex jitnaqqas il-pH. Matul in-newtralizzazzjoni, jista’ jkun hemm preċipitazzjoni ta’ xi sustanzi. |
Nitrifikazzjoni u/jew denitrifikazzjoni |
Proċess f’żewġ passi li normalment ikun inkorporat f’impjanti ta’ trattament bijoloġiku tal-ilma mormi. L-ewwel pass huwa n-nitrifikazzjoni aerobika fejn il-mikroorganiżmi jossidaw l-ammonju (NH4 +) fin-nitrit intermedju (NO2 -), li mbagħad ikompli jiġi ossidat f’nitrat (NO3 -). Fil-pass sussegwenti tad-denitrifikazzjoni anossika, il-mikroorganiżmi kimikament jikkonvertu n-nitrat f’gass tan-nitroġenu. |
Nitritazzjoni parzjali - ossidazzjoni anaerobika tal-ammonju |
Proċess bijoloġiku li jikkonverti l-ammonju u n-nitrit f’gass tan-nitroġenu f’kundizzjonijiet anaerobiċi. Fit-trattament tal-ilma mormi, issir nitrifikazzjoni (jiġifieri nitritazzjoni) parzjali qabel l-ossidazzjoni anaerobika tal-ammonju li tikkonverti madwar nofs l-ammonju (NH4 +) f’nitrit (NO2 -). |
Rkupru tal-fosforu bħala struvite |
Il-fosforu jiġi rkuprat permezz tal-preċipitazzjoni fil-forma ta’ struvite (fosfat tal-ammonju tal-manjeżju). |
Sedimentazzjoni |
Is-separazzjoni tal-partikoli sospiżi permezz tad-depożitar gravitazzjonali. |
Proċess anaerobiku b’għata ta’ ħama bi fluss axxendenti (UASB) |
Proċess anaerobiku fejn l-ilma mormi jiddaħħal fil-qiegħ tar-reattur u mbagħad jgħaddi ’l fuq minn ġo sodda ta’ ħama magħmula minn granuli jew partikoli ffurmati bijoloġikament. Il-fażi tal-ilma mormi tgħaddi f’kompartiment ta’ sedimentazzjoni fejn il-kontenut solidu jiġi sseparat; il-gassijiet jinġabru f’koppli fil-quċċata tar-reattur. |
14.2. Emissjonijiet fl-arja
Teknika |
Deskrizzjoni |
Filtru b’borża |
Il-filtri b’borża, ta’ spiss imsejħa filtri tad-drapp, ikunu magħmula minn drapp minsuġ jew bil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikoli. L-użu ta’ filtru b’borża jirrikjedi l-għażla ta’ drapp adattat għall-karatteristiki tal-gass ta’ skart u għat-temperatura massima tat-tħaddim. |
Separatur ċikloniku |
Sistema ta’ kontroll tat-trab ibbażata fuq il-forza ċentrifuga, fejn il-partikoli li jkunu itqal jiġu sseparati mill-gass trasportatur. |
Trattament bi plażma mhux termali |
Teknika ta’ tnaqqis ibbażata fuq il-ħolqien ta’ plażma (jiġifieri gass jonizzat li jikkonsisti f’joni pożittivi u elettroni liberi f’proporzjonijiet li jirriżultaw fi ftit jew fl-ebda ċarġ elettriku ġenerali) fil-gass ta’ skart bl-użu ta’ kamp elettriku qawwi. Il-plażma tossidizza l-komposti organiċi u inorganiċi. |
Ossidazzjoni termali |
L-ossidazzjoni ta’ gassijiet kombustibbli u ta’ odoranti f’nixxiegħa ta’ gass ta’ skart permezz tat-tisħin tat-taħlita ta’ kontaminanti mal-arja jew mal-ossiġenu sa punt ogħla mill-punt tat-tqabbid tagħha f’kompartiment tal-kombustjoni u tinżamm f’temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni tagħha f’diossidu tal-karbonju u ilma. |
Użu ta’ fjuwils gassużi |
Qlib mill-kombustjoni ta’ fjuwil solidu (eż. il-faħam) għall-kombustjoni ta’ fjuwil gassuż (eż. il-gass naturali, il-bijogass) li jkun inqas ta’ ħsara f’termini ta’ emissjonijiet (eż. kontenut baxx ta’ kubrit, kontenut baxx ta’ rmied jew kwalità aħjar tal-irmied). |
Purifikatur niedi |
It-tneħħija ta’ sustanzi niġġiesa gassużi jew partikolati min nixxiegħa tal-gass bit-trasferiment tal-massa għal solvent likwidu, li ta’ spiss ikun ilma jew soluzzjoni milwiema. Tista’ tinvolvi reazzjoni kimika (eż. f’purifikatur tal-aċidi jew tal-alkali). F’xi każijiet, il-komposti jistgħu jiġu rkuprati mis-solvent. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(2) Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).
(3) Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet marbuta mal-kampjunar jew mal-limitazzjonijiet analitiċi, teħid tal-kampjuni/kejl ta’ 30 minuta jkun inadegwat, jista’ jintuża perjodu aktar xieraq għall-kejl.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(5) Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fin-nixxiegħa tal-ilma mormi abbażi tal-inventarju msemmi fil-BAT 2.
(6) Il-monitoraġġ japplika biss fil-każ ta’ skariku dirett lejn korp tal-ilma riċeventi.
(7) Il-monitoraġġ tat-TOC u l-monitoraġġ tas-COD huma alternattivi. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla preferuta għaliex ma jiddependix mill-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(8) Jekk jintwera li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed, tista’ tiġi adottata frekwenza ta’ monitoraġġ aktar baxxa iżda fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fix-xahar.
(9) Il-kejlijiet jitwettqu fl-ogħla stat tal-emissjonijiet mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim.
(10) Jekk jintwera li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed, tista’ tiġi adottata frekwenza ta’ monitoraġġ aktar baxxa iżda fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena.
(11) Il-kejl jitwettaq matul kampanja ta’ jumejn.
(12) Il-monitoraġġ japplika biss meta jintuża ossidatur termali
(13) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(14) Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 14.1.
(15) Il-BAT-AELs ma japplikawx għall-emissjonijiet mit-tħin tal-ħabb, mill-ipproċessar tal-foraġġ aħdar, u mill-produzzjoni tal-ikel niexef għall-annimali domestiċi u tal-għalf kompost.
(16) Il-BAT-AELs jistgħu ma japplikawx għall-produzzjoni tal-aċidu ċitriku jew tal-ħmira.
(17) L-ebda BAT-AEL ma japplika għad-domanda bijokimika ta’ ossiġenu (BOD). Bħala indikazzjoni, il-medja annwali tal-livell ta’ BOD5 fl-effluwent minn impjant tat-trattament bijoloġiku tal-ilma mormi ġeneralment tkun ≤ 20 mg/l.
(18) Il-BAT-AEL għas-COD jista’ jiġi sostitwit b’BAT-AEL għat-TOC. Il-korrelazzjoni bejn is-COD u t-TOC hija determinata fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-BAT-AEL għat-TOC huwa l-għażla preferuta peress li l-monitoraġġ tat-TOC ma jiddependix fuq l-użu ta’ komposti tossiċi ħafna.
(19) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija:
— |
125 mg/l għall-imħaleb; |
— |
120 mg/l għall-installazzjonijiet tal-frott u tal-ħaxix; |
— |
200 mg/l għall-installazzjonijiet tal-ipproċessar taż-żrieragħ żejtnin u tar-raffinament taż-żejt veġetali; |
— |
185 mg/l għall-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-lamtu; |
— |
155 mg/l għall-installazzjonijiet tal-manifattura taz-zokkor; |
bħala medji ta’ kuljum biss jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ≥ 95 %, bħala medja annwali jew bħala medja matul il-perjodu ta’ produzzjoni.
(20) In-naħa ta’ isfel tal-medda normalment tinkiseb meta tintuża l-filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, bijoreattur b’membrana), filwaqt li n-naħa ta’ fuq tal-medda normalment tintlaħaq meta tintuża s-sedimentazzjoni biss.
(21) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija 30 mg/l bħala medja ta’ kuljum biss jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ≥ 80 %, bħala medja annwali jew bħala medja matul il-perjodu ta’ produzzjoni.
(22) Il-BAT-AEL jista’ ma japplikax meta t-temperatura tal-ilma mormi tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C) għal perjodi twal.
(23) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija:
— |
4 mg/l għall-imħaleb u għall-installazzjonijiet tal-lamtu li jipproduċu l-lamtu mmodifikat u/jew idrolizzat; |
— |
5 mg/l għall-installazzjonijiet tal-frott u tal-ħaxix; |
— |
10 mg/l għall-installazzjonijiet tal-ipproċessar taż-żrieragħ żejtnin u tar-raffinament taż-żejt veġetali li jwettqu d-dekompożizzjoni tal-istokkijiet tas-sapun; |
bħala medji ta’ kuljum biss jekk l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ≥ 95 %, bħala medja annwali jew bħala medja matul il-perjodu ta’ produzzjoni.
(24) In-naħa ta’ isfel tal-medda tista’ tinkiseb meta ma jiġix applikat it-tgerbib.
(25) Il-livell tal-konsum speċifiku tal-enerġija jista’ ma japplikax meta jintużaw ħut u annimali akkwatiċi oħra bħala materja prima.
(26) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija 0,12 Mwh/tunnellata ta’ prodotti għall-installazzjonijiet li jinsabu fi klimi kesħin u/jew meta jintuża t-trattament bis-sħana għad-dekontaminazzjoni tas-Salmonella.
(27) Il-livell tal-konsum speċifiku tal-enerġija jista’ ma japplikax meta tintuża materja prima li mhijiex ħalib.
(28) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija 20 mg/Nm3 għat-tnixxif tat-trab tax-xorrox demineralizzat, tal-kaseina u tal-lattożju.
(29) In-naħa ta’ isfel tal-medda normalment tinkiseb meta tintuża l-ossidazzjoni termali.
(30) Il-BAT-AEL ma japplikax meta t-tagħbija tal-emissjoni tat-TVOC tkun taħt il-500 g/h.
(31) Il-livell tal-konsum speċifiku tal-enerġija jista’ ma japplikax għall-produzzjoni tal-laqx u tat-trab tal-patata.
(32) In-naħa ta’ isfel tal-medda hija normalment assoċjata mal-produzzjoni tat-tadam imqaxxar.
(33) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija normalment assoċjata mal-produzzjoni tat-trab jew tal-konċentrat tat-tadam.
(34) Il-livell tal-iskariku tal-ilma mormi speċifiku jista’ ma japplikax għall-produzzjoni tal-laqx u tat-trab tal-patata.
(35) Il-livell tal-iskariku tal-ilma mormi speċifiku jista’ ma japplikax għall-produzzjoni tat-trab tat-tadam.
(36) Il-livell tal-konsum speċifiku tal-enerġija jista’ ma japplikax għall-produzzjoni tal-ikliet lesti u għas-sopop.
(37) In-naħa ta’ fuq tal-medda tista’ ma tapplikax fil-każ ta’ perċentwal għoli ta’ prodotti msajra.
(38) Il-livell tal-iskariku tal-ilma mormi speċifiku ma japplikax għall-proċessi li jużaw it-tkessiħ bl-ilma dirett u għall-produzzjoni tal-ikliet lesti u tas-sopop.
(39) In-naħa ta’ isfel tal-medda normalment tinkiseb meta jintuża l-adsorbiment jew l-ossidazzjoni termali.
(40) Il-BAT-AEL ma japplikax meta t-tagħbija tal-emissjoni tat-TVOC tkun taħt il-500 g/h.
(41) In-naħa ta’ fuq tal-medda hija 20 mg/Nm3 għat-tnixxif u għat-tkessiħ tal-grixa.
(42) L-ammont ta’ materja prima jirreferi għat-tunnellaġġ gross.
(43) Il-livell tal-konsum speċifiku tal-enerġija ma japplikax għall-produzzjoni tal-polioli.
(44) L-ammont ta’ materja prima jirreferi għat-tunnellaġġ gross.
(45) Il-livell tal-iskariku tal-ilma mormi speċifiku ma japplikax għall-produzzjoni tal-polioli.
(46) Meta ma jkunx applikabbli filtru b’borża, in-naħa ta’ fuq tal-medda tkun 20 mg/Nm3.
(47) In-naħa ta’ fuq tal-medda tista’ tinkludi l-konsum tal-enerġija tal-kalkari tal-ġir u tal-magni li jnixxfu.
(48) Meta tintuża biss il-bijomassa bħala fjuwil, huwa mistenni li l-livelli tal-emissjonijiet ikunu fin-naħa ta’ isfel tal-medda.