Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2006

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2006 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

    C/2019/8737

    ĠU L 310, 2.12.2019, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2006/oj

    2.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/59


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2006

    tad-29 ta’ Novembru 2019

    dwar il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    B’ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, irreġistrata fid-9 ta’ Settembru 2019, l-Irlanda nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    (2)

    Billi ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727, mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji.

    (3)

    Jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 għalhekk tiġi kkonfermata.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 daħal fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018 u japplika mit-12 ta' Diċembru 2019.

    (5)

    Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2018/1727 hija kkonfermata.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).


    Top