Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2005

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2005 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2017

    C/2019/8704

    ĠU L 310, 2.12.2019, p. 56–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/2005/oj

    2.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/56


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2005

    tad-29 ta’ Novembru 2019

    dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2017

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma’ dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4).

    (2)

    L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi proċedura għar-rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 twettaq abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet tal-2017 irrappurtata lill-Kummissjoni f’Marzu tal-2019 f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5) u fl-Anness XVI ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2017 jenħtieġ li jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami annwali kif mogħtija fir-rapporti ta’ eżami finali mfassla skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 749/2014.

    (4)

    Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha biex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta’ erba’ xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-somma totali ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2017 li ġejjin mid-data kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

    (2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


    ANNESS

    Stat Membru

    L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2017 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

    (f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

    Il-Belġju

    70 824 562

    Il-Bulgarija

    26 526 793

    Iċ-Ċekja

    62 395 184

    Id-Danimarka

    32 676 908

    Il-Ġermanja

    466 857 281

    L-Estonja

    6 205 022

    L-Irlanda

    43 828 744

    Il-Greċja

    45 445 291

    Spanja

    201 107 413

    Franza

    352 795 706

    Il-Kroazja

    16 669 301

    L-Italja

    270 145 340

    Ċipru

    4 270 890

    Il-Latvja

    9 243 088

    Il-Litwanja

    14 132 498

    Il-Lussemburgu

    8 743 461

    L-Ungerija

    43 141 883

    Malta

    1 428 480

    In-Netherlands

    102 326 628

    L-Awstrija

    51 651 769

    Il-Polonja

    211 506 734

    Il-Portugall

    40 186 365

    Ir-Rumanija

    75 363 245

    Is-Slovenja

    10 881 767

    Is-Slovakkja

    21 249 803

    Il-Finlandja

    30 062 237

    L-Iżvezja

    32 530 542

    Ir-Renju Unit

    332 050 822


    Top