This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2002
Commission Implementing Decision (EU, Euratom) 2019/2002 of 28 November 2019 as regards the authorisation for Bulgaria to continue to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base in respect of international transport of passengers until the end of 2023 (notified under document C(2019)8590) (Only the Bulgarian text is authentic)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/2002 tat-28 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Bulgarija biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri sa tmiem l-2023 (notifikata bid-dokument C(2019) 8590) (It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2019/2002 tat-28 ta’ Novembru 2019 fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Bulgarija biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri sa tmiem l-2023 (notifikata bid-dokument C(2019) 8590) (It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
C/2019/8590
ĠU L 310, 2.12.2019, pp. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2019/2002
tat-28 ta’ Novembru 2019
fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-Bulgarija biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri sa tmiem l-2023
(notifikata bid-dokument C(2019) 8590)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 390a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), il-Bulgarija tista’, skont il-kondizzjonijiet li japplikaw f’dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-trasport internazzjonali tal-passiġġieri, kif imsemmi fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tapplika fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fil-31 ta’ Diċembru 2006. Skont dak l-Artikolu, dawk it-tranżazzjonijiet iridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/4/UE , Euratom (3), il-Bulgarija ġiet awtorizzata biex fost l-oħrajn tuża estimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fil-punt 10 tal-parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2018. |
(3) |
Fl-ittra tagħha tal-4 ta’ April 2019, il-Bulgarija talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tkompli tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Bulgarija ma tistax tagħmel il-kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri. Kalkolu bħal dan x’aktarx li jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat meta wieħed iqis l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijet fuq il-bażi totali tal-Bulgarija tar-riżorsi proprji tal-VAT. Il-Bulgarija hi fil-pożizzjoni li tagħmel kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-Bulgarija tkun awtorizzata tkompli tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża stimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri. |
(4) |
Għal fini ta’ trasparenza u ċertezza legali huwa xieraq li jkun hemm limitu ta’ żmien għall-applikabbiltà tal-awtorizzazzjonijiet. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-Bulgarija hija awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri kif imsemmi f’punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/4/UE, Euratom tat-22 ta’ Diċembru 2009 li tawtorizza lill-Bulgarija biex tuża l-istatistika tas-snin aktar bikrija mis-sena ta’ qabel tal-aħħar, u biex tuża certi estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 3, 7.1.2010, p. 17).