This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1999
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1999 of 28 November 2019 amending Decision 2005/51/EC as regards the period during which soil contaminated by pesticides or persistent organic pollutants may be introduced into the Union for decontamination purposes (notified under document C(2019) 8555)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1999 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, tista’ tiġi introdotta fl-Unjoni għal skopijiet ta’ dekontaminazzjoni (notifikata bid-dokument C(2019) 8555)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1999 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, tista’ tiġi introdotta fl-Unjoni għal skopijiet ta’ dekontaminazzjoni (notifikata bid-dokument C(2019) 8555)
C/2019/8555
ĠU L 310, 2.12.2019, pp. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/37 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1999
tat-28 ta’ Novembru 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perjodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, tista’ tiġi introdotta fl-Unjoni għal skopijiet ta’ dekontaminazzjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 8555)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, flimkien mal-punt 14 tal-Parti A tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħamrija li toriġina f’ċertu pajjiżi terzi hija pprojbita. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE (2) l-Istati Membri kienu temporanjament awtorizzati li jipprevedu deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet, soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi, fir-rigward ta’ ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, meta tkun importata għal finijiet ta’ dekontaminazzjoni u destinata għat-trattament f’inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż. |
|
(3) |
Skont l-Anness tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, l-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni kull sena bid-dettalji ta’ kull introduzzjoni ta’ ħamrija fit-territorju tagħhom kif imsemmi fil-punt 3 ta’ dak l-Anness. |
|
(4) |
Xi Stati Membri talbu estensjoni tal-awtorizzazzjoni biex jipprevedu dik id-deroga. F’dan ir-rigward, min-notifiki ppreżentati mill-Istati Membri skont id-Deċiżjoni 2005/51/KE, jidher li, meta jsir użu minn dik id-deroga, il-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati f’din id-Deċiżjoni hija biżżejjed biex timpedixxi l-introduzzjoni ta’ organiżmi perikolużi fl-Unjoni. Konsegwentement, ma hemm l-ebda riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-attivitajiet koperti minn dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Huwa għalhekk xieraq li d-deroga tiġi estiża għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2005/51/KE tiġi emendata kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni 2005/51/KE
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/51/KE, id-data “il-31 ta’ Diċembru 2019” tiġi sostitwita bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2024”.
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE tal-21 ta’ Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-importazzjoni tal-ħamrija kkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta’ dekontaminazzjoni (ĠU L 21, 25.1.2005, p. 21).