Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1991

    Deċiżjoni Tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/1991 tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-KosovoDan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/2/2019)

    ST/13868/2019/INIT

    ĠU L 308, 29.11.2019, p. 105–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/06/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1991/oj

    29.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 308/105


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2019/1991

    tat-28 ta’ Novembru 2019

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/2/2019)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fit-8 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/856 (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u testendi t-tul ta’ żmien ta’ EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2020.

    (3)

    Fid-29 ta’ Mejju 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/908 (3), li testendi l-mandat tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta’ Ġunju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019, bil-fehim li din kienet estensjoni temporanja sakemm jinħatar Kap tal-Missjoni ġdid.

    (4)

    Fis-6 ta’ Novembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2019 sal-14 ta’ Ġunju 2020.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/908 titħassar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2019 sal-14 ta’ Ġunju 2020.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/908 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 tat-8 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 146, 11.6.2018, p. 5).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/908 tad-29 ta’ Mejju 2019 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2019) (ĠU L 145, 4.6.2019, p. 19).


    Top