Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1864

    Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2019/1864 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar

    ST/12481/2019/INIT

    ĠU L 289, 8.11.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1864/oj

    8.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 289/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1864

    tal-24 ta’ Ottubru 2019

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fis-6 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (“GATT”) tal-1994 dwar kumpens adegwat wara d-deċiżjoni tal-Iżvizzera li timmodifika l-konċessjoni tariffarja fl-Iskeda LIX – L-Iżvizzera - Il-Liechtenstein għal “laħam imħawwar mhux ippreparat mod ieħor”.

    (2)

    In-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-17 ta’ Lulju 2019.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna esklużivament il-politika kummerċjali tal-Unjoni u timplimenta ftehim wara n-negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, dritt tal-Unjoni skont il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-kuntest ta’ negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO lill-Iżvizzera fir-rigward ta’ laħam imħawwar huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa sabiex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.-K. PEKONEN


    (1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top