Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1722

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1722 tal-14 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

    ST/12163/2019/INIT

    ĠU L 262, 15.10.2019, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1722/oj

    15.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/66


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1722

    tal-14 ta’ Ottubru 2019

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta' Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544.

    (2)

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tapplika sas-16 ta' Ottubru 2019. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sas-16 ta' Ottubru 2020.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta' Ottubru 2020. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.


    Top