Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1598

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1598 tas-26 ta' Settembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/638 li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith) (notifikata bid-dokument C(2019) 6818)

    C/2019/6818

    ĠU L 248, 27.9.2019, p. 86–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1134

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1598/oj

    27.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/86


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1598

    tas-26 ta' Settembru 2019

    li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/638 li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith)

    (notifikata bid-dokument C(2019) 6818)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 (2) tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith) (“l-organiżmu speċifikat”), li fil-punt 22 tat-Taqsima I(a) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE, huwa elenkat bħala organiżmu ta' ħsara mhux magħruf li jseħħ fl-Unjoni.

    (2)

    Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/638, l-organiżmu speċifikat ġie introdott fl-Asja, fejn qed ikompli jinxtered. Minħabba t-tixrid rapidu, l-ambitu ġeografiku speċifikat fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/638, jenħtieġ li jitwessa' biex jinkludi l-pajjiżi terzi kollha, peress li ma hemm l-ebda ċertezza fir-rigward tat-tixrid ta' dak l-organiżmu madwar id-dinja.

    (3)

    Minħabba l-pass tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat, id-data tal-iskadenza tal-miżuri ta' emerġenza jenħtieġ li tiġi estiża sat-30 ta' Ġunju 2021 biex tippermetti r-rieżami tiegħu qabel dak iż-żmien.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta' Ottubru 2019 sabiex il-korpi uffiċjali responsabbli, l-operaturi professjonali u l-pajjiżi terzi kkonċernati jkunu jistgħu jadattaw għal dawk ir-rekwiżiti.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/638 tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/638 hija emendata kif ġej:

    (1)

    Il-punt (b) tal-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    ‘pjanti speċifikati’ tfisser il-frott tal-Capsicum L., Momordica L., tas-Solanum aethiopicum L., tas-Solanum macrocarpon L. u tas-Solanum melongena L., u l-pjanti, minbarra t-trab tad-dakra ħaj, il-kulturi tat-tessut tal-pjanti, iż-żerriegħa u l-ħbub taż-Zea mays L. li joriġinaw mill-pajjiżi terzi apparti l-Iżvizzera;”

    (2)

    It-test tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2021.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2019.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 tat-23 ta' April 2018 li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith) (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 31).


    Top