Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1591

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/1591 tad-19 ta' Settembru 2019 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2019)

    ST/11476/2019/INIT

    ĠU L 248, 27.9.2019, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1591/oj

    27.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/65


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/1591

    tad-19 ta' Settembru 2019

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2019)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

    (2)

    Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1633 (2) biex ħatar lis-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Nestor, li kien l-isem oriġinali tal-EUCAP Somalia.

    (3)

    Fl-10 ta' Diċembru 2018, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 (3) estendiet il-mandat tal-EUCAP Somalia sal-31 ta' Diċembru 2020.

    (4)

    Fit-18 ta' Diċembru 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2062 (4) biex estenda l-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Somalia sal-31 ta' Awwissu 2019.

    (5)

    Fid-9 ta' Settembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Christopher REYNOLDS bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Somalia mill-10 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Christopher REYNOLDS huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) mill-10 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-10 ta' Settembru 2019.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2019.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    S. FROM-EMMESBERGER


    (1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1633 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (EUCAP NESTOR/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 8).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1942 tal-10 ta' Diċembru 2018 li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 56).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/2062 tat-18 ta' Diċembru 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/1/2018) (ĠU L 329, 27.12.2018, p. 24).


    Top