EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1569

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1569 tas-16 ta' Settembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim

ST/11097/2019/INIT

ĠU L 242, 20.9.2019, p. 3–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1569/oj

20.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1569

tas-16 ta' Settembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli ( “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 6 tal-Ftehim jipprevedi t-twaqqif ta' Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (“il-Kumitat”), li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(4)

Il-Kumitat għandu jadotta deċiżjoni għall-emenda tal-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim sabiex jiġu aġġornati l-kodiċijiet numeriċi tal-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda, sabiex jiġi kkoreġut żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti mingħajr għadma, u sabiex jiġu integrati fl-Anness 1 għall-Ftehim il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsubin għall-bejgħ.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat billi d-deċiżjoni prevista hija vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA D-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf permezz tal-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


DEĊIŻJONI Nru XX/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

ta' …

li temenda l-Anness 1 u 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim jelenkaw il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Konfederazzjoni Żvizzera u mill-Unjoni Ewropea (“il-Partijiet”) rispettivament.

(3)

Il-Partijiet qablu li jemendaw l-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda u żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti bla għadma. Ġie deċiż ukoll li fl-Anness 1 għall-Ftehim jiġu integrati il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsub għall-bejgħ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bit-testi li jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi … 2019.

Magħmul fi ….,

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Susana MARAZUELA-AZPIROZ

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Krisztina BENDE

Is-Segretarju tal-Kumitat

Luis QUEVEDO LEY

ANNESS

ANNESS 1

KONĊESSJONIJIET MOGĦTIJA MILL-IŻVIZZERA

Il-konċessjonijiet tariffarji indikati hawn taħt jingħataw mill-Iżvizzera għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea u, fejn applikabbli, huma soġġetti għal kwantità annwali:

Intestatura tariffarja Żvizzera

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Dazju doganali applikabbli (CHF/100 kg piż gross)

Kwantità annwali (piż nett f'tunnellati metriċi)

0101 2991

Żwiemel ħajjin (ħlief żwiemel ta' razza pura għar-razza u żwiemel għall-qatla) (għadd ta' rjus)

0,00

100 ras

0204 5010

Laħam tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

40,00

100

0207 1481

Isdra tat-tjur ta' speċijiet domestiċi, friżati

15,00

2 100

0207 1491

Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta' tjur ta' speċijiet domestiċi, inkluż il-fwied (ħlief l-isdra), friżati

15,00

1 200

0207 2781

Isdra tad-dundjani ta' speċijiet domestiċi, friżati

15,00

800

0207 2791

Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta' dundjani ta' speċijiet domestiċi, inkluż il-fwied (ħlief l-isdra), friżati

15,00

600

0207 4210

Papri ta' speċijiet domestiċi, mhux imqattgħin f'biċċiet, friżati

15,00

700

 

Fwied bix-xaħam ta' papri jew ta' wiżż ta' speċijiet domestiċi, frisk jew imkessaħ

 

 

0207 4300

ta' papri

 

 

0207 5300

ta' wiżż

9,50

20

 

Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta' papri, ta' wiżż jew ta' farawni ta' speċijiet domestiċi, friżati (ħlief fwied bix-xaħam)

 

 

0207 4591

ta' papri

 

 

0207 5591

ta' wiżż

 

 

0207 6091

ta' farawni

15,00

100

0208 1000

Laħam u ġewwieni li jittiekel ta' fniek jew ta' liebri, frisk, imkessaħ jew friżat

11,00

1 700

0208 9010

Laħam u ġewwieni li jittiekel ta' kaċċa, frisk, imkessaħ jew friżat (ħlief dawk ta' liebri u majjali tas-simna)

0,00

100

ex ex 0210 1191

Ġarretti u qatgħat tagħhom, bl-għadma, ta' majjal domestiku (ħlief tas-simna), immellħin jew fis-salmura, imnixxfin jew affumikati

 

 

ex ex 0210 1991

Ġarretti u qatgħat tagħhom, mingħajr għadma, ta' majjal domestiku (ħlief tas-simna), immellħin jew fis-salmura, imnixxfin jew affumikati

0,00

1 000  (1)

0210 2010

Laħam imnixxef ta' annimali tal-ifrat

0,00

200 (2)

 

Bajd tat-tjur, tajjeb għall-ikel, fil-qoxra

 

 

ex ex 0407 2110

ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, frisk

 

 

ex ex 0407 2910

oħrajn, frisk

 

 

ex ex 0407 9010

oħrajn, preservat jew imsajjar

47,00

150

ex ex 0409 0000

Għasel naturali tal-akaċja

8,00

200

ex ex 0409 0000

Għasel naturali, oħrajn (għajr akaċja)

26,00

50

0602 1000

Biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq

0,00

bla limitu

 

Pjanti salvaġġi tal-frott bi żrieragħ irqaq (pips) (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva):

 

 

0602 2011

imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 2019

imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta' madwarhom

 

 

0602 2021

mhux imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 2029

mhux imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta' madwarhom

0,00

 (3)

 

Pjanti salvaġġi tal-frott bl-għadam (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva):

 

 

0602 2031

imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 2039

imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta' madwarhom

 

 

0602 2041

mhux imlaqqmin, bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 2049

mhux imlaqqmin, bl-għeruq u bil-ħamrija ta' madwarhom

0,00

 (3)

 

Pjanti għajr salvaġġi tal-frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva), bi frott li jittiekel:

 

 

0602 2051

bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 2059

oħrajn għajr bl-għeruq mikxufin

0,00

bla limitu

 

Siġar, arbuxelli u buxxijiet, li jagħmlu frott li jittiekel, bl-għeruq mikxufin:

 

 

0602 2071

ta' frott bi żrieragħ irqaq (pips)

 

 

0602 2072

ta' frott bl-għadam

0,00

 (3)

0602 2079

oħrajn għajr ta' frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam

0,00

bla limitu

 

Siġar, arbuxelli u buxxijiet, li jagħmlu frott li jittiekel, bl-għeruq u bil-ħamrija ta' madwarhom:

 

 

0602 2081

ta' frott bi żrieragħ irqaq (pips)

 

 

0602 2082

ta' frott bl-għadam

0,00

 (3)

0602 2089

oħrajn għajr ta' frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam

0,00

bla limitu

0602 3000

Rododendri u ażalej, imlaqqmin jew le

0,00

bla limitu

 

Ward, imlaqqmin jew le:

 

 

0602 4010

ward salvaġġ u xkuk tal-ward salvaġġ

 

 

 

oħrajn għajr ward salvaġġ u xkuk tal-ward salvaġġ:

 

 

0602 4091

bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 4099

oħrajn għajr bl-għeruq mikxufin, bl-għeruq u l-ħamrija ta' madwarhom

0,00

bla limitu

 

Pjanti (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva) ta' speċijiet utli; spawn għall-faqqiegħ:

 

 

0602 9011

pjanti ta' ħxejjex u ħaxix f'tubi

 

 

0602 9012

spawn għall-faqqiegħ

 

 

0602 9019

oħrajn għajr pjanti ta' ħxejjex, ħaxix f'tubi u spawn għall-faqqieħ

0,00

bla limitu

 

Pjanti ħajjin oħra (inkluż l-għeruq):

 

 

0602 9091

bl-għeruq mikxufin

 

 

0602 9099

oħrajn għajr bl-għeruq mikxufin, bl-għeruq u l-ħamrija ta' madwarhom

0,00

bla limitu

0603 1110

Ward, maqtugħ, għal bukketti jew għat-tiżjin, frisk, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru

 

 

0603 1210

Radanċi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru

 

 

0603 1310

Orkidej, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru

 

 

0603 1410

Kriżantemi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru

 

 

0603 1510

Ġilji (Lilium spp.), maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru

 

 

 

Fjuri u blanzuni ta' fjuri oħrajn, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru:

 

 

0603 1911

tal-injam

 

 

0603 1918

– –

oħrajn għajr tal-injam

0,00

1 000

0603 1230

Radanċi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April

0,00

bla limitu

0603 1330

Orkidej, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

0603 1430

Kriżantemi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

0603 1530

Lis (Lilium spp.), maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

0603 1930

Tulipani maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

 

Fjuri u blanzuni ta' fjuri oħrajn, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April:

 

 

0603 1931

tal-injam

 

 

0603 1938

oħrajn għajr tal-injam

0,00

bla limitu

 

Tadam, frisk jew imkessaħ:

 

 

0702 0010

tadam ċiras (cherry):

mill-21 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

0702 0020

tadam Peretti (tawwali):

mill-21 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

0702 0030

tadam ieħor b'dijametru ta' 80 mm jew aktar (beef tomatoes):

mill-21 ta' Ottubru sat-30 ta' April

 

 

0702 0090

oħrajn:

mill-21 ta' Ottubru sat-30 ta' April

0,00

10 000

 

Ħass ikkabuċċjat mingħajr werqa fuq barra:

 

 

0705 1111

mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Frar

0,00

2 000

 

Ċikwejra tat-tip Witloof friska jew imkessħa:

 

 

0705 2110

mill-21 ta' Mejju sat-30 ta' Settembru

0,00

2 000

0707 0010

Ħjar għall-insalata, mill-21 ta' Ottubru sal-14 ta' April

5,00

200

0707 0030

Ħjar tal-pikles, b'tul > 6 cm iżda ≤ 12 cm, frisk jew imkessaħ, mill-21 ta' Ottubru sal-14 ta' April

5,00

100

0707 0031

Ħjar tal-pikles, b'tul > 6 cm iżda ≤ 12 cm, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' April sat-20 ta' Ottubru

5,00

2 100

0707 0050

Gherkins friski jew imkessħin

3,50

800

 

Brunġiel, frisk jew imkessaħ:

 

 

0709 3010

mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

0,00

1 000

0709 5100

0709 5900

Faqqiegħ, frisk jew imkessaħ, tal-ġens Agaricus jew oħrajn, għajr tartuf

0,00

bla limitu

 

Bżar, frisk jew imkessaħ:

 

 

0709 6011

mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Marzu

2,50

bla limitu

0709 6012

Bżar frisk jew imkessaħ mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru

5,00

1 300

 

Qarabagħli (inkluż il-fjuri tal-qarabagħli), frisk jew imkessaħ:

 

 

0709 9950

mill-31 ta' Ottubru sad-19 ta' April

0,00

2 000

ex ex 0710 8090

Faqqiegħ, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat

0,00

bla limitu

0711 9090

Veġetali u taħlit ta' veġetali, preservati provviżjonalment (eż. bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għal konsum immedjat

0,00

150

0712 2000

Basal, imnixxef, imqattgħin jew fi flieli jew f'biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar

0,00

100

0713 1011

Piżelli (Pisum sativum), imnixxfin, imqaxxrin, fi ħbub sħaħ, mhux ipproċessati, għall-għalf tal-annimali

Rifużjoni ta' CHF 0,90 fuq id-dazju applikat

1 000

0713 1019

Piżelli (Pisum sativum), imnixxfin, imqaxxrin, fi ħbub sħaħ, mhux ipproċessati (għajr dawk għall-għalf tal-annimali, għal użi tekniċi jew għall-produzzjoni tal-birra)

0,00

1 000

 

Ġellewż (Corylus spp.), frisk jew imnixxef:

 

 

0802 2190

fil-qoxra, għajr għall-għalf tal-annimali jew għall-estrazzjoni taż-żejt

 

 

0802 2290

bla qoxra, għajr għall-għalf tal-annimali jew għall-estrazzjoni taż-żejt

0,00

bla limitu

0802 3290

Ġewż

0,00

100

ex ex 0802 9090

Ġewż tal-arżnu, frisk jew imnixxef

0,00

bla limitu

0805 1000

Larinġ, frisk jew imnixxef

0,00

bla limitu

 

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); klementina, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru, friski jew imnixxfin

 

 

0805 2100

mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas)

0,00

bla limitu

0805 2200

klementin

0,00

bla limitu

0805 2900

oħrajn

0,00

bla limitu

0807 1100

Dulliegħ frisk

0,00

bla limitu

0807 1900

Bettieħ, frisk, għajr dulliegħ

0,00

bla limitu

 

Berquq, frisk, f'pakketti miftuħa:

 

 

0809 1011

mill-1 ta' Settembru sat-30 ta' Ġunju

 

 

0809 1091

f'pakketti oħra:

mill-1 ta' Settembru sat-30 ta' Ġunju

0,00

2 100

0809 4013

Għanbaqar, frisk, f'pakketti miftuħa, mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru

0,00

600

0810 1010

Frawli, friski, mill-1 ta' Settembru sal-14 ta' Mejju

0,00

10 000

0810 1011

Frawli, friski, mill-15 ta' Mejju sal-31 ta' Awwissu

0,00

200

0810 2011

Lampun, frisk, mill-1 ta' Ġunju sal-14 ta' Settembru

0,00

250

0810 5000

Kiwi, frisk

0,00

bla limitu

ex ex 0811 1000

Frawli, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, friżati, mingħajr żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, mhux f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut, maħsubin għall-użu industrijali

10,00

1 000

ex ex 0811 2090

Lampun, tut jew ċawsli, loganberries u passolina sewda, bajda jew ħamra, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, mingħajr żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, mhux f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut, maħsubin għall-użu industrijali

10,00

1 200

0811 9010

Foxberries, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha

0,00

200

0811 9090

Frott tajjeb għall-ikel, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha (għajr frawli, lampun, tut jew ċawsli, loganberries, passolina sewda, bajda jew ħamra, foxberries u frott tropikali)

0,00

1 000

0904 2200

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun

0,00

150

0910 2000

Żagħfran

0,00

bla limitu

 

Qamħ u meslin [għajr il-qamħ durum], għall-għalf tal-annimali

 

 

1001 9931

li jinkludi ċereali oħra tal-kapitolu 10

 

 

1001 9939

oħrajn

Rifużjoni ta' CHF 0,60 fuq id-dazju applikat

50 000

 

Qamħirrum għall-għalf tal-annimali

 

 

1005 9031

li jinkludi ċereali oħra tal-kapitolu 10

 

 

1005 9039

oħrajn

Rifużjoni ta' CHF 0,50 fuq id-dazju applikat

13 000

 

Żejt taż-żebbuġa, verġni, għajr għall-għalf tal-annimali:

 

 

1509 1091

f'kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri

60,60 (4)

bla limitu

1509 1099

f'kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri, jew f'kontenituri oħra

86,70 (4)

bla limitu

 

Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament, għajr għall-għalf tal-annimali:

 

 

1509 9091

f'kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri

60,60 (4)

bla limitu

1509 9099

f'kontenituri tal-ħġieġ li ma jesgħux iktar minn 2 litri, jew f'kontenituri oħra

86,70 (4)

bla limitu

ex ex 0210 1991

Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f'bużżieqa jew f'musrana artifiċjali (“prieżet f'bużżieqa”)

 

 

ex ex 0210 1991

Biċċa laħam ħoxna, bla għadam, iffumikata (“prieżet fis-salmura”)

 

 

ex ex 0210 1991

ex ex 1602 4910

Qnieżaħ tal-majjal fis-salmura jew imnixxef bl-ajra, sħiħ, f'biċċiet jew fi ftieti rqaq (“Coppa”)

 

 

1601 0011

1601 0021

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet alimentari abbażi ta' dawn il-prodotti tal-annimali tal-intestaturi 0101 sa 0104 , ħlief tas-simna

0,00

3 715

 

Tadam, sħiħ jew f'biċċiet, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku:

 

 

2002 1010

2002 1020

f'kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

f'kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

2,50

4,50

bla limitu

bla limitu

 

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, għajr sħaħ jew f'biċċiet:

 

 

2002 9010

f'kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

0,00

bla limitu

2002 9021

Polpa, purè u konċentrat tat-tadam, f'kontenituri siġillati eremetikament, b'kontenut ta' materjal xott ta' 25 % jew aktar fil-piż, magħmulin minn tadam u ilma, biż-żieda jew le ta' melħ jew ħwawar oħra, f'kontenituri li ma jesgħux aktar minn 5 kg

0,00

bla limitu

2002 9029

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, għajr sħaħ jew f'biċċiet, u għajr polpa, purè u konċentrat tat-tadam:

 

 

 

f'kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

0,00

bla limitu

2003 1000

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

0,00

1 700

 

Qaqoċċ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 :

 

 

ex ex 2004 9018

f'kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

17,50

bla limitu

ex ex 2004 9049

f'kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

24,50

bla limitu

 

Asparagu ppreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 :

 

 

2005 6010

f'kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

 

 

2005 6090

f'kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

0,00

bla limitu

 

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 :

 

 

2005 7010

f'kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

 

 

2005 7090

f'kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

0,00

bla limitu

 

Kappar ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 :

 

 

ex ex 2005 9911

f'kontenituri li jesgħu iktar minn 5 kg

17,50

bla limitu

ex ex 2005 9941

f'kontenituri li ma jesgħux iktar minn 5 kg

24,50

bla limitu

2008 3090

Frott taċ-ċitru, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar

0,00

bla limitu

2008 5010

Polpa tal-berquq, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, li ma hija speċifikata jew inkluża mkien aktar

10,00

bla limitu

2008 5090

Berquq, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar

15,00

bla limitu

2008 7010

Polpa tal-ħawħ, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, li ma hija speċifikata jew inkluża mkien aktar

0,00

bla limitu

2008 7090

Ħawħ, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar

0,00

bla limitu

 

Meraq ta' kull frotta taċ-ċitru għajr il-larinġ, il-grapefruit jew il-pomelo, mhux iffermentat, mingħajr spirtu miżjud:

 

 

ex ex 2009 3919

mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, ikkonċentrat

6,00

bla limitu

ex ex 2009 3920

biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, ikkonċentrat

14,00

bla limitu

 

Inbejjed tad-deżerta, speċjalitajiet u mistelles f'kontenituri:

 

 

2204 2150

li ma jesgħux aktar minn 2 litri (5)

8,50

bla limitu

2204 2250

li jesgħu aktar minn 2 litri, iżda mhux aktar minn 10 litri (5)

8,50

bla limitu

2204 2960

li jesgħu aktar minn 10 litri (5)

8,50

bla limitu

ex ex 2204 2150

Porto, f'kontenituri li ma jesgħux aktar minn 2 litri, skont id-deskrizzjoni f' (6)

0,00

1 000

 

Retsina (inbid abjad Grieg), skont id-deskrizzjoni f' (7)

 

 

ex ex 2204 2121

f'kontenituri li ma jesgħux aktar minn 2 litri

 

 

 

f'kontenituri li jesgħu aktar minn 2 litri iżda ma jesgħux aktar minn 10 litri, b'qawwa alkoħolika skont il-volum:

 

 

ex ex 2204 2221

– –

ta' aktar minn 13 % vol.

 

 

ex ex 2204 2222

– –

ta' mhux aktar minn 13 % vol.

 

 

 

f'kontenituri li jesgħu aktar minn 10 litri, b'qawwa alkoħolika skont il-volum:

 

 

ex ex 2204 2923

– –

ta' aktar minn 13 % vol.

 

 

ex ex 2204 2924

– –

ta' mhux aktar minn 13 % vol.

0,00

500

 

Ikel għall-klieb jew għall-qtates, maħsubin għall-bejgħ bl-imnut f'kontenituri siġillati ermetikament;

 

 

2309 1021

li fih trab tal-ħalib jew xorrox

 

 

2309 1029

oħrajn

0,00

6 000  (8)

ANNESS 2

KONĊESSJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Il-konċessjonijiet tariffarji indikati hawn taħt jingħataw mill-Komunità Ewropea għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Iżvizzera u, fejn applikabbli, huma soġġetti għalkwantità annwali:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Dazju doganali applikabbli (EUR/100 kg piż nett)

Kwantità annwali (piż nett f'tunnellati metriċi)

0102 29 41

0102 29 49

0102 29 51

0102 29 59

0102 29 61

0102 29 69

0102 29 91

0102 29 99

ex 0102 39 10

ex 0102 90 91

Annimali tal-ifrat ħajjin b'piż ta' aktar minn 160 kg

0,00

4 600 ras

ex 0210 20 90

Laħam ta' annimali tal-ifrat, bla għadma, imnixxef

0,00

1 200

ex 0401 40 10

0401 40 90

0401 50 11

0401 50 19

0401 50 31

0401 50 39

0401 50 91

0401 50 99

Krema, b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' aktar minn 6 %

0,00

2 000

0403 10

Jogurt

0402 29 11

ex 0404 90 83

Ħalib speċjali, għal trabi, f'kontenituri ssiġillati ermetikament b'kontenut nett mhux aktar minn 500 g, b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' aktar minn 10 % (9)

43,80

bla limitu

0602

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ

0,00

bla limitu

0603 11 00

0603 12 00

0603 13 00

0603 14 00

0603 15 00

0603 19

Fjuri u blanzuni ta' fjuri, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski

0,00

bla limitu

0701 10 00

Patata, bħala żerriegħa, friska jew imkessħa

0,00

4 000

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

0,00 (10)

1 000

0703 10 19

0703 90 00

Basal, għajr bħala żerriegħa

Kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin

0,00

5 000

0704 10 00

0704 90

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, għajr Brussels sprouts, friski jew imkessħin

0,00

5 500

0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

0,00

3 000

0706 10 00

Karrotti u turnips (xorta ta' Brassica), friski jew imkessħin

0,00

5 000

0706 90 10

0706 90 90

Pitravi tal-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta' krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, għajr l-għerq tal-mustarda (Cochlearia armoracia), friski jew imkessħin

0,00

3 000

0707 00 05

Ħjar, frisk jew imkessaħ

0,00 (10)

1 000

0708 20 00

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.), friska jew imkessħa

0,00

1 000

0709 30 00

Brunġiel, frisk jew imkessaħ

0,00

500

0709 40 00

Krafes, għajr is-celeriac (xorta ta' krafes), friski jew imkessħin

0,00

500

0709 51 00

0709 59

Faqqiegħ u tartuf, frisk jew imkessaħ

0,00

bla limitu

0709 70 00

Spinaċi, spinaċi ta' New Zealand u spinaċi tal-ġonna (orache), friski jew imkessħin

0,00

1 000

0709 99 10

Veġetali għall-insalata, ħlief ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

0,00

1 000

0709 99 20

Pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun, friski jew imkessħin

0,00

300

0709 99 50

Bużbież, frisk jew imkessaħ

0,00

1 000

0709 93 10

Qarabagħli, frisk jew imkessaħ

0,00 (10)

1 000

0709 93 90

0709 99 90

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin

0,00

1 000

0710 80 61

0710 80 69

Faqqiegħ, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat

0,00

bla limitu

0712 90

Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, inkluż miksuba minn veġetali msajrin minn qabel, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, għajr il-basal, il-faqqiegħ u t-tartuf

0,00

bla limitu

ex 0808 10 80

Tuffieħ, għajr tuffieħ tas-sidru, frisk

0,00 (10)

3 000

0808 30

0808 40

Lanġas, frisk u sfarġel, frisk

0,00 (10)

3 000

0809 10 00

Berquq, frisk

0,00 (10)

500

0809 29 00

Ċirasa, għajr ċirasa qarsa (Prunus cerasus), friska

0,00 (10)

1 500  (11)

0809 40

Għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski

0,00 (10)

1 000

0810 10 00

Frawli

0,00

200

0810 20 10

Lampun, frisk

0,00

100

0810 20 90

Tut, ċawsli u loganberries, friski

0,00

100

1106 30 10

Dqiq, pasta u trab tal-banana

0,00

5

1106 30 90

Dqiq, pasta u trab ta' frott ieħor tal-kapitolu 8

0,00

bla limitu

ex 0210 19 50

Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f'bużżieqa jew f'musrana artifiċjali

0,00

1 900

ex 0210 19 81

Biċċa laħam ħoxna, bla għadam, iffumikata

ex 0210 19 81

ex 1602 49 19

Qnieżaħ tal-majjal fis-salmura jew imnixxef bl-ajra, sħiħ, f'biċċiet jew fi ftieti rqaq

ex 1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparamenti alimentari abbażi ta' dawn il-prodotti tal-annimali tal-intestaturi 0101 sa 0104 , ħlief tas-simna

ex 2002 90 91

ex 2002 90 99

Trab tat-tadam, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

2003 90 90

Faqqiegħ, għajr tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

0,00

bla limitu

0710 10 00

Patata, mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata

 

 

2004 10 10

2004 10 99

Patata ppreparata jew ippreservata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżata, għajr prodotti tal-intestatura 2006 : ħlief f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur

 

 

2005 20 80

Patata ppreparata jew ippreservata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżata, għajr prodotti tal-intestatura 2006 , ħlief il-preparamenti f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur, u l-preparamenti fi flieli rqaq, moqlijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kemm jekk le, ġo ppakkjar issiġillat ermetikament, tajbin għal konsum immedjat

0,00

3 000

ex 2005 91 00

ex 2005 99

Trab ippreparat tal-veġetali jew taħlit ta' veġetali, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

ex 2008 30

Qxur u trab tal-frott taċ-ċitru, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

ex 2008 40

Qxur u trab tal-lanġas, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

ex 2008 50

Qxur u trab tal-berquq, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

2008 60

Ċirasa, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, kemm jekk fiha zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma hija speċifikata jew inkluża imkien aktar

0,00

500

ex 0811 90 19

ex 0811 90 39

Ċirasa, nejja jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata, biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor li jagħmel ħelu

0811 90 80

Ċirasa ħelwa, nejja jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata, mingħajr żieda ta' zokkor jew ta' materjal ieħor li jagħmel ħelu

ex 2008 70

Qxur u trab tal-ħawħ, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

ex 2008 80

Qxur u trab tal-frawli, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

ex 2008 99

Qxur u trab ta' frott ieħor, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12)

0,00

bla limitu

ex 2009 19

Trab tal-meraq tal-larinġ, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0,00

bla limitu

ex 2009 21 00

ex 2009 29

Trab tal-meraq tal-grapefruit, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0,00

bla limitu

ex 2009 31

ex 2009 39

Trab tal-meraq ta' frott ieħor taċ-ċitru, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0,00

bla limitu

ex 2009 41

ex 2009 49

Trab tal-meraq tal-ananas, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0,00

bla limitu

ex 2009 71

ex 2009 79

Trab tal-meraq tat-tuffieħ, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0,00

bla limitu

ex 2009 81

ex 2009 89

Trab tal-meraq ta' kwalunkwe frott jew ħaxix ieħor, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha

0,00

bla limitu


(1)  Inkluż 480 tunnellata għall-prieżet ta' Parma u ta' San Daniele, skont l-iskambju ta' ittri bejn l-Iżvizzera u l-KE tal-25 ta' Jannar 1972.

(2)  Inkluż 170 tunnellata ta' Bresaola, skont l-iskambju ta' ittri bejn l-Iżvizzera u l-KE tal-25 ta' Jannar 1972.

(3)  Fil-limiti ta' kwota annwali globali ta' 60 000 pjanta.

(4)  Inkluż il-kontribuzzjoni għall-fond ta' garanzija għal ħżin obbligatorju.

(5)  Huma koperti biss il-prodotti fit-tifsira tal-Anness 7 għall-Ftehim.

(6)  Deskrizzjoni: inbid “Porto” tfisser inbid ta' kwalità prodott fir-reġjun iddeterminat fil-Portugal li jġorr l-istess isem fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(7)  Deskrizzjoni: inbid “Retsina” tfisser inbid tal-mejda fit-tifsira tad-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija fl-Anness VII, il-punt A.2 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

(8)  Konċessjoni mogħtija mill-Iżvizzera lill-Komunità Ewropea skont l-iskambju ta' ittri tat-30 ta' Ġunju 1996.

(9)  Għall-applikazzjoni ta' din is-subintestatura, “ħalib speċjali għat-trabi” tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeni u tossikoġeniċi u li fihom inqas minn 10 000 batterja aerobika li jistgħu jingħataw ħajja mill-ġdid u inqas minn żewġ batterji koliformi għal kull gramma.

(10)  Fejn rilevanti, japplika dazju speċifiku flok id-dazju minimu.

(11)  Inkluż il-1 000 tunnellata skont l-iskambju ta' ittri tal-14 ta' Lulju 1986.

(12)  Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tat-trab tal-ħxejjex u t-trab tal-frott.


Top