This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1330
European Council Decision (EU) 2019/1330 of 5 August 2019 appointing the High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy
Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1330 tal-5 ta' Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1330 tal-5 ta' Awwissu 2019 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
ST/22/2019/INIT
ĠU L 207, 7.8.2019, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (UE) 2019/1330
tal-5 ta' Awwissu 2019
li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
IL-KUNSILL EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/639/UE (1) ħatret ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sal-31 ta' Ottubru 2019. |
(2) |
Jenħtieġ li jinħatar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2024. |
(3) |
B'ittra tas-26 ta' Lulju 2019, il-President elett qabel dwar il-ħatra tas-Sur Josep BORRELL FONTELLES bħala r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. |
(4) |
F'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma soġġetti bħala grupp għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Josep BORRELL FONTELLES huwa b'dan maħtur Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għall-perijodu minn tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2024.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Josep BORRELL FONTELLES mill-President tal-Kunsill Ewropew.
Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2019.
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
D. TUSK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2014/639/UE tat-30 ta' Awwissu 2014 li taħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ĠU L 262, 2.9.2014, p. 6).