Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1299

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1299 tal-31 ta' Lulju 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/10962/2019/INIT

    ĠU L 204, 2.8.2019, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1299/oj

    2.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 204/44


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1299

    tal-31 ta' Lulju 2019

    li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-Kunsill irrieżamina l-listi ta' persuni u entitajiet deżinjati li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titneħħa mill-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, u l-entrati għal żewġ persuni jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness IV għal dik id-Deċiżjoni.

    (4)

    Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. TUPPURAINEN


    (1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


    ANNESS

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Anness II (Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)), l-entrata 1 (li tikkonċerna lil ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed) titħassar mil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni);

    (2)

    fl-Anness IV (Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)),, l-entrati 1 (li tikkonċerna lil ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed) u 14 (li tikkonċerna lil AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed) jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni).


    Top