This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1096
Council Decision (EU) 2019/1096 of 25 June 2019 on the signing, on behalf of the Union, of the Investment Protection Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and the Socialist Republic of Viet Nam, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1096 tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1096 tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra
ST/5930/2019/INIT
ĠU L 175, 28.6.2019, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1096
tal-25 ta' Ġunju 2019
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles (“FTA”) mal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN). Dik l-awtorizzazzjoni pprevediet il-possibbiltà ta' negozjati bilaterali. |
|
(2) |
Fis-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex twettaq negozjati bilaterali għal FTA ma' Stati Membri individwali tal-ASEAN. F'Ġunju 2012, il-Kummissjoni nediet negozjati bilaterali dwar FTA mal-Vjetnam li jridu jitwettqu f'konformità mad-direttivi ta' negozjati eżistenti. |
|
(3) |
Fil-15 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex testendi n-negozjati bilaterali li kienu għaddejjin mal-pajjiżi tal-ASEAN biex ikopru wkoll il-protezzjoni tal-investimenti. |
|
(4) |
In-negozjati dwar Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) ġew konklużi. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra, (il-“Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.