EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1092

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1092 tas-26 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva

ST/9827/2019/INIT

ĠU L 173, 27.6.2019, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1092/oj

27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1092

tas-26 ta' Ġunju 2019

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit- 12 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 20 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha.

(3)

Fis-27 ta' Marzu 2019, l-entità ta' implimentazzjoni, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (l-OPCW), talbet lill-Unjoni testendi t-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302. L-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' dik id-Deċiżjoni bi 12-il xahar tippermetti lill-OPCW tkompli bl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 5(2) tagħha u tilħaq l-għanijiet ppjanati tagħha.

(4)

L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t-Taqsima 6 tal-Anness tagħha.

(5)

Kif imsemmi speċifikament fit-talba tal-OPCW tas-27 ta' Marzu 2019, it-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tista' titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li t-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 jiġi estiż sabiex l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(2) tagħha jkunu jistgħu jkomplu jiġu implimentati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Hija għandha tiskadi 32 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.”.

(2)

It-test tal-Taqsima 6 tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Tul ta' żmien stmat

It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst għal 32 xahar.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G.L. GAVRILESCU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2302 tat-12 ta' Diċembru 2017 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 329, 12.12.2017, p. 49).


Top