This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1029
Council Decision (EU) 2019/1029 of 18 June 2019 on the position to be taken on behalf of the European Union in the relevant Committees of the United Nations Economic Commission for Europe as regards the proposals for modifications to UN Regulations Nos 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 and 145, as regards the proposals for modifications to Global Technical Regulations (GTRs) Nos 15 and 19, as regards the proposal for an amendment to Mutual Resolution M.R.2, as regards the proposal for one new UN Regulation, and as regards the proposals for amendments to the authorisations to develop GTRs
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1029 tat-18 ta' Ġunju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għalemendi għall-awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1029 tat-18 ta' Ġunju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għalemendi għall-awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
ST/9871/2019/INIT
ĠU L 167, 24.6.2019, p. 27–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1029
tat-18 ta' Ġunju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, fir-rigward tal-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u fir-rigward tal-proposti għalemendi għall-awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawk il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Revedut tal-1958”). Il-Ftehim Revedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 1998. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jikkonċerna l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2000. |
(3) |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Revedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel (“il-Kumitati rilevanti tal-UNECE”) jistgħu jadottaw, kif applikabbli, il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 14, 17, 24, 30, 44, 51, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139, 140 u 145, il-proposti għal modifiki tar-Regolamenti Tekniċi Globali (GTRs) Nri 15 u 19, il-proposti għal modifiki għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.2, il-proposta għal Regolament ġdid tan-NU, u l-proposti għal emendi għall-awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati l-GTRs (il-“megadeċiżjoni”). |
(4) |
Il-Kumitati rilevanti tal-UNECE, matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn l-24 u t-28 ta' Ġunju 2019, għandhom jadottaw megadeċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u l-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta' regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu ffittjati u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti. |
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-UNECE fir-rigward tal-adozzjoni ta' proposti għal Regolamenti tan-NU, peress li r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u kapaċi jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi. |
(6) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE 'l hawn, kulma jmur ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġislazzjoni tal-Unjoni. |
(7) |
Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li r-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew karatteristiki koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 17, 24, 30, 44, 64, 75, 78, 79, 83, 85, 90, 115, 117, 129, 138, 139 u 140 jiġu ssupplimentati u jeħtieġ li r-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU Nri 15 u 19 jiġu emendati. Barra minn hekk, jeħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolamenti tan-NU Nri 14, 51, 83, 129 u 145, u fir-Regolament Tekniku Globali 15 tan-NU, jiġu kkoreġuti. Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġu adottati rekwiżiti ġodda fir-rigward tas-Sistema Avvanzata tal-Ibbrejkjar ta' Emerġenza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Revedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-178 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn l-24 u t-28 ta' Ġunju 2019 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Revedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
Nru tar-Regolament |
Titolu tal-punt tal-aġenda |
Referenza tad-dokument (1) |
14 |
Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 6 tas-serje 07 ta' emendi għar-Regolament Nru 14 tan-NU (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/56 |
17 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 09 ta' emendi għar-Regolament Nru 17 tan-NU (Saħħa tas-sits) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/35 |
24 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 24 tan-NU (Sustanzi niġġiesa viżibbli, kejl tal-potenza tal-magni tat-tqabbid bil-kompressjoni (duħħan tad-diżil)) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/41 |
30 |
Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 30 tan-NU (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/50 |
44 |
Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament Nru 44 tan-NU (Sistemi ta' trażżin għat-tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/36 |
51 |
Proposta għar-Rettifika tas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 51 tan-NU (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/51 |
64 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 64 (Stepni għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/52 |
75 |
Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje oriġinali ta' emendi għar-Regolament Nru 75 tan-NU (Tajers tal-muturi/mopeds) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/53 |
78 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 78 (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/46 |
79 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 79 tan-NU (Tagħmir tal-istering) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/73 |
83 |
Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 06 ta' emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/42 |
83 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 07 ta' emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/43 |
83 |
Proposta għar-Rettifika 1 tas-Suppliment 8 tas-serje 07 ta' emendi għar-Regolament Nru 83 tan-NU (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/60 |
85 |
Proposta għas-Suppliment 9 tar-Regolament tan-NU Nru 85 (Kejl tal-potenza netta u l-potenza ta' 30 min.) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/44 |
90 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 90 tan-NU (Sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/47 |
115 |
Proposta għas-Suppliment 8 tar-Regolament Nru 115 tan-NU (Sistemi retroattivi tal-LPG u tas-CNG) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/45 |
117 |
Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 117 tan-NU (Ir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers, u l-istorbju fid-dawrien u l-irbit tagħhom fuq superfiċe mxarrba) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/54 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje oriġinali ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/37 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/38 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/39 |
129 |
Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/40 |
129 |
Proposta għar-Rettifika 3 tal-verżjoni oriġinali għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/58 |
129 |
Proposta għar-Rettifika 1 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 129 tan-NU (Sistemi Mtejba ta' Trażżin għat-Tfal) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/59 |
138 |
Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 138 tan-NU (Vetturi kwieti tat-trasport bit-triq) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/55 |
139 |
Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament Nru 139 tan-NU (BAS) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/48 |
140 |
Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament Nru 140 tan-NU (ESC) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/49 |
145 |
Proposta għar-Rettifika 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 145 tan-NU (Sistemi ta' ankraġġ ISOFIX, ankraġġi ISOFIX tal-irbit ta' fuq u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/57 |
Regolament ġdid tan-NU |
Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema Avvanzata ta' Bbrejkjar ta' Emerġenza (AEBS) għall-vetturi M1 U N1 |
ECE/TRANS/WP.29/2019/61 |
Nru tal-GTR |
Titolu tal-punt tal-aġenda |
Referenza tad-dokument |
15 |
Proposta għall-Emenda 5 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/62 |
15 |
Proposta għar-Rettifika tal-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. |
ECE/TRANS/WP.29/2019/66 |
|
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 1 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. |
ECE/TRANS/WP.29/2019/67 |
|
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 2 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. |
ECE/TRANS/WP.29/2019/68 |
|
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 3 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. |
ECE/TRANS/WP.29/2019/69 |
|
Proposta għar-Rettifika tal-Emenda 4 għall-GTR Nru 15 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar armonizzati fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP)); Test bil-Franċiż biss. |
ECE/TRANS/WP.29/2019/70 |
19 |
Proposta għall-Emenda 2 għall-GTR Nru 19 tan-NU (Proċeduri ta' ttestjar tal-emissjonijiet evaporattivi għall-Proċeduri ta' ttestjar armonizzati għall-vetturi ħfief (EVAP WLTP)) |
ECE/TRANS/WP.29/2019/64 |
Nru tar-Riżoluzzjoni Reċiproka |
Titolu tal-punt tal-aġenda |
Referenza tad-dokument |
M.R.2 |
Proposta għall-Emenda 1 għar-Riżoluzzjoni Reċiproka Nru 2 li fiha d-definizzjonijiet tas-sistema tal-propulsjoni tal-vetturi |
ECE/TRANS/WP.29/2019/71 |
Mixxellanji |
Titolu tal-punt tal-aġenda |
Referenza tad-dokument |
|
Awtorizzazzjoni reveduta għall-iżvilupp tal-Emenda 2 għar-Regolament Tekniku Globali Nru 16 tan-NU (Tajers) |
ECE/TRANS/WP.29/AC.3/48/Rev.1 |
|
Proposta għall-emendi għall-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp tal-GTR tan-NU dwar l-Emissjonijiet Globali tas-Sewqan Reali |
ECE/TRANS/WP.29/2019/72 |
|
Awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta' GTR ġdid tan-NU dwar id-determinazzjoni tal-potenza ta' vettura li taħdem bl-elettriku (DEVP) |
ECE/TRANS/WP.29/AC.3/53 |
(1) Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella huma disponibbli hawn http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/gen2018.html