This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0964
Council Decision (EU, Euratom) 2019/964 of 6 June 2019 appointing a member, proposed by the Republic of Austria, of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/964 tas-6 ta' Ġunju 2019 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/964 tas-6 ta' Ġunju 2019 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ST/9537/2019/INIT
ĠU L 156, 13.6.2019, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2020
13.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2019/964
tas-6 ta' Ġunju 2019
li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Wolfgang GREIF, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Sophia REISECKER, Leiterin der Abteilung Europa, Konzerne, internationale Beziehungen in der Gewerkschaft der Privatangestellten, Druck, Journalismus, Papier (GPA-djp), hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BIRCHALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).