Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0960

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/960 tas-6 ta' Ġunju 2019 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ST/9625/2019/INIT

    ĠU L 154, 12.6.2019, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/960/oj

    12.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 154/42


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/960

    tas-6 ta' Ġunju 2019

    li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

    (2)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Adriana KRNÁČOVÁ u tas-Sinjur Petr OSVALD saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Tomáš HUDEČEK, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (4)

    Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Jan MAREŠ bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Zdeněk HŘIB, Člen zastupitelstva hl. m. Prahy,

    Is-Sur Jan MAREŠ, Člen zastupitelstva statutárního města Chomutov,

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sur Martin DLOUHÝ, Člen zastupitelstva hl. m. Prahy,

    Is-Sur Jaroslav ZÁMEČNÍK, Člen zastupitelstva statutárního města Liberec.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. BIRCHALL


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


    Top