EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0948

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2019/948 tad-29 ta' Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 (EUTM Mali/1/2019)

ST/8988/2019/INIT

ĠU L 152, 11.6.2019, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2019; Imħassar b' 32019D2096

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/948/oj

11.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 152/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2019/948

tad-29 ta' Mejju 2019

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 (EUTM Mali/1/2019)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/34/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM Mali, inklużi deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUTM Mali.

(2)

Fis-6 ta' Novembru 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 (2), li taħtar lill-Brigadier Ġeneral Peter MIROW bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali.

(3)

Fl-24 ta' April 2019, l-Awstrija pproponiet il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Peter MIROW bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Mali mit-12 ta' Ġunju 2019.

(4)

Fl-24 ta' April 2019, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER.

(6)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 titħassar.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Christian HABERSATTER huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) mit-12 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1791 hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2019.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/1791 tas-6 ta' Novembru 2018 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (EUTM Mali/2/2018) (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 34).


Top