This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0870
Council Decision (CFSP) 2019/870 of 27 May 2019 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/870 tas-27 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/870 tas-27 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ST/8858/2019/INIT
ĠU L 140, 28.5.2019, pp. 90–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
28.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/870
tas-27 ta' Mejju 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li 17-il entrata inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jiġu aġġornati. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
N. HURDUC
ANNESS
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:
|
|
(2) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:
|
|
(3) |
taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “A. Persuni”:
|
|
(4) |
taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:
|
|
(5) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(6) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, titneħħa l-entrata li ġejja:
|
|
(7) |
taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(8) |
taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”, titneħħa l-entrata li ġejja:
|