This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0854
Council Decision (EU) 2019/854 of 15 April 2019 on the conclusion of the Voluntary Partnership Agreement between the European Union and the Socialist Republic of Viet Nam on forest law enforcement, governance and trade
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/854 tal-15 ta’ April 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/854 tal-15 ta’ April 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali
ST/10861/2018/INIT
ĠU L 147, 5.6.2019, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/854/oj
|
5.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/854
tal-15 ta’ April 2019
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’Mejju 2003, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Forest Law Enforcement, Governance and Trade (FLEGT): Proposal for an EU Action Plan” (L-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT): Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-UE), li għamlet appell biex jittieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam billi jiġu żviluppati ftal-UEtehimiet ta’ sħubija volontarji ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam (il-“Pjan ta’ Azzjoni tal-UE”). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE ġew adottati f’Ottubru 2003 (2) u l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar dak is-suġġett fis-7 ta’ Lulju 2005 (3), |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 (4), il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fid-19 ta’ Ottubru 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 25 tal-Ftehim. (5)
Artikolu 3
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrappreżenta lil-Unjoni fil-Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 18 tal-Ftehim.
L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar l-Implimentazzjoni bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 4
Għall-iskop tal-emendar tal-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 24 tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (6), li tapprova kwalunkwe tali emenda f’isem l-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ April 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu fit-12 ta’ Marzu 2019.
(2) ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.
(3) ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 257, 15.10.2018, p. 1).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).