This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0535
Council Decision (CFSP) 2019/535 of 29 March 2019 amending Decision (CFSP) 2015/778 on a European Union military operation in the Southern Central Mediterranean (EUNAVFOR MED operation SOPHIA)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/535 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/535 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)
ST/7696/2019/INIT
ĠU L 92, 1.4.2019, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/03/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D0471
1.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/535
tad-29 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA). |
(2) |
Fil-21 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2055 (2), li estendiet id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 sal-31 ta' Marzu 2019. |
(3) |
Fis-27 ta' Marzu 2019, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jestendi l-mandat tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA sat-30 ta' Settembru 2019. |
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 tiġi emendata kif meħtieġ. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u lanqas ma hi marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din l-operazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Għall-perijodu mill-1 ta' April 2019 sat-30 ta' Settembru 2019, l-ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni tal-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandu jkun ta' EUR 2 761 200. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.”; |
(2) |
fl-Artikolu 13, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA għandha tintemm fit-30 ta' Settembru 2019.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha ssir effettiva fl-1 ta' April 2019.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2055 tal-21 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin- Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (ĠU L 327I, 21.12.2018, p. 9).