This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0468
Council Decision (CFSP) 2019/468 of 21 March 2019 amending Decision 2011/172/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Egypt
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/468 tal-21 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu
ST/7009/2019/INIT
ĠU L 80, 22.3.2019, p. 40–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0449
22.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/468
tal-21 ta' Marzu 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu. |
(2) |
Fuq il-bażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, jenħtieġ li dawk il-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2020 u jenħtieġ li l-Anness jiġi supplimentat b'informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/172/PESK tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2020.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p.63)
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
A. Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem (u kwalunkwe psewdonimu) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
1. |
Mohamed Hosni Elsayed Mubarak |
Ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 4.5.1928 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
2. |
Suzanne Saleh Thabet |
Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 28.2.1941 Mara |
Assoċjata ma' Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, li huwa soġġett għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
3. |
Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak |
Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 26.11.1960 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
4. |
Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh |
Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 5.10.1971 Mara |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak. |
5. |
Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak |
Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 28.12.1963 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
6. |
Khadiga Mahmoud El Gammal |
Mart is-Sur Gamal Mahamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 13.10.1982 Mara |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew għal proċess ta' rkupru ta' assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak. |
15. |
Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana |
Ex-Ministru tat-Turiżmu Data tat-twelid: 20.02.1959 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
18. |
Habib Ibrahim Habib Eladli |
Ex-Ministru tal-Intern Data tat-twelid: 01.03.1938 Raġel |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-miżapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni. |
19. |
Elham Sayed Salem Sharshar |
Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli Data tat-twelid: 23.1.1963 Mara |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, u assoċjata ma' Habib Ibrahim Eladli. |
B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt il-liġi Eġizzjana:
Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
Jirriżulta mill-Artikoli 54, 97 u 98 tal-Kostituzzjoni tal-Eġittu, l-Artikoli 77, 78, 124, 199, 214, 271, 272 u 277 tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu u l-Artikoli 93 u 94 tal-Att dwar l-Avukatura tal-Eġittu (il-Liġi Nru 17 tal-1983) li d-drittijiet li ġejjin huma garantiti taħt il-liġi Eġizzjana:
— |
lil kull individwu ssuspettat jew akkużat b'reat kriminali:
|
— |
lil kull individwu akkużat b'reat kriminali:
|
Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
1. Mohamed Hosni Elsayed Mubarak
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Mubarak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
L-ewwel kawża
Fis-27 ta' Ġunju 2013, is-Sur Mubarak ġie akkużat flimkien ma' żewġ individwi oħrajn b'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi u fis-17 ta' Novembru 2013 inbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr. Fil-21 ta' Mejju 2014, dik il-Qorti kkundannat lit-tliet intimati. L-intimati kkuntestaw din is-sentenza quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni. Fit-13 ta' Jannar 2015, il-Qorti ta' Kassazzjoni annullat il-verdett u ordnat proċess mill-ġdid. Fil-proċess mill-ġdid, fl-4 u d-29 ta' April 2015, ġew ippreżentati eċċezzjonijiet bil-fomm u bil-miktub tal-partijiet. Fid-9 ta' Mejju 2015, il-Qorti Kriminali tal-Kajr ikkundannat lill-intimati, ordnat l-għoti lura tal-fondi miżapproprjati u ordnat il-ħlas ta' multa. Fl-24 ta' Mejju 2015, tressaq appell quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni. Fid-9 ta' Jannar 2016, il-Qorti ta' Kassazzjoni kkonfermat il-kundanni. Fit-8 ta' Marzu 2016, l-intimati laħqu ftehim fil-Kumitat ta' Esperti mwaqqaf bid-Digriet Nru 2873 tal-2015 tal-Prim Ministru. Dak il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri fid-9 ta' Marzu 2016. Dak il-ftehim ma tressaqx quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni għall-approvazzjoni finali mill-Prosekutur Ġenerali għaliex il-Kumitat ta' Esperti ma kienx il-kumitat kompetenti. Huwa miftuħ għall-intimati li jressqu talba għal ftehim lill-kumitat kompetenti, il-Kumitat Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi Barra mill-Pajjiż (NCRAA).
It-tieni kawża
L-investigazzjoni relatata mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Mubarak ma ġewx rispettati.
3. Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Alaa Mubarak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Ordni ta' ffriżar
Fit-28 ta' Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sur Alaa Mubarak u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-intimat, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak l-intimat. Fit-8 ta' Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta' projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-intimati għandhom id-dritt jikkuntestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta' projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sur Alaa Mubarak ma kkuntestax id-deċiżjoni tat-8 ta' Marzu 2011.
L-ewwel kawża
L-intimat ġie riferut flimkien ma' individwu ieħor lill-qorti tal-proċess (il-Qorti Kriminali tal-Kajr) fit-30 ta' Mejju 2012. Fis-6 ta' Ġunju 2013, il-Qorti bagħtet il-kawża lura lill-prosekuzzjoni pubblika għal aktar investigazzjonijiet. Wara l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet, il-kawża reġgħet ġiet riferuta lill-qorti. Fil-15 ta' Settembru 2018, il-Qorti Kriminali tal-Kajr tat sentenza li permezz tagħha: (i) talbet lill-kumitat ta' esperti li kienet ħatret jikkumplementa r-rapport espert li kien ippreżenta lill-qorti f'Lulju 2018, (ii) ordnat l-arrest tal-intimati; u (iii) talbet li l-intimati jiġu riferuti lill-Kumitat Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi Barra mill-Pajjiż (NCRAA) bil-ħsieb ta' rikonċiljazzjoni possibbli. L-intimati kkuntestaw b'suċċess l-ordni ta' arrest u, wara mozzjoni ta' skwalifika tal-bord ġudizzjarju, il-kawża ġiet riferuta lil ċirkwit ieħor tal-Qorti Kriminali biex jiġu riveduti l-merti.
It-tieni kawża
Fis-27 ta' Ġunju 2013, is-Sur Alaa Mubarak ġie akkużat flimkien ma' żewġ individwi oħrajn b'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi u fis-17 ta' Novembru 2013 inbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr. Fil-21 ta' Mejju 2014, dik il-Qorti kkundannat lit-tliet intimati. L-intimati kkuntestaw din is-sentenza quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni. Fit-13 ta' Jannar 2015, il-Qorti ta' Kassazzjoni annullat il-verdett u ordnat proċess mill-ġdid. Fil-proċess mill-ġdid, fl-4 u d-29 ta' April 2015, ġew ippreżentati eċċezzjonijiet bil-fomm u bil-miktub tal-partijiet.
Fid-9 ta' Mejju 2015, il-Qorti Kriminali tal-Kajr ikkundannat lill-intimati, ordnat l-għoti lura tal-fondi miżapproprjati u ordnat il-ħlas ta' multa. Fl-24 ta' Mejju 2015, tressaq appell quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni. Fid-9 ta' Jannar 2016, il-Qorti ta' Kassazzjoni kkonfermat il-kundanni. Fit-8 ta' Marzu 2016, l-intimati laħqu ftehim fil-Kumitat ta' Esperti mwaqqaf bid-Digriet Nru 2873 tal-2015 tal-Prim Ministru. Dan il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri fid-9 ta' Marzu 2016. Dan il-ftehim ma tressaqx quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni għall-approvazzjoni finali mill-Prosekutur Ġenerali għaliex il-Kumitat ta' Esperti ma kienx il-kumitat kompetenti. Huwa miftuħ għall-intimati li jressqu talba għal ftehim lill-kumitat kompetenti, il-Kumitat Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi Barra mill-Pajjiż (NCRAA).
It-tielet kawża
L-investigazzjoni marbuta mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni tal-fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Alaa Mubarak ma ġewx rispettati.
4. Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sinjura Rasekh ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Ordni ta' ffriżar
Fit-28 ta' Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sinjura Rasekh u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-intimat, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak l-intimat. Fit-8 ta' Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta' projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-intimati għandhom id-dritt jikkuntestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta' projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sinjura Rasekh ma kkuntestatx id-deċiżjoni tat-8 ta' Marzu 2011.
Kawża
L-investigazzjoni marbuta mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni tal-fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sinjura Rasekh ma ġewx rispettati.
5. Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Gamal Mubarak ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Ordni ta' ffriżar
Fit-28 ta' Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sur Gamal Mubarak u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-intimat, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak l-intimat. Fit-8 ta' Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta' projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-intimati għandhom id-dritt jikkuntestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta' projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sur Gamal Mubarak ma kkuntestax id-deċiżjoni tat-8 ta' Marzu 2011.
L-ewwel kawża
Is-Sur Gamal Mubarak u individwu ieħor ġew riferuti lill-qorti tal-proċess (il-Qorti Kriminali tal-Kajr) fit-30 ta' Mejju 2012. Fis-6 ta' Ġunju 2013, il-Qorti bagħtet il-kawża lura lill-prosekuzzjoni pubblika għal aktar investigazzjonijiet. Wara l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet, il-kawża reġgħet ġiet riferuta lill-qorti. Fil-15 ta' Settembru 2018, il-Qorti Kriminali tal-Kajr tat sentenza li permezz tagħha: (i) talbet lill-kumitat ta' esperti li kienet ħatret jikkumplementa r-rapport espert li kien ippreżenta lill-Qorti f'Lulju 2018, (ii) ordnat l-arrest tal-intimati; u (iii) talbet li l-intimati jiġu riferuti lill-Kumitat Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi Barra mill-Pajjiż (NCRAA) bil-ħsieb ta' rikonċiljazzjoni possibbli. L-intimati kkuntestaw b'suċċess l-ordni ta' arrest u, wara mozzjoni ta' skwalifika tal-bord ġudizzjarju, il-kawża ġiet riferuta lil ċirkwit ieħor tal-Qorti Kriminali biex jiġu riveduti l-merti.
It-tieni kawża
Fis-27 ta' Ġunju 2013, is-Sur Gamal Mubarak ġie akkużat flimkien ma' żewġ individwi oħrajn b'miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi u fis-17 ta' Novembru 2013 inbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr. Fil-21 ta' Mejju 2014, dik il-Qorti kkundannat lit-tliet intimati. L-intimati kkuntestaw din is-sentenza quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni. Fit-13 ta' Jannar 2015, il-Qorti ta' Kassazzjoni annullat il-verdett u ordnat proċess mill-ġdid. Fil-proċess mill-ġdid, fl-4 u d-29 ta' April 2015, ġew ippreżentati eċċezzjonijiet bil-fomm u bil-miktub tal-partijiet. Fid-9 ta' Mejju 2015, il-Qorti Kriminali tal-Kajr ikkundannat lill-intimati, ordnat l-għoti lura tal-fondi miżapproprjati u ordnat il-ħlas ta' multa. Fl-24 ta' Mejju 2015, tressaq appell quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni. Fid-9 ta' Jannar 2016, il-Qorti ta' Kassazzjoni kkonfermat il-kundanni. Fit-8 ta' Marzu 2016, l-intimati laħqu ftehim fil-Kumitat ta' Esperti mwaqqaf bid-Digriet Nru 2873 tal-2015 tal-Prim Ministru. Dan il-ftehim ġie approvat mill-Kabinett tal-Ministri fid-9 ta' Marzu 2016. Dan il-ftehim ma tressaqx quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni għall-approvazzjoni finali mill-Prosekutur Ġenerali għaliex il-Kumitat ta' Esperti ma kienx il-kumitat kompetenti. Huwa miftuħ għall-intimati li jressqu talba għal ftehim lill-kumitat kompetenti, il-Kumitat Nazzjonali għall-Irkupru tal-Assi Barra mill-Pajjiż (NCRAA).
It-tielet kawża
L-investigazzjoni marbuta mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni tal-fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Matul il-proċedimenti ta' investigazzjoni s-Sur Gamal Mubarak ġie interrogat. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Gamal Mubarak ma ġewx rispettati.
6. Khadiga Mahmoud El Gammal
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sinjura El Gammal ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Ordni ta' ffriżar
Fit-28 ta' Frar 2011, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni li tipprojbixxi lis-Sinjura Khadiga El Gammal u lil individwi oħrajn milli jiddisponu mill-assi u l-fondi tagħhom skont l-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-intimat, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak l-intimat. Fit-8 ta' Marzu 2011, il-Qorti Kriminali kompetenti kkonfermat l-ordni ta' projbizzjoni. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-intimati għandhom id-dritt jikkuntestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta' projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sinjura El Gammal ma kkuntestatx id-deċiżjoni tat-8 ta' Marzu 2011.
Kawża
L-investigazzjoni marbuta mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni tal-fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sinjura El Gammal ma ġewx rispettati.
15. Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Garrana ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Kawża
L-investigazzjoni marbuta mal-fatti tal-miżapproprjazzjoni tal-fondi jew assi pubbliċi għadha għaddejja. Il-Kunsill ma sab ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Garrana ma ġewx rispettati.
18. Habib Ibrahim Habib Eladli
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Eladli ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Kawża
Is-Sur Eladli ġie riferut mill-imħallef li mexxa l-investigazzjoni lill-qorti tal-proċess kompetenti fuq akkużi ta' miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi. Fis-7 ta' Frar 2016, il-Qorti ddeċidiet li l-assi tas-Sur Eladli, tal-konjuġi tiegħu u tal-iben minorenni tiegħu għandhom jiġu ffriżati. Skont dik id-deċiżjoni tal-Qorti, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni ta' ffriżar fl-10 ta' Frar 2016 f'konformità mal-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-intimat, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak l-intimat. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-intimati għandhom id-dritt jikkuntestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta' projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Fil-15 ta' April 2017, il-Qorti kkundannat lill-intimat. L-intimat ikkontesta din is-sentenza quddiem il-Qorti ta' Kassazzjoni, li annullat il-verdett fil-11 ta' Jannar 2018 u ordnat proċess mill-ġdid. Il-proċess mill-ġdid għadu għaddej.
19. Elham Sayed Salem Sharshar
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sinjura Sharshar ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li fuq il-bażi tagħhom iddeċieda l-Kunsill. Dan jidher b'mod partikolari kif ġej:
Ordni ta' ffriżar
Ir-raġel tas-Sinjura Sharshar ġie riferut mill-imħallef li mexxa l-investigazzjoni lill-qorti tal-proċess kompetenti fuq akkużi ta' miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi. Fis-7 ta' Frar 2016, il-Qorti ddeċidiet li l-assi ta' żewġha, tagħha u dawk tal-iben minorenni tagħhom għandhom jiġu ffriżati. Skont dik id-deċiżjoni tal-Qorti, il-Prosekutur Ġenerali ħareġ ordni ta' ffriżar fl-10 ta' Frar 2016 f'konformità mal-Artikolu 208 bis/a tal-Att dwar il-Proċeduri Kriminali tal-Eġittu, li jippermetti li l-Prosekutur Ġenerali jipprojbixxi lill-intimat, lil martu u lit-tfal tiegħu milli jiddisponu mill-assi tagħhom jekk ikun hemm kwalunkwe dubju li tali assi jkunu r-rikavat illegali tad-delitti mwettqa minn dak l-intimat. Skont il-liġijiet tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, l-intimati għandhom id-dritt jikkuntestaw id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ordni ta' projbizzjoni quddiem l-istess qorti. Is-Sinjura Sharshar ma kkuntestatx id-deċiżjoni tal-Qorti.