EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0417

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/417 tat-8 ta' Novembru 2018 li tiffissa linji gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sistema ta' notifika tagħha (notifikata bid-dokument C(2018) 7334)

ĠU L 73, 15.3.2019, p. 121–187 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/05/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/417/oj

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/121


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/417

tat-8 ta' Novembru 2018

li tiffissa linji gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sistema ta' notifika tagħha

(notifikata bid-dokument C(2018) 7334)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1) u l-punt 8 tal-Anness II tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008, li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 339/93 (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv imwaqqaf mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 2001/95/KE,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE jistabbilixxi Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea (“RAPEX”) għal skambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-miżuri u l-azzjoni meħuda fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur.

(2)

Il-punt 8 tal-Anness II tad-Direttiva 2001/95/KE jirrikjedi li l-linji gwida jkunu aġġornati regolarment fid-dawl ta' żviluppi u esperjenza ġodda. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE (3) kienet l-ewwel u l-uniku aġġornament tal-linji gwida.

(3)

Fid-dawl ta' żviluppi ġodda u sabiex jiġu żgurati proċeduri ta' notifika iktar effiċjenti u effikaċi skont l-aħjar prattika, huwa meħtieġ aġġornament ulterjuri tal-linji gwida.

(4)

It-terminoloġija u r-referenzi saru obsoleti kif saru wkoll il-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet infushom.

(5)

L-għodod ġodda għall-funzjonament sew tar-RAPEX li ġew żviluppati fl-aħħar snin (wikis, interfaċċa bejn ir-RAPEX u sistemi ta' sorveljanza tas-suq oħrajn) iridu jiġu kkunsidrati fil-linji gwida.

(6)

Il-kriterji għan-notifika tar-RAPEX, wara l-iżviluppi l-ġodda, ma baqgħux ċari u hemm bżonn li jiġu ċċarati.

(7)

Il-bejgħ transfruntiera ta' oġġetti onlajn żdied. Dan l-iżvilupp irid jiġi rifless fit-tekniki ta' notifika kif ukoll fl-istrumenti ta' segwitu li jridu jintużaw.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jestendi l-applikazzjoni tar-RAPEX prevista mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE għall-prodotti koperti minn dik il-leġiżlazzjoni wkoll. L-estensjoni tal-applikazzjoni tar-RAPEX toħloq xi kwistjonijiet li jridu jiġu ċċarati fil-linji gwida.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplika għall-prodotti għall-konsumaturi u għall-prodotti professjonali bħal xi apparati mediċi. Dan ir-Regolament ikopri ambitu ta' riskji usa', minbarra dawk relatati mas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, bħal riskji ambjentali u għas-sigurtà. Għalhekk, riskju jista' jikkonċerna mhux lill-konsumaturi biss iżda wkoll grupp indeterminat ta' nies imsejħa “utenti aħħarija”.

(10)

Għalhekk, l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jistipula li l-miżuri li jittieħdu fil-konfront ta' prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà jew interessi pubbliċi rilevanti oħrajn jenħtieġ li jiġu nnotifikati permezz tar-RAPEX.

(11)

Id-Direttiva 2001/95/KE u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 jikkomplementaw lil xulxin u jipprovdu sistema li ttejjeb is-sigurtà ta' prodotti mhux tal-ikel.

(12)

Ir-RAPEX tgħin biex tipprevjeni u tirrestrinġi l-provvista tal-prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà jew, f'każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, għal interessi pubbliċi rilevanti oħrajn. Dan jippermetti li l-Kummissjoni timmonitorizza l-effikaċja u l-konsistenza tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet ta' infurzar fl-Istati Membri.

(13)

Ir-RAPEX tipprovdi bażi għall-identifikazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni fil-livell tal-UE u tgħin għal infurzar konsistenti tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodott tal-UE u b'hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku.

(14)

Il-proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE tipprevedi skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati dwar prodotti li joħolqu riskju inqas milli serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Dan jgħin biex jiġi żgurat livell għoli ta' saħħa tal-konsumatur u biex jitħares is-suq uniku.

(15)

L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jipprevedi sistema ta' appoġġ tal-informazzjoni fejn l-Istati Membri jagħtu aċċess lill-Kummissjoni għall-informazzjoni meħtieġa mill-istess Artikolu dwar prodotti li jippreżentaw riskju inqas milli serju.

(16)

Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, l-Istati Membri mhumiex obbligati jipprovdu tali informazzjoni fis-sistema tar-RAPEX.

(17)

L-Artikolu 16 tad-DSĠP jipprevedi obbligu fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jagħmlu l-informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur maħluqa minn prodotti.

(18)

Biex tkun żgurata sistema koerenti ta' informazzjoni għall-prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, f'każ ta' prodotti koperti bir-Regolament (KE) Nru 765/2008, lil interessi pubbliċi rilevanti oħrajn, ikun mixtieq li l-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna prodotti perikolużi koperti bl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jistgħu wkoll jkunu disponibbli fis-sistema tar-RAPEX.

(19)

Sabiex jippermettu l-funzjonament tas-sistema tar-RAPEX, jenħtieġ li jitfasslu linji gwida dwar l-aspetti varji tal-proċeduri ta' notifika u, b'mod partikolari, biex jiġi stabbilit il-kontenut tan-notifiki. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-informazzjoni li trid tkun fin-notifika, il-kriterji għan-notifiki li jinvolvu riskji li ma joħorġux jew ma jistgħux joħorġu mit-territorju tal-Istat Membru u l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' notifiki skont il-grad ta' urġenza. Jenħtieġ ukoll li l-linji gwida jistipulaw l-arranġamenti operattivi, inklużi l-iskadenzi għall-istadji varji tan-notifika u l-proċeduri ta' notifika ta' segwitu kif ukoll regoli ta' kunfidenzjalità.

(20)

Biex ikun żgurat li l-proċeduri ta' notifika jkunu applikati sew, jenħtieġ li l-linji gwida jistabbilixxu metodi ta' valutazzjoni tar-riskju bi kriterji għall-identifikazzjoni tar-riskji li jqisu wkoll il-ġestjoni tar-riskji.

(21)

Fid-dawl tal-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2001/95/KE, il-linji l-gwida l-ġodda jinkludu sett ta' linji gwida tal-valutazzjoni tar-riskju għall-prodotti għall-konsumaturi u jirreferu wkoll għall-prodotti professjonali, li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni tar-riskji serji.

(22)

Jenħtieġ li l-linji gwida jkunu indirizzati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fin-netwerk tar-RAPEX skont id-Direttiva 2001/95/KE u r-Regolament (KE) Nru 765/2008, inklużi l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-fruntieri esterni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbilita mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE u s-sistema ta' notifika tagħha huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/15/UE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità RAPEX stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (ĠU L 22, 26.1.2010, p. 1).


ANNESS

LINJI GWIDA GĦALL-ĠESTJONI TAS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI RAPIDA TAL-UNJONI EWROPEA “RAPEX” STABBILITI SKONT L-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA 2001/95/KE (ID-DIRETTIVA DWAR IS-SIGURTÀ ĠENERALI TAL-PRODOTTI) U S-SISTEMA TA' NOTIFIKA TAGĦHA

PARTI I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DESTINATARJI TAL-LINJI GWIDA

1    Kamp ta' applikazzjoni, għanijiet u aġġornament

1.1   Kamp ta' applikazzjoni

Il-Linji Gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbiliti skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (il-“Linji Gwida”) ġew adottati mill-Kummissjoni (1) skont l-Artikolu 11(1) u l-Anness II, il-punt 8, tad-Direttiva 2001/95/KE (id-“DSĠP”). Il-Kummissjoni hija megħjuna minn kumitat konsultattiv magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri tal-UE u stabbilit skont l-Artikolu 15(3) tad-DSĠP.

Il-punt 8 tal-Anness II tad-DSĠP jgħid li: “Il-Kummissjoni għandha tħejji u taġġorna regolarment, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(3), il-linji gwida li jirrigwardaw il-ġestjoni tar-RAPEX mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.”.

L-Artikolu 11 tad-DSĠP jippreskrivi li jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti - jew li jirrikjedu l-irtirar jew is-sejħa lura – sal-punt li dik l-informazzjoni ma tkunx eliġibbli għat-tip ta' notifika prevista mill-Artikolu 12 tad-DSĠP, u lanqas ma tikkwalifika għal ebda notifika oħra skont kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jistipula li, meta Stat Membru jieħu jew ikun beħsiebu jieħu miżura li tipprevjeni, tirrestrinġi jew timponi kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa, is-sigurtà u interessi pubbliċi rilevanti oħrajn tal-utent aħħari, irid jinnotifika minnufih dik il-miżura lill-Kummissjoni permezz tar-RAPEX.

L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jistipula li l-Istati Membri jridu jagħtu aċċess lill-Kummissjoni għall-informazzjoni li jkollhom, u li ma tkunx diġà ngħatat skont l-Artikolu 22, dwar prodotti li jippreżentaw riskju (inqas milli serju).

L-Artikolu 16 tad-DSĠP jipprevedi obbligu fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jagħmlu l-informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur maħluqa minn prodotti. Għalhekk ikun opportun li l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri adottati fil-konfront ta' prodotti li joħolqu riskju, sakemm ikun hemm fin-nofs is-sigurtà tal-prodotti, tinżamm fis-sistema maħsuba għal dan il-għan. B'hekk l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu l-miżuri adottati fil-konfront ta' prodotti li joħolqu riskju u li huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tad-DSĠP jew tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 lir-RAPEX. L-informazzjoni tista' tiġi pprovduta direttament fir-RAPEX. F'każ li l-informazzjoni tkun trid tiġi nnotifikata f'sistema tal-informazzjoni oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (2), l-Istat Membru jkun jista' jiġġenera notifika tar-RAPEX minn ġos-sistema tal-informazzjoni (ara l-Parti II, il-Kapitoli 1.2(h) u 2.2 ta' dawn il-Linji Gwida).

Filwaqt li d-DSĠP japplika għall-prodotti tal-konsumatur biss li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplika kemm għall-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għal prodotti professjonali koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-UE (bħal ċerti apparati mediċi u tagħmir marittimu). Dan ikopri wkoll ambitu ta' riskju usa', minbarra dak relatat mas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, bħal riskji ambjentali u għas-sikurezza. Għalhekk, riskju jista' jikkonċerna mhux lill-konsumaturi biss iżda wkoll, meta japplika r-Regolament (KE) Nru 765/2008, lil “utenti aħħarija” oħrajn.

Il-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Appendiċi 6 tal-Parti III huma parti integrali tal-Linji Gwida tar-RAPEX. Dawn huma l-istrumenti li jippermettu d-determinazzjoni tal-livell tar-riskju ta' prodott u għalhekk jgħinu biex jiġu identifikati l-miżuri li jridu jiġu adottati.

Il-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-riskju jirreferu għal-livell ta' riskju kif ukoll għad-danni kkawżati minn prodott uniku. Il-valutazzjoni tar-riskju għal prodott uniku trid tkun akkumpanjata minn ġestjoni tar-riskju soda. Pereżempju, il-livell tar-riskju għal tagħmir elettriku domestiku difettuż li joħloq riskju ta' nar jista' jkun “baxx” biss, li jfisser li l-probabilità li apparat wieħed jikkawża nar fatali waqt ħajjet l-apparat tkun ta' inqas minn wieħed f'miljun. Madankollu, jekk jitqiegħdu miljuni ta' apparati difettużi fis-suq, huwa kważi inevitabbli li se jkun hemm nirien fatali jekk ma jittiħdux miżuri xierqa.

L-Istati Membri (3), il-pajjiżi applikanti, il-pajjiżi li huma partijiet fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kif ukoll pajjiżi oħrajn mhux fl-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom aċċess għar-RAPEX (bil-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 12(4) tad-DSĠP), jipparteċipaw fis-sistema skont ir-regoli previsti fid-DSĠP u fil-Linji Gwida (4).

1.2   Għanijiet

L-għanijiet tal-Linji Gwida huma li:

(a)

jissimplifikaw il-proċessi għall-mekkaniżmi ta' notifika;

(b)

jistipulaw il-kriterji ta' notifika għall-mekkaniżmi ta' notifika;

(c)

jiddefinixxu l-kontenut tan-notifiki u n-notifiki ta' segwitu mibgħuta skont il-mekkaniżmu ta' notifika, b'mod partikulari x'data hija meħtieġa u x'formoli jridu jintużaw;

(d)

jistabbilixxu attivitajiet ta' segwitu li jridu jittieħdu mill-Istati Membri mal-wasla ta' notifika u t-tip ta' informazzjoni li trid tiġi pprovduta;

(e)

jiddeskrivu l-immaniġġar tan-notifiki u n-notifiki ta' segwitu mill-Kummissjoni;

(f)

jistabbilixxu l-iskadenzi għat-tipi varji ta' azzjoni meħuda skont il-mekkaniżmi ta' notifika;

(g)

jistabilixxu l-arranġamenti prattiċi u tekniċi meħtieġa fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-mekkaniżmi ta' notifika li għandhom jintużaw b'mod effikaċi u effiċjenti; u

(h)

jistabbilixxu metodi ta' valutazzjoni tar-riskju u, b'mod partikolari, kriterji għall-identifikazzjoni ta' riskji serji.

1.3   Aġġornament

Il-Linji Gwida se jiġu aġġornati regolarment mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva fuq il-bażi tal-esperjenza u l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti.

2    Id-destinarji tal-Linji Gwida

Il-Linji Gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha li jaġixxu fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti u li jipparteċipaw fin-netwerk tar-RAPEX, inklużi l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-fruntieri esterni.

3    Prodotti

3.1   Il-prodotti koperti minn dawn il-Linji Gwida

Dawn il-Linji Gwida jkopru żewġ settijiet ta' prodotti: il-prodotti koperti mid-DSĠP u l-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.1.1   Prodotti koperti mid-DSĠP

Skont l-Artikolu 2(a) tad-DSĠP, il-prodotti tal-konsumatur għall-fini ta' dawn il-Linji Gwida huma:

(a)   “prodotti maħsuba għall-konsumaturi”— prodotti li huma ddisinjati u mmanifatturati u li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi;

(b)   “prodotti migrati” (5) — prodotti li huma ddisinjati u mmanifatturati għall-professjonisti, li madankollu u taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, x'aktarx li jintużaw mill-konsumaturi. Dawn huma prodotti mmanifatturati għall-professjonisti li huma disponibbli għall-konsumaturi, li jistgħu jixtruhom u jħaddmuhom mingħajr għarfien jew taħriġ speċjali, pereż. trapanu tal-elettriku, angle grinder u table saw ddisinjati u mmanifatturati għall-professjonisti, imma fornuti wkoll fis-suq tal-konsumaturi (jiġifieri l-konsumaturi jistgħu faċilment jixtruhom mill-ħwienet u jħaddmuhom huma stess mingħajr l-ebda taħriġ speċjali).

Kemm il-prodotti maħsuba għall-konsumaturi kif ukoll il-prodotti migrati jistgħu jingħataw lill-konsumaturi mingħajr ħlas, jistgħu jinxtraw mill-konsumaturi u jistgħu jiġu pprovduti lill-konsumaturi fil-kuntest ta' servizz. It-tliet sitwazzjonijiet kollha huma koperti mir-RAPEX.

Skont l-Artikolu 2(a) tad-DSĠP, prodotti pprovduti lill-konsumaturi fil-kuntest ta' servizz jitqiesu li jinkludu:

(a)

il-prodotti fornuti lill-konsumaturi li jittieħdu u jintużaw lil hinn mill-post tal-fornitur ta' servizz, bħal karozzi u magni li jaqtgħu l-lon mikrija jew imwellija minn ħwienet tal-kiri, u linka tat-tatwaġġi u impjanti (li mhumiex klassifikati bħala apparat mediku) impjantati taħt il-ġilda tal-konsumatur minn fornitur tas-servizz;

(b)

prodotti użati fuq il-post tal-fornitur ta' servizz, sakemm il-konsumaturi nfushom b'mod attiv joperaw il-prodott (pereż. iqabbdu l-magna, ikollhom l-għażla li jwaqqfuha, u jaffettwaw l-operat tagħha billi jbiddlu l-pożizzjoni jew l-intensità tagħha waqt l-użu). Sodod tat-tixmix użati fi ħwienet li joffru s-servizz ta' smurija tal-ġilda u f'ċentri ta' fitness huma eżempji ta' prodotti bħal dawn. L-użu tal-prodotti mill-konsumaturi jrid ikun attiv, u jinvolvi grad ta' kontroll sinifikanti. Użu sempliċiment passiv, bħall-użu ta' xampù minn persuna li l-parrukkier ikun qed jaħslilha xagħarha, jew l-użu ta' xarabank mill-passiġġieri tagħha, ma jikkwalifikax bħala użu mill-konsumaturi.

3.1.2   Prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008

Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, prodotti għall-fini tar-RAPEX iridu jitqiesu bħala prodotti skont il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 15 tal-istess Regolament sew jekk maħsubin għall-konsumaturi kif ukoll jekk għal-utenti professjonali.

3.2   Prodotti mhux koperti minn dawn il-Linji Gwida

Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux:

(c)

Prodotti koperti mill-mekkaniżmi ta' notifika speċifiċi u ekwivalenti stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, l-iktar:

(i)

ikel u għalf u prodotti oħrajn koperti mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(ii)

prodotti mediċinali koperti mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u mid-Direttiva tal-Parlament 2001/82/KE Ewropew u tal-Kunsill (8);

(iii)

tagħmir mediku kopert mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(iv)

apparati mediċi impjantabbli attivi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE. (10)

(d)

Prodotti li ma humiex koperti mid-definizzjoni ta' “prodott” kif stipulate fl-Artikolu 2 2(a) tad-DSĠP, speċjalment:

(i)

ikunu prodotti użati jew fornuti bħala antikitajiet jew bħala prodotti li jridu jissewwew jew jiġu rikundizzjonati qabel ma jintużaw, sakemm il-fornitur jgħarraf b'dan b'mod ċar lill-persuna li jkun qed ifornilha l-prodott (l-Artikolu 2(a) tad-DSĠP);

(ii)

ikun tagħmir użat jew operat minn fornitur ta' servizz professjonali biex jipprovdi servizz, pereż. tagħmir li l-konsumaturi jirkbuh jew jivvjaġġaw bih u tagħmir operat minn fornitur ta' servizz u mhux mill-konsumatur (premessa 9 tad-DSPĠ);

(e)

Prodotti li mhumiex koperti mid-definizzjoni tal-prodott li tinsab fl-Artikolu 15(4) tar- Regolament (KE) Nru 765/2008.

4    Miżuri

4.1   Tipi ta' Miżuri

Jistgħu jittieħdu miżuri preventivi u restrittivi fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju jew bl-inizjattiva tal-operatur ekonomiku li qiegħdu u / jew iqassmu fis-suq (“miżuri volontarji”), jew kif ordnat minn awtorità ta' Stat Membru kompetenti biex tissorvelja l-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti ta' sigurtà (“miżuri obbligatorji”).

Għall-fini tal-Linji Gwida, il-miżuri obbligatorji u l-miżuri volontarji huma definiti kif ġej:

(a)   Miżuri obbligatorji: miżuri adottati jew li ġie deċiż li jiġu adottati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, spiss fil-forma ta' deċiżjoni amministrattiva, li jobbligaw lil xi operatur ekonomiku jieħu azzjoni preventiva, korrettiva jew restrittiva fir-rigward ta' prodott speċifiku li jkun qiegħed fis-suq.

(b)   Miżuri voluntarji:

(i)

miżuri preventivi u restrittivi adottati fuq bażi volontarja minn operatur ekonomiku, jiġifieri mingħajr intervent ta' awtorità ta' Stat Membru;

(ii)

rakkomandazzjonijiet u ftehimiet ma' operaturi ekonomiċi fl-attivitajiet rispettivi tagħhom konklużi mill-awtoritajiet tal-Istat Membri; dan jinkludi ftehimiet li mhumiex bil-miktub u li jirriżultaw f'azzjoni preventiva jew restrittivi meħuda mill-operaturi ekonomiċi fl-attivitajiet rispettivi tagħhom fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju serju li qiegħdu fis-suq.

4.2   Kategoriji ta' miżuri

L-Artikolu 8(1) minn (b) sa (f) tad-DSĠP jipprovdi lista tal-kategoriji differenti ta' miżuri li jistgħu jiġu nnotifikati bir-RAPEX meta l-kundizzjonijiet għan-notifika jkunu ssodisfati, inklużi l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-immarkar ta' prodott bi twissijiet xierqa dwar ir-riskju/i li jistgħu jippreżentaw;

(b)

li jagħmlu l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott soġġetta għal kundizzjonijiet minn qabel;

(c)

li jwissu lill-konsumaturi u lill-utenti aħħarija bir-riskji li l-prodott jista' joħloq;

(d)

il-projbizzjoni temporanja fuq il-forniment, l-offerta għall-forniment u l-wiri ta' prodott;

(e)

il-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott u kull miżuri ta' akkumpanjament, jiġifieri miżuri meħtieġa biex tkun żgurata konformità mal-projbizzjoni;

(f)

l-irtirar ta' prodott mis-suq;

(g)

is-sejħa lura ta' prodott mingħand il-konsumaturi;

(h)

il-qerda ta' prodott irtirat jew imsejjaħ lura.

Għall-fini tar-RAPEX, it-terminu “irtirar” jintuża esklużivament għall-miżuri mmirati li jipprevjenu d-distribuzzjoni, il-wiri u l-offerta ta' prodott li joħloq riskju għall-konsumaturi jew utenti aħħarija oħrajn, filwaqt li t-terminu “sejħa lura” jintuża biss għal miżuri mmirati biex jiġi rritornat dak il-prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-konsumaturi jew utenti aħħarija oħrajn minn produttur jew distributur.

4.3   Rekwiżiti tal-miżuri

Skont l-Artikolu 12(1) tad-DSĠP u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jikkonċernaw riskji serji, kemm il-miżuri obbligatorji kif ukoll dawk volontarji jridu jiġu nnotifikati fir-RAPEX.

Miżuri preventivi u restrittivi adottati fuq bażi volontarja minn operatur ekonomiku, jiġifieri mingħajr intervent ta' awtorità ta' Stat Membru dwar prodott li joħloq riskju serju u l-miżuri preventivi jew restrittivi relatati mibdija minn operatur ekonomiku jiġu nnotifikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fl-Artikolu 5(3) tad-DSĠP u fl-Artikolu 22(2 u 3) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Il-kategoriji kollha tal-miżuri preventivi u restrittivi meħuda fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-prodotti tal-konsumatur li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li joħolqu riskju serju għas-saħħa, is-sigurtà jew interessi pubbliċi rilevanti oħrajn tal-utenti aħħarija huma suġġetti għall-obbligu tan-notifika skont ir-RAPEX.

4.4   L-esklużjoni ta' miżuri obbligatorji ġeneralment applikabbli

Atti ġeneralment applikabbli adottati fil-livell nazzjonali u mmirati lejn il-prevjenzjoni jew ir-restrizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' kategorija/i deskritta/i b'mod ġenerali ta' prodotti tal-konsumatur minħabba r-riskju serju li dawn joħolqu għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi ma jenħtiġux li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni RAPEX. Dawn il-miżuri nazzjonali kollha li japplikaw biss għall-kategoriji ta' prodotti definiti b'mod ġenerali, bħalma huma l-prodotti kollha b'mod ġenerali jew il-prodotti kollha li jservu l-istess għan — u mhux għal (kategoriji ta') prodotti speċifikament identifikati mill-marka tagħhom, minn kif jidhru speċifikament, mill-produttur, min-negozjant, mill-isem tal-mudell jew min-numru, eċċ. — jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2015/1535/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

5    Livelli ta' riskju

5.1   Riskju serju

Qabel ma awtorità ta' Stat Membru tiddeċiedi li tibgħat notifika tar-RAPEX, l-ewwel tagħmel valutazzjoni tar-riskju xierqa (ara l-Parti III, l-Appendiċi 6 ta' dawk il-Linji Gwida jew il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju ġenerali tal-UE komplementari għall-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (12)) sabiex tivvaluta jekk il-prodott li jrid jiġi nnotifikat joħloqx riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, riskju serju għas-saħħa, is-sigurtà jew interessi pubbliċi rilevanti oħrajn (pereżempju, is-sikurezza jew l-ambjent) tal-utenti aħħarija, u għalhekk jekk ġiex issodisfat wieħed mill-kriterji ta' notifika tar-RAPEX.

5.2   Riskju inqas milli serju

Notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 ġeneralment jitqiesu bħala notifiki għall-prodotti li joħolqu riskju inqas milli serju. Notifiki ta' prodotti bħal dawn, kuntrarjament għal notifiki għal prodotti li jippreżentaw riksju serju, mhux bilfors jinvolvu obbligu għal attivitajiet ta' segwitu minn Stati Membri oħra sakemm ma tkunx teħtieġ hekk in-natura tal-prodott jew tar-riskju (Ara l-Parti II il-Kapitolu 3.4.6.1).

5.3   Metodu ta' Valutazzjoni tar-Riskju

Il-Parti III, l-Appendiċi 6 ta' dawn il-Linji Gwida jistabbilixxi l-metodu tal-valutazzjoni tar-riskju li jista' jintuża mill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jivvalutaw l-livell tar-riskji mill-prodotti tal-konsumatur għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u biex jiddeċiedu jekk in-notifika tar-RAPEX hix meħtieġa. Bl-istess mod, jista' jkollok tikkonsulta l-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju ġenerali tal-UE kif imsemmija fil-Kapitolu 5.1 f'każ li l-prodott ikkonċernat ikun kopert mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Fis-sit tar-RAPEX u fl-applikazzjoni tar-RAPEX li tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju hemm għodda speċifika (“RAG” jew Linji Gwida għall-Valutazzjonijiet tar-Riskju (13)) li tqis il-prinċipji previsti fl-Appendiċi 6.

5.4   L-awtorità tal-valutazzjoni

Il-valutazzjoni tar-riskju dejjem issir jew tiġi vverifikata mill-awtorità tal-Istat Membru li tkun jew wettqet l-investigazzjoni u ħadet miżuri xierqa jew issorveljat l-azzjoni volontarja meħuda fir-rigward ta' prodott li joħloq riskju minn operatur ekonomiku.

Kull kwistjoni mhux ċara tiġi solvuta mill-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1) mal-awtorità responsabbli qabel ma n-notifika tiġi trażmessa permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX.

6    Effetti transfruntiera

6.1   Avveniment internazzjonali

Skont l-Artikolu 12 tad-DSPĠ u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, Stat Membru jibgħat notifika tar-RAPEX biss jekk iqis li l-effetti tar-riskju/i li joħloq prodott imorru jew jistgħu jmorru lil hinn mit-territorju tiegħu (“effetti transfruntiera” jew “avveniment internazzjonali”).

Fid-dawl tal-moviment liberu tal-prodotti fis-suq Intern, u l-fatt li l-prodotti huma importati fl-UE permezz ta' kanali ta' distribuzzjoni differenti u li l-konsumaturi jixtru prodotti matul soġġorni barra mill-pajjiż u permezz tal-internet, l-awtoritajiet nazzjonali huma mħeġġa jinterpretaw il-kriterju tal-effetti transfruntiera f'sens pjuttost wiesa'. Għalhekk, notifika skont l-Artikolu 12 tad-DSĠP jew skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, tintbagħat meta:

(a)

ma jkunx jista' jiġi eskluż li prodott li joħloq riskju jkun inbiegħ f'iżjed minn Stat Membru wieħed, jew

(b)

ma jkunx jista' jiġi eskluż li prodott li joħloq riskju jkun inbiegħ fuq l-internet, jew

(c)

il-prodott joriġina minn pajjiż terz u x'aktarx li jkun ġie importat fl-UE permezz ta' kanali ta' distribuzzjoni multipli.

6.2   Avveniment lokali

Il-miżuri adottati fir-rigward ta' prodott li jkun ta' riskju serju li jkun jista' jkollu effetti lokali biss (“Avveniment lokali”) ma jiġux innotifikati skont l-Artikolu 12 tad-DSĠP. Dan japplika għal sitwazzjonijiet meta awtorità ta' Stat Membru jkollha raġuni konkreta u qawwija biex teskludi l-possibbiltà li prodott kien u / jew se jkun disponibbli (bi kwalunkwe mezz) fi Stati Membri oħra, pereż. miżuri meħuda fir-rigward ta' prodott lokali mmanifatturat u distribwit biss fi Stat Membru wieħed. Fl-evalwazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jridu jqisu sew il-possibbiltà li prodott ikun jista' jinbiegħ onlajn jew permezz ta' kanali ta' distribuzzjoni emerġenti.

Notifika relatata ma' prodott li joħloq riskju serju li jinvolvi avveniment lokali jeħtieġ li jintbagħat biss lill-Kummissjoni sakemm ikun jinvolvi informazzjoni li x'aktarx tkun ta' interess għall-Istati Membri mil-lat tas-sigurtà tal-prodott, u b'mod partikolari jekk tkun b'reazzjoni għal tip ta' riskju ġdid li jkun għadu ma ġiex innotifikat, tip ta' riskju ġdid li jkun ġej minn kombinazzjoni ta' prodotti jew minn tip jew kategorija ġdida ta' prodotti.

Dik in-notifika trid tintbagħat skont l-Artikolu 11 b'referenza għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tad-DSĠP.

PARTI II

SISTEMA TA' INFORMAZZJONI RAPIDA “RAPEX” STABBILITA SKONT L-ARTIKOLU 12 TAD-DIRETTIVA DWAR IS-SIGURTÀ ĠENERALI TAL-PRODOTTI

1    Introduzzjoni

1.1   Objettivi tar-RAPEX

L-Artikolu 12 tad-DSĠP jistabbilixxi Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-UE (“RAPEX”).

RAPEX għandha rwol importanti fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Hija tikkomplementa azzjonijiet oħrajn meħudin kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà tal-prodotti fl-UE.

Id-data tar-RAPEX tgħin biex:

(a)

tipprevjeni u tirrestrinġi l-provvista ta' prodotti perikolużi;

(b)

timmonitorizza l-effikaċja u l-konsistenza tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet ta' infurzar imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(c)

tidentifika l-bżonnijiet u tipprovdi bażi għal azzjoni fil-livell tal-UE; u

(d)

tgħin fl-infurzar konsistenti tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodotti tal-UE u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq Intern.

1.2   Komponenti tar-RAPEX

Ir-RAPEX tikkonsisti f'diversi komponenti komplementari, li huma kruċjali għal operat effikaċi u effiċjenti. L-iktar importanti huma:

(a)

il-qafas legali li jirregola l-mod ta' kif topera s-sistema (jiġifieri d-DSĠP u l-Linji Gwida);

(b)

l-applikazzjoni onlajn (“l-applikazzjoni tar-RAPEX”), li tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni b'mod rapidu permezz ta' pjattaforma bbażata fil-web;

(c)

in-netwerk tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX, li jikkonsisti fil-Punti singoli ta' Kuntatt tar-RAPEX responsabbli għall-operazzjoni tar-RAPEX fl-Istati Membri kollha (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1);

(d)

in-netwerks nazzjonali tar-RAPEX stabbiliti fl-Istati Membri kollha, li jinkludu l-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1) u l-awtoritajiet kollha involuti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-prodotti;

(e)

it-tim tar-RAPEX tal-Kummissjoni fid-dipartiment responsabbli għad-DSĠP, li jeżamina u jivvalida d-dokumenti mibgħuta permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX, u jżomm u jiżgura l-operat korrett tar-RAPEX;

(f)

is-sit web tar-RAPEX (14), li jipprovdi taqsiriet tan-notifiki tar-RAPEX kif ukoll aġġornamenti kull ġimgħa;

(g)

pubblikazzjonijiet tar-RAPEX, bħall-istatistika tar-RAPEX, ir-rapporti annwali tar-RAPEX u materjali promozzjonali oħrajn; u

(h)

l-interfaċċa bejn ir-RAPEX u l-ICSMS, li tikkonsisti f'rabta bejn iż-żewġ sistemi li jiffaċilitaw il-kodifikazzjoni tan-notifiki tar-RAPEX abbażi ta' data dwar l-investigazzjoni li diġà tinstab fl-ICSMS. Bil-mili tal-kaxxi x-xierqa fl-ICSMS, tkun tista' tintbagħat awtomatikament notifika tar-RAPEX.

2    Kriterji ta' notifika

Ir-RAPEX tapplika għal miżuri li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, għal miżuri li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa, is-sigurtà jew interessi pubbliċi rilevanti oħrajn (pereżempju, is-sikurezza jew l-ambjent) tal-utenti aħħari aħħarija.

2.1   Parteċipazzjoni obbligatorja fir-RAPEX: L-Artikolu 12 tad-DSĠP u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Skont id-DSĠP u r-Regolament (KE) Nru 765/2008, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fir-RAPEX hija obbligatorja. Skont l-Artikolu 12 tad-DSĠP u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom obbligu legali li jinnotifikaw lill-Kummissjoni kemm b'miżuri obbligatorji u kemm b'oħrajn volontarji meta jkunu ssodisfati l-erba' kriterji ta' notifika li ġejjin:

(a)

il-prodott jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-DSĠP jew fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(b)

il-prodott ikun suġġett għal miżuri li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq il-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu possibbli tiegħu (“miżuri preventivi u restrittivi”);

(c)

il-prodott joħloq riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, f'każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) 765/2008, għal interessi pubbliċi oħrajn tal-utenti aħħarija wkoll;

(d)

wieħed ma jistax jeskludi li l-effett tar-riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, f'każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, għal interessi pubbliċi rilevanti oħrajn tal-utenti aħħarija wkoll, imur lil hinn mit-territorju tal-Istat Membru notifikanti.

2.2   Parteċipazzjoni mhux obbligatorja fir-RAPEX: l-Artikolu 11 tad-DSĠP u l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda li jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti –jew li jirrikjedu l-irtirar jew is-sejħa lura - sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx tikkwalifika għall-Artikolu 12 u lanqas għal ebda notifika oħra stabbilita fi kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja.

Għall-fini ta' simplifikazzjoni u titjib fl-effiċjenza, l-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw l-applikazzjoni tar-RAPEX biex jinnotifikaw il-miżuri meħuda fil-konfront ta' prodotti li ma jikkwalifikawx għall-preżentazzjoni ta' notifika tal-Artikolu 12 fit-termini spjegati hawnhekk.

Meta l-erba' kriterji ta' notifika li ġejjin ikunu ssodisfati, l-Istati Membri jkollhom obbligu legali li jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP:

(a)

il-prodott ikkonċernat ikun prodott tal-konsumaturi;

(b)

ikun suġġett għal miżuri restrittivi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali (miżuri obbligatorji);

(c)

ikun joħloq riskju inqas milli serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u l-effetti tiegħu jistgħu jmorru jew fil-fatt imorru lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew, joħloq riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u l-effett tiegħu ma jmurx jew ma jistax imur lil hinn mit-territorju tiegħu iżda l-miżuri adottati jinvolvu informazzjoni li x'aktarx tkun ta' interess għal Stati Membri oħra mil-lat tas-sigurtà tal-prodott (15);

(d)

Il-miżuri adottati ma hemm għalfejn jiġu nnotifikati skont ebda proċedura ta' notifika oħra stabbilita mil-liġi tal-UE.

Minkejja l-fatt li l-Artikolu 11 tad-DSĠP ma fihx obbligu espliċitu biex jiġu nnotifikati miżuri volontarji adottati fil-konfront ta' prodotti li joħolqu riskju inqas milli serju, l-Artikolu 16 tad-DSĠP jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex informazzjoni relatata ma' riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur tiġi żvelata lill-pubbliku. Għalhekk, għall-koerenza fis-sistema ta' notifika u biex l-obbligi jiġu implimentati b'mod effikaċi l-obbligi li skont l-Artikolu 16 tad-DSĠP għandhom kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni, l-Istati Membri qed jingħataw ir-rakkomandazzjoni li jinnotifikaw fir-RAPEX kemm il-miżuri volontarji adottati mill-produtturi u d-distributuri fil-konfront ta' prodotti li joħolqu riskju inqas milli serju.

Skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni li jkollhom, u li ma tkunx diġà ngħatat skont l-Artikolu 22, dwar prodotti li jippreżentaw riskju (inqas milli serju) lill-Kummissjoni. Kuntrarjament għall-Artikolu 22 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 23 ma jobbligax lill-Istati Membri jibagħtu notifika lir-RAPEX b'din l-informazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 16 tad-DSĠP jobbliga lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżvelaw pubblikament l-informazzjoni li jista' jkollhom li tkun relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Għall-koerenza u biex l-obbligi li jinsabu fl-Artikolu 16 tad-DSĠP jiġu implimentati b'mod effikaċi, is-soluzzjoni l-iktar prammatika tista' tkun li r-RAPEX ikun fih il-miżuri kollha adottati fil-konfront tal-prodotti li jippreżentaw riskji serji jew inqas milli serji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi kemm għall-prodotti DSĠP u kemm għal prodotti koperti mir-Regolament (KE) 765/2008, u fil-każ tal-aħħar, għal interessi pubbliċi rilevanti oħrajn tal-utenti aħħarija wkoll. Għalhekk, meta jiġu adottati u pprovduti miżuri permezz tal-ICSMS skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw dik l-informazzjoni fir-RAPEX. Dan jista' jsir jew billi tintbagħat notifika separata fir-RAPEX jew permezz tal-ICSMS.

Konnessjoni taż-żewġ sistemi ma' xulxin tiffaċilita l-kodifikazzjoni tan-notifiki bbażata fuq data tal-investigazzjoni li tinsab fl-ICSMS diġà. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 1.2 (h)).

Image 1

Tip ta' riskju

Prodott kopert mid-DSĠP

Prodott kopert mir-Regolament (KE) Nru 765/2008

Miżura adottata

Effett transfruntiera

Ma hemmx biżżejjed informazzjoni ta' identifikazzjoni

Informazzjoni li tinvolvi riskju ġdid

TIP TA’ NOTIFIKA

Riskju serju

L-Artikolu 12 tad-DSĠP

L-Artikolu 11 tad-DSĠP

L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Indistintament

Għall-informazzjoni

Indistintament

Informazzjoni lill-ICSMS

notifika tar-RAPEX imħeġġa

Riskju inqas milli serju

Miżuri obbligatorji

L-Artikolu 11 tad-DSĠP

Miżuri voluntarji

Għall-informazzjoni

L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

notifika tar-RAPEX imħeġġa

Pendenti

Għall-informazzjoni (jekk rilevanti)

Il-Parti III, l-Appendiċi 3 ta' dawn il-Linji Gwida tinkludi skema ta' notifika li tipprovdi kjarifikazzjoni ulterjuri tal-kriterji ta' notifika msemmija fil-Parti II Kapitolu 2 ta' dawn il-Linji Gwida.

3    Notifiki

3.1   Tipi ta' notifiki

3.1.1   Notifiki

L-Awtoritajiet tal-Istati Membri huma meħtieġa jibagħtu notifika lis-sistema tar-RAPEX fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-kriterji kollha ta' notifika tar-RAPEX stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-DSĠP (16) ikunu ssodisfati, Stat Membru jipprepara u jibgħat notifika tar-RAPEX ikklassifikata fl-applikazzjoni tar-RAPEX bħala “notifika tal-Artikolu 12” lill-Kummissjoni.

(b)

meta l-kriterji tan-notifika tar-RAPEX ikunu ssodisfati u, barra minn hekk, prodott ikun joħloq riskju għall-ħajja u / jew kien hemm inċidenti fatali u f'każijiet oħrajn meta n-notifika tar-RAPEX teħtieġ azzjoni ta' emerġenza mill-Istati Membri kollha, l-Istat Membru notifikanti jipprepara u jibgħat notifika tar-RAPEX ikklassifikata fl-applikazzjoni tar-RAPEX bħala “Notifika li teħtieġ azzjoni ta' emerġenza” lill-Kummissjoni.

(c)

meta l-kriterji kollha ta' notifika tar-RAPEX stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (17) ikunu ssodisfati, Stat Membru jipprepara u jibgħat notifika tar-RAPEX ikklassifikata fl-applikazzjoni tar-RAPEX bħala “notifika tal-Artikolu 22” lill-Kummissjoni.

Meta l-kriterji kollha ta' notifika stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-DSĠP (18) ikunu ssodisfati, Stat Membru jipprepara u jibgħat notifika, li meta tkun innotifikata fir-RAPEX tkun ikklassifikata bħala “notifika tal-Artikolu 11”, lill-Kummissjoni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jibagħtu notifika meta jkunu ssodisfati l-kriterji stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. (19)

Wara r-raġunament imsemmi hawn fuq fil-Parti II Kapitolu 2, l-Istati Membri huma mħeġġa jippreparaw u jibagħtu, direttament jew indirettament, notifika kklassifikata fir-RAPEX bħala “notifika tal-Artikolu 23” lill-Kummissjoni meta l-kriterji stabbiliti fl-istess artikolu jkunu ssodisfati.

Qabel ma jibgħat notifika lill-Kummissjoni, il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1) tal-Istat Membru notifikanti jivverifika li l-kriterji tan-notifika jkunu ssodisfati.

3.1.2   Notifiki għall-informazzjoni

Jekk il-kriterji stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida għan-notifiki elenkati fil-Parti II Kapitoli 2.1 u 2.2 ta' dawn il-Linji Gwida ma jkunux issodisfati, il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1) jista' jagħżel li juża l-applikazzjoni tar-RAPEX biex jibgħat l-informazzjoni kkonċernata għal finijiet ta' informazzjoni. Dawn in-notifiki jiġu kklassifikati fir-RAPEX bħala “Notifiki għall-informazzjoni” u jistgħu jintbagħtu fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Meta l-kriterji tan-notifika tar-RAPEX kollha stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-DSĠP jew fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 ikunu ssodisfati iżda n-notifika ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha (l-aktar dwar l-identifikazzjoni tal-prodott u l-kanali ta' distribuzzjoni) meħtieġa għall-Istati Membri l-oħrajn biex jiżguraw segwitu (20) għal dik in-notifika. Notifika bl-isem tal-prodott, id-ditta u l-istampa neqsin u għalhekk il-prodott innotifikat ma jkunx jista' jiġi identifikat b'mod korrett u ma jkunx jista' jintgħażel minn prodotti oħrajn tal-istess kategorija jew tip li jkunu disponibbli fis-suq, hija eżempju ta' notifika li tista' titqassam permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX bħala “Notifika għall-informazzjoni”. Valutazzjoni ta' jekk notifika jkunx fiha informazzjoni suffiċjenti għall-Istati Membri l-oħrajn biex jiżguraw attivitajiet ta' segwitu ssir dejjem fuq bażi ta' każ b'każ.

(b)

Meta Stat Membru jkun konxju tal-fatt li prodott għall-konsumaturi li jinsab fis-suq tal-UE joħloq riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew, fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) 765/2008, ikun konxju tal-fatt li prodott għall-konsumaturi jew għall-professjonisti joħloq riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà jew għal interessi pubbliċi rilevanti oħrajn tal-utenti aħħarija, imma la l-produttur jew id-distributur għadhom ma ħadu miżuri preventivi u restrittivi u lanqas awtorità ta' Stat Membru ma adottat jew iddeċidiet li tadotta miżuri preventivi u restrittivi. Jekk l-informazzjoni dwar dan il-prodott titqassam permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX qabel ma jittieħdu l-miżuri, l-Istat Membru notifikanti sussegwentement jinforma lill-Kummissjoni (kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-iskadenzi speċifikati fl-Appendiċi 4 ta' dawn il-Linji Gwida) bid-deċiżjoni finali meħuda fir-rigward tal-prodott innotifikat (prinċipalment, x'tip ta' miżuri preventivi jew restrittivi ttieħdu jew għaliex dawn il-miżuri ma tteħdux). Meta l-Istat Membru notifikanti jieħu miżuri fi stadju aktar tard, huwa jinforma lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha taġġorna n-notifika b'applikazzjoni tal-Artikolu 12 tad-DSĠP jew l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(c)

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jinnotifika miżuri preventivi u restrittivi meħuda fir-rigward ta' prodott għall-konsumatur li joħloq riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi li jkollu effett lokali biss (“avveniment lokali”). Jekk, madankollu, kif spjegat fil-Parti I tal-Kapitolu 6.2, notifika permezz ta' “avveniment lokali” tinvolvi informazzjoni dwar sigurtà tal-prodott li x'aktarx tkun ta' interess għal Stati Membri oħrajn, jenħtieġ li din tintbagħat skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP.

(d)

Meta notifika tirrigwarda prodott li l-aspetti tas-sigurtà tiegħu (speċjalment il-livell ta' riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi) ikunu suġġetti għal diskussjoni fil-livell tal-UE biex ikun żgurat approċċ komuni bejn l-Istati Membri għall-valutazzjoni tar-riskju u / jew azzjoni ta' infurzar (21).

(e)

Meta ma tkunx tista' tittieħed d-deċiżjoni b'ċertezza li waħda jew aktar mill-kriterji tan-notifika tar-RAPEX ikunu ssodisfati, iżda notifika tinvolvi informazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodott li x'aktarx tkun ta' interess għal Stati Membri oħrajn.

Meta jibgħat “Notifika għall-informazzjoni”, il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1) jiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet għaliex ikun għamel hekk.

3.2   Kontenut tan-notifiki

3.2.1   Ambitu tad-data

Notifiki mibgħuta lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX jinkludu t-tipi ta' data li ġejjin:

(a)

Informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat il-prodott innotifikat, jiġifieri l-kategorija tal-prodott, isem il-prodott, il-marka, il-mudell u / jew in-numru tat-tip, il-barcode, il-lott jew in-numru tas-serje, il-kodiċi tad-dwana, id-deskrizzjoni tal-prodott u l-ippakkjar tiegħu flimkien mal-istampi li juru l-prodott, l-ippakkjar u t-tikketti tiegħu. L-identifikazzjoni dettaljata u eżatta tal-prodott hija element ewlieni għas-sorveljanza u l-infurzar tas-suq, minħabba li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jidentifikaw il-prodott innotifikat, jiddistingwuh minn prodotti oħrajn tal-istess tip jew kategorija jew simili li jkunu disponibbli fis-suq u biex isibuh fis-suq u jieħdu miżuri xierqa jew jaqblu fuqhom.

(b)

Informazzjoni li tistabbilixxi l-oriġini tal-prodott, jiġifieri l-pajjiż tal-oriġini, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt, bħan-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku, tal-manifattur u l-esportaturi. B'mod partikolari, l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-manifatturi u l-esportaturi li jinsabu f'pajjiżi terzi li jikkooperaw mill-qrib mal-UE dwar is-sigurtà tal-prodotti. Id-dokumenti li ġejjin iridu jinhemżu wkoll mal-formola meta disponibbli: kopji ta' ordnijiet, kuntratti tal-bejgħ, fatturi, dokumenti tat-trasport, dikjarazzjonijiet doganali, eċċ. Jenħtieġ li dawn id-dokumenti jiġu trażmessi f'format pdf jew fi kwalunkwe format ieħor aċċettat mill-applikazzjoni. Informazzjoni dettaljata dwar produtturi ta' pajjiżi terzi tippermetti lill-Kummissjoni tippromwovi infurzar aktar effikaċi f'dawk il-pajjiżi u tgħin biex tnaqqas l-għadd ta' prodotti li joħolqu riskju lill-konsumaturi esportati fl-UE.

(c)

Kull meta jkun possibbli, informazzjoni dwar minn fejn eżattament ikun disponibbli l-prodott (ħanut ewlieni, ħanut jew suq lokali, onlajn, eċċ.).

(d)

Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli għall-prodott innotifikat, inkluż in-numru ta' referenza u l-isem tal-leġiżlazzjoni u l-istandards applikabbli.

(e)

Id-deskrizzjoni tar-riskji tal-prodott innotifikat, inkluża deskrizzjoni tar-riżultati tal-laboratorju jew testijiet viżivi, rapporti tat-testijiet u ċertifikati li juru nuqqas ta' konformità tal-prodott innotifikat mar-rekwiżiti tas-sigurtà, valutazzjoni sħiħa tar-riskju flimkien mal-konklużjonijiet u l-informazzjoni dwar aċċidenti jew inċidenti magħrufa (ara l-Parti I il-Kapitolu 3.3.1 ta' dawn il-Linji Gwida).

(f)

Informazzjoni dwar il-ktajjen ta' provvista tal-prodott innotifikat fl-Istati Membri, u, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' destinazzjoni, flimkien ma' informazzjoni dwar l-importaturi, kif ukoll, jekk ikun hemm, dwar id-distributuri tal-prodott innotifikat fl-Ewropa.

(g)

Informazzjoni dwar miżuri meħuda, b'mod partikolari, it-tip (obbligatorji jew volontarji), kategorija (pereż. l-irtirar mis-suq, sejħa lura mingħand il-konsumaturi), il-kamp ta' applikazzjoni (pereż. nazzjonali, lokali), u d-data tad-dħul fis-seħħ u t-tul ta' żmien tal-miżura (pereż. permanenti, temporanja).

(h)

Indikazzjoni ta' jekk in-notifika, parti minnha u / jew l-hemża/iet humiex koperti bil-kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità dejjem ikunu akkumpanjati minn ġustifikazzjoni li tiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet għal din it-talba.

(i)

Informazzjoni dwar jekk il-prodott hux falz, meta jkun hemm. Għal din il-fini, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b'kull għodda speċifika li jkun hemm fil-livell Ewropew biex tiffaċilita l-identifikazzjoni ta' prodotti foloz.

(j)

Informazzjoni dwar inċidenti rrappurtati li jkunu relatati mal-prodott, jindikaw meta jkun possibbli r-raġunijiet tal-inċident (riskju relatat mal-użu mill-utent jew inerenti għall-prodott).

(k)

Informazzjoni addizzjonali dwar jekk in-notifika tkunx intbagħtet fil-kuntest ta' attività ta' infurzar ikkoordinata fil-livell Ewropew.

(l)

Informazzjoni dwar jekk l-awtoritajiet ta' Stat Membru jipprevedux li jintbagħtu notifiki oħrajn relatati mal-istess prodott jew ma' prodotti simili. Jenħtieġ li dan ikun indikat fin-notifika oriġinali.

L-Istati Membri huma mħeġġa jfittxu u jipprovdu informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista tal-prodott innotifikat fil-pajjiżi li mhumiex fl-UE li jikkooperaw mill-qrib mal-UE dwar is-sigurtà tal-prodotti.

3.2.2   Kompletezza tad-data

Jenħtieġ li n-notifiki jkunu kemm jista' jkun kompluti. L-elementi li jrid ikun hemm fin-notifika huma elenkati fl-Appendiċi 1 ta' dawn il-Linji Gwida u huma inklużi fl-applikazzjoni tar-RAPEX. Jenħtieġ li l-kaxxi kollha tal-mudell tan-notifika jkunu kompluti bid-data meħtieġa. Meta l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli fil-mument li tintbagħat notifika, dan ikun indikat b'mod ċar u jkun spjegat fil-formola mill-Istat Membru notifikanti. Ladarba l-informazzjoni nieqsa ssir disponibbli, l-Istat Membru notifikanti jaġġorna n-notifika tiegħu. In-notifika aġġornata tiġi eżaminata mill-Kummissjoni qabel ma tiġi vvalidata u distribwita permezz tas-sistema.

Il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kollha li jipparteċipaw fin-netwerk tar-RAPEX bl-istruzzjonijiet dwar l-ambitu tad-data meħtieġa biex jimlew in-notifika. Dan jgħin biex jiżgura li l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-awtoritajiet lill-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX tkun korretta u kompluta (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1).

Meta parti mill-informazzjoni meħtieġa minn dawn il-Linji Gwida tkun għadha mhix disponibbli, ikun jenħtieġ li l-Istati Membri xorta waħda jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti u ma jdumux biex jibagħtu n-notifika tar-RAPEX dwar prodott li joħloq riskju fatali għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi jew ta' utenti aħħarija oħrajn u / jew meta notifika tar-RAPEX tkun teħtieġ azzjoni ta' emerġenza mill-Istati Membri.

Qabel ma jippreżenta notifika, il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX jivverifika (biex jevita kwalunkwe duplikazzjoni inutli) li l-prodott ikkonċernat ma jkunx diġà ġie nnotifikat permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX minn Stat Membru ieħor. Jekk il-prodott ikun diġà ġie nnotifikat, minflok joħloq notifika ġdida, il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX jibgħat notifika ta' segwitu għan-notifika eżistenti u jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali li tista' tkun rilevanti għall-awtoritajiet fi Stati Membri oħra, bħal numri ta' identifikazzjoni tal-vetturi addizzjonali, lista dettaljata tal-importaturi u d-distributuri, rapporti addizzjonali tat-test, eċċ. (Ara wkoll il-Parti II, Kapitolu 5.1).

3.2.3   Aġġornament tad-data

L-Istat Membru notifikanti jinforma lill-Kummissjoni (kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-iskadenzi speċifikati fl-Appendiċi 4 tal-Linji Gwida) b'kull żvilupp li jeħtieġ bidliet għal notifika trażmessa permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX. B'mod partikolari, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull bidla (pereż. wara deċiżjoni minn qorti matul proċedura ta' appell) dwar l-istatus tal-miżuri nnotifikati, dwar il-valutazzjoni tar-riskju u dwar id-deċiżjonijiet ġodda dwar il-kunfidenzjalità.

Il-Kummissjoni teżamina l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru notifikanti u taġġorna l-informazzjoni kkonċernata fl-applikazzjoni tar-RAPEX u fuq is-sit tar-RAPEX, meta jkun meħtieġ.

3.2.4   Responsabbiltà għall-informazzjoni trażmessa

Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni pprovduta hija tal-Istat Membru notifikanti (22).

L-Istat Membru notifikanti u l-awtorità nazzjonali responsabbli jiżguraw li d-data pprovduta permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX tkun preċiża biex tiġi evitata kull konfużjoni ma' prodotti simili tal-istess kategorija jew tip li jkunu disponibbli fis-suq tal-UE.

L-awtorità/ajiet involuti fil-proċedura ta' notifika (pereż. billi jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott innotifikat jew billi jipprovdu informazzjoni dwar il-kanali tad-distribuzzjoni) jieħdu r-responsabbiltà għall-informazzjoni pprovduta permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX. Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX jivverifika u jivvalida n-notifiki kollha li jaslu mingħand l-awtoritajiet responsabbli qabel ma jittrażmettihom lill-Kummissjoni (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1).

Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni, bħall-eżami ta' notifiki, il-validazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit tar-RAPEX, ma timplika l-ebda preżunzjoni ta' responsabbiltà għall-informazzjoni trażmessa, li tibqa' tal-Istat Membru notifikanti.

3.3   Atturi u rwoli involuti fil-proċess tan-notifika

Il-partijiet involuti fil-proċess ta' notifika u r-responsabbiltajiet tagħhom huma dawn li ġejjin:

3.3.1   Operaturi ekonomiċi

L-operaturi ekonomiċi mhumiex involuti direttament fil-preżentazzjoni ta' notifiki fl-applikazzjoni tar-RAPEX.

Madankollu, f'każ li prodott li joħloq riskju, l-operaturi ekonomiċi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha fejn hu disponibbli l-prodott. Il-kundizzjonijiet u d-dettalji biex tiġi pprovduta din l-informazzjoni tinsab fl-Anness I tad-DSĠP.

Din l-informazzjoni tiġi ttrattata mill-Istat Membru ta' fejn ikun stabbilit il-produttur/distributur (“l-Istat Membru Ewlieni”).

It-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti li joħolqu riskju jistgħu jintbagħtu mill-operaturi ekonomiċi permezz tal-“Product Safety Business Alert Gateway”, għodda li tinsab fis-sit tar-RAPEX (ara l-Parti II il-Kapitolu 5.3.2). Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jinkludu deskrizzjoni dettaljata tar-riskju tal-prodott u jkunu jistgħu jużaw ir-“RAG tool” disponibbli għal din il-fini (ara l-Parti I il-Kapitolu 5.3).

Il-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-operaturi ekonomiċi mhumiex vinkolanti għall-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għat-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess. Huwa għalhekk possibbli li awtorità ta' Stat Membru tasal għal konklużjoni differenti fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju pprovdut fi twissija mibgħuta permezz tal-“Business Gateway”.

3.3.2   L-awtoritajiet tal-Istati Membri

L-awtoritajiet tal-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX bil-miżuri obbligatorji u volontarji meħuda fit-territorju tagħhom fil-konfront ta' prodotti li joħolqu riskju.

L-Istati Membri jistabbilixxu r-rwoli għall-ħolqien, il-preżentazzjoni u s-segwitu tan-notifiki fir-RAPEX.

3.3.3   Awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli fil-fruntieri esterni

Jenħtieġ li miżuri adottati mill-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli tal-fruntieri esterni li jimpedixxu l-kummerċjalizzazzjoni fl-UE ta' prodott għall-konsumatur li joħloq riskju serju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi (pereż. id-deċiżjonijiet li jwaqqfu l-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-UE) ikunu notifikati lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX bl-istess mod kif jiġu nnotifikati miżuri adottati minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu ta' prodott.

3.3.4   Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX (ara l-Parti II, Kapitolu 5.1) bi prodotti li joħolqu riskji serji, importati fil-Komunità u fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew esportati minnhom (23).

Il-Kummissjoni tista' tittrażmetti informazzjoni lill-Istati Membri dwar prodotti, ta' oriġini mill-UE u mhux mill-UE, li joħolqu riskju u li skont informazzjoni disponibbli, x'aktarx li jkunu fis-suq tal-UE. Dan jikkonċerna prinċipalment informazzjoni li l-Kummissjoni tirċievi minn pajjiżi terzi, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn negozji jew minn sistemi ta' twissija bikrija oħrajn.

Din l-informazzjoni tista' tiġi ċċirkolata fost l-Istati Membri b'mezzi oħrajn li mhumiex l-applikazzjoni tar-RAPEX.

3.4   Fluss tax-xogħol

3.4.1   Il-ħolqien ta' notifika

3.4.1.1   Minn awtorità nazzjonali

Skont l-arranġamenti nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali differenti involuti fil-proċess tar-RAPEX (l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq lokali/reġjonali, l-awtoritajiet tal-kontroll fil-fruntieri esterni, eċċ.) jistgħu jitħallew joħolqu notifika.

3.4.1.2   Mill-Kummissjoni

F'ċerti każijiet, il-Kummissjoni tista' toħloq notifika kif spjegat fil-punt 3.3.4.

3.4.2   Preżentazzjoni ta' notifiki mill-Kummissjoni

Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX huwa responsabbli għall-preżentazzjoni tan-notifiki kollha għall-validazzjoni mill-Kummissjon. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1)

3.4.3   Eżaminar tan-notifiki mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tivverifika n-notifiki kollha li tirċievi permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX qabel ma tittrażmettihom lill-Istati Membri biex tiżgura li dawn ikunu korretti u kompluti.

3.4.3.1   Korrettezza

Meta tevalwa l-korrettezza tan-notifika, il-Kummissjoni tivverifika b'mod partikolari li:

(a)

In-notifika tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti fid-DSĠP jew fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f'dawn il-Linji Gwida;

(b)

il-prodott innotifikat ma jkunx għadu ġie nnotifikat (biex tevita kull duplikazzjoni inutli, inkluż bejn l-ICSMS u RAPEX);

(c)

in-notifika mibgħuta għall-validazzjoni mill-Istat Membru notifikanti tiġi kklassifikata skont il-kriterji stabbiliti fil-Parti II il-Kapitolu 2 ta' dawn il-Linji Gwida;

(d)

l-informazzjoni pprovduta inkluża l-valutazzjoni tar-riskju tqis dovutament il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-istandards rilevanti;

(e)

intużat il-proċedura ta' notifika t-tajba.

3.4.3.2   Kompletezza

Ladarba n-notifika tiġi kkonfermata bħala korretta, il-Kummissjoni tivverifika li tkun kompluta. Il-Parti II, il-Kapitoli 3.2.1 u 3.2.2 tal-Linji Gwida jintużaw bħala punt ta' referenza. Tingħata attenzjoni speċjali lill-partijiet tan-notifika dwar l-identifikazzjoni tal-prodott, id-deskrizzjoni tar-riskji, il-miżuri, it-traċċabilità u l-kanali tad-distribuzzjoni.

Il-Kummissjoni mhix responsabbli għall-prestazzjoni ta' valutazzjoni tar-riskju tal-prodott, imma biss biex tivverifika li n-notifika tkun tinkludi valutazzjoni tar-riskju xierqa li jkun fiha l-elementi kollha elenkati fil-Parti II tal-Kapitolu 3.2.1 ta' dawn il-Linji Gwida (bl-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punt 3.4.3.3). Ara wkoll il-Parti I il-Kapitolu 5.1 ta' dawn il-Linji Gwida.

3.4.3.3   Validazzjoni tan-notifiki mingħajr valutazzjoni tar-riskju dettaljata.

L-Istati Membri jenħtieġ li jissottomettu valutazzjoni tar-riskju għal kull notifika, iżda f'ċerti każijiet, il-Kummissjoni tista' tivvalida notifiki li jintbagħtu mingħajr valutazzjoni tar-riskju dettaljata u individwali:

(a)   Notifiki ta' prodotti li joħolqu riskji kimiċi

Il-livell ta' riskju ta' prodott jista' jkun ikkunsidrat li jkun serju jekk ikun fih sustanza kimika li jew tkun ipprojbita jew tkun f'konċentrazzjoni ogħla mil-limitu stabbilit mil-leġiżlazzjoni Ewropea. Għalhekk, f'każijiet meta jittieħdu miżuri fil-konfront ta' prodotti li jkun fihom sustanza kimika soġġetta għal restrizzjoni li tinsab fil-Leġiżlazzjoni tal-UE, tista' tintbagħat notifika mingħajr valutazzjoni tar-riskju dettaljata.

(b)   Notifiki ta' prodotti kożmetiċi

Validazzjoni tan-notifiki li ma jkunux jinkludu valutazzjoni tar-riskju dettaljata jistgħu jkunu possibbli bl-istess mod għall-prodotti kożmetiċi li jkun fihom sustanzi pprojbiti jew ristretti, li jkunu appoġġati minn opinjoni tal-kumitat xjentifiku tal-UE li jsostni li tali preżenza ta' sustanzi 'l fuq mil-limiti stabbiliti joħloq riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Għal dan is-settur tal-prodott speċifiku, jista' jkun hemm fatturi oħrajn (eż, il-konċentrazzjoni jew iż-żmien tal-esponiment) li jista' jkun hemm bżonn li jitqiesu.

Madankollu, jekk ikunu ttieħdu miżuri fil-konfront ta' prodott li fih sustanzi kimiċi mhux awtorizzati li ma ħarġet l-ebda opinjoni xjentifika dwarhom li tikkonferma li l-prodott joħloq riskju, jista' jkun hemm bżonn ta' valutazzjoni tar-riskju xierqa skont analiżi każ b'każ li turi li l-prodott joħloq riskju serju jew inqas milli serju. F'każijiet meta jkun hemm bżonn ta' valutazzjoni tar-riskju, jekk dik il-valutazzjoni tar-riskju ma tkunx ipprovduta, dawn il-każijiet għandhom ikunu vvalidati biss “għall-informazzjoni” fir-RAPEX.

Fir-rigward ta' prodotti li huma soġġetti għal miżuri restrittivi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq abbażi tal-preżenza ta' sustanza kimika msemmija fil-lista tal-ingredjenti li tkun soġġetta għal restrizzjonijiet imsemmijin fil-Leġiżlazzjoni tal-UE u meta ma jkun hemm l-ebda data xjentifika li tivvaluta r-riskju, in-notifiki jkun hemm bżonn li jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ. F'każ meta jkun hemm bżonn ta' valutazzjoni tar-riskju, jekk dik il-valutazzjoni tar-riskju ma tkunx ipprovduta, dawn il-każijiet għandhom ikunu vvalidati biss “għall-informazzjoni” fir-RAPEX.

(c)   Notifiki ta' prodotti oħrajn

Meta jkun hemm evidenza dokumentata sew li ċerti fatturi ta' ċerti prodotti jwasslu konsistentement għal riskju u livell ta' riskju speċifiċi (pereż. il-preżenza ta' kwalunkwe qfieli jew lazzijiet funzjonali fir-ras, l-għonq jew il-parti ta' fuq tas-sider fuq ħwejjeġ maħsuba għal tfal żgħar dejjem jimplikaw riskju serju), ma jkun hemm bżonn tal-ebda valutazzjoni tar-riskju ulterjuri għal dak il-prodott partikolari.

3.4.3.4   Talbiet għal informazzjoni addizzjonali

Jekk, matul l-eżami, il-Kummissjoni jkollha mistoqsijiet dwar in-notifika, din tista' tissospendi l-validazzjoni tan-notifika u titlob lill-Istat Membru notifikanti għal informazzjoni jew kjarifika addizzjonali. Din l-informazzjoni addizzjonali hi pprovduta mill-Istat Membru notifikanti sal-iskadenza speċifikata fit-talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni.

3.4.3.5   Investigazzjoni

Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' twettaq investigazzjoni biex tivvaluta s-sigurtà ta' prodott. Din l-investigazzjoni tista' titwettaq b'mod partikolari meta jkun hemm dubji serji dwar ir-riskji maħluq mill-prodott innotifikat permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX. Dawn id-dubji jistgħu jew jinqalgħu waqt l-eżami ta' notifika mill-Kummissjoni jew jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni minn Stat Membru (pereż. permezz ta' notifika ta' segwitu) jew minn parti terza (pereż. produttur).

Bħala parti minn tali investigazzjonijiet, il-Kummissjoni tista', b'mod partikolari:

(a)

tistaqsi lil kwalunkwe Stat Membru jipprovdi informazzjoni jew kjarifika;

(b)

titlob valutazzjoni tar-riskju indipendenti u ttestjar indipendenti (f'laboratorju jew viżiv) tal-prodott investigat;

(c)

tikkonsulta lill-Kumitati Xjentifiċi, liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jew lil kwalunkwe istituzzjoni oħra speċjalizzata fis-sigurtà tal-prodotti tal-konsumaturi;

(d)

tlaqqa' lill-Kumitat tad-DSĠP, lin-Netwerk tas-Sigurtà tal-Konsumaturi u / jew lill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX, kif ukoll tikkonsulta mal-Gruppi ta' Ħidma rilevanti biex tiddiskuti l-iżviluppi f'investigazzjoni.

Meta l-investigazzjoni tikkonċerna prodott innotifikat permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-validazzjoni ta' notifika jew, meta tali notifika tkun diġà ġiet ivvalidata u mqassma permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX, tneħħi temporanjament ir-rapport ġenerali ppubblikat fis-sit tar-RAPEX. Wara investigazzjoni, u skont ir-riżultat, il-Kummissjoni (wara li tikkonsulta lill-Istat Membru notifikanti, meta jkun meħtieġ) tista' b'mod partikolari tivvalida u tqassam permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX in-notifika li qabel kienet sospiża, tilqa' n-notifika vvalidata fl-applikazzjoni tar-RAPEX (bi kwalunkwe tibdil) jew tirtira b'mod permanenti n-notifika mir-RAPEX.

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri b'li ġej:

(a)

id-deċiżjoni tagħha li tniedi investigazzjoni, fejn tiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;

(b)

id-deċiżjoni tagħha li tagħlaq investigazzjoni, filwaqt li tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u l-bidliet fin-notifika/i investigati (jekk ikun hemm);

(c)

l-iżviluppi rilevanti kollha matul l-investigazzjoni.

3.4.4   Validazzjoni u distribuzzjoni tan-notifiki

Il-Kummissjoni tivvalida u tqassam permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX, sal-iskadenzi speċifikati fl-Appendiċi 5 tal-Linji Gwida, in-notifiki kollha vvalutati bħala korretti u kompluti matul l-eżami.

Meta, matul l-eżami, tkun intbagħtet talba għal informazzjoni jew kjarifika addizzjonali lill-Istat Membru notifikanti (segwita minn tfakkira, jekk ikun hemm bżonn), il-Kummissjoni tista' tieħu d-deċiżjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-informazzjoni jew kjarifika addizzjonali mitluba tkun ingħatat, il-Kummissjoni terġa' teżamina n-notifika u tista' tivvalidaha bi klassifikazzjoni mibdula meta jkun meħtieġ (pereż. minn “Notifika għall-informazzjoni” għal “notifika tal-Artikolu 12”) jew iżżommha temporanjament sakemm ikun hemm kjarifika ulterjuri;

(b)

meta l-informazzjoni jew il-kjarifika addizzjonali mitluba ma tkunx ingħatat saż-żmien speċifikat jew ma tkunx biżżejjed, il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija u, skont iċ-ċirkustanzi, tista' jew tivvalidaha wara bdil fil-klassifikazzjoni (pereż. minn “notifika tal-Artikolu 12” għal “Notifika għall-informazzjoni”) jew tiddeċiedi li ma tivvalidahiex.

Ladarba jkun hemm qbil bejn l-Istati Membri dwar approċċ komuni għall-valutazzjoni tar-riskju u / jew għall-infurzar, skont iċ-ċirkostanzi u l-opinjonijiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

iżżomm in-notifiki kkonċernati fl-applikazzjoni tar-RAPEX;

(b)

tibdel il-klassifikazzjoni tan-notifiki miżmuma fl-applikazzjoni tar-RAPEX;

(c)

tirtira n-notifiki mir-RAPEX (24).

3.4.5   Pubblikazzjoni ta' notifiki

3.4.5.1   Divulgazzjoni tal-informazzjoni bħala regola ġenerali

Il-pubbliku għandu d-dritt li jkun infurmat bil-prodotti li joħolqu riskju. Biex tissodisfa dan l-obbligu, il-Kummissjoni tippubblika rapporti ġenerali dwar in-notifiki l-ġodda fuq is-sit tar-RAPEX (25).

Għal raġunijiet ta' komunikazzjoni esterna, fil-futur is-sit web tar-RAPEX se jissejjaħ “Safety Gate”.

Bl-istess mod, l-Istati Membri jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni fil-lingwi nazzjonali dwar prodotti li joħolqu riskju serju għall-konsumaturi u dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw dan ir-riskju. Din l-informazzjoni tista' titqassam bl-internet, fuq karta, bil-midja elettronika, eċċ.

L-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku hija sommarju ta' notifika u tinkludi b'mod partikolari l-elementi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott kif ukoll l-informazzjoni dwar ir-riskji u l-miżuri meħuda biex jipprevjenu jew jirrestrinġu dawk ir-riskji. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiżvelaw elementi oħrajn tan-notifiki lill-pubbliku biss, meta din l-informazzjoni, minħabba n-natura tagħha, ma tkunx kunfidenzjali (sigrieti professjonali) u ma jkunx hemm bżonn li tkun imħarsa.

In-notifiki li ġejjin ikunu aċċessibbli mis-sit tar-RAPEX, b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 16 tad-DSĠP:

(a)

notifiki mibgħuta koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 12 tad-DSĠP;

(b)

notifiki mibgħuta koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(c)

notifiki mibgħuta koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-DSĠP għall-prodotti li joħolqu riskju inqas milli serju, li l-effett transfruntiera tagħhom ikun ġie rikonoxxut ukoll. Kif jipprevedi l-Kapitolu 3.4, l-effett transfruntiera jiżgura jekk dak ix-xenarju jkunx irid jiġi nnotifikat skont l-Artikolu 11;

(d)

in-notifiki mibgħuta koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jikkonċerna prodotti li jippreżentaw riskji inqas milli serji u irrispettivament minn jekk il-miżuri meħuda jkunux obbligatorji jew volontarji (26);

(e)

notifiki mibgħuta għall-informazzjoni biss jekk l-Istat Membru notifikanti jkun xtaq hekk billi mmarka l-kaxxa ad hoc fir-RAPEX, speċjalment meta jkunu adottati miżuri volontarji u l-prodotti kkonċernati jiġu identifikati biżżejjed. Il-pubblikazzjoni ta' dawn in-notifiki jista' jkun li jkun jeħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-perspettiva ta' żgurar ta' ġestjoni tar-riskju xierqa.

3.4.5.2   Eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali

Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni lill-pubbliku dwar prodott innotifikat permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX jekk dik id-divulgazzjoni timmina l-protezzjoni ta' attivitajiet proċedurali tal-qorti, ta' monitoraġġ u ta' investigazzjoni jew segretezza professjonali, ħlief informazzjoni relatata mal-proprjetajiet tas-sigurtà tal-prodotti li jridu jiġu żvelati lill-pubbliku jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jitolbu hekk biex jitħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jew, f'każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 765/2008, biex jipproteġu wkoll interessi pubbliċi rilevanti oħrajn tal-utenti aħħarija (27).

3.4.5.3   Talbiet għall-kunfidenzjalità

Stat Membru notifikanti jista' jitlob il-kunfidenzjalità ta' notifika. Talba bħal din tindika b'mod ċar il-parti(jiet) tan-notifika li jenħtieġ li jibqgħu kunfidenzjali.

Barra minn hekk, kull talba għall-kunfidenzjalità tkun akkumpanjata b'ġustifikazzjoni li tiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet (28).

Talbiet għall-kunfidenzjalità jkunu suġġetti għal eżami mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tivverifika li t-talba tkun kompluta (jiġifieri li tiddikjara liema partijiet tan-notifika jkunu koperti bil-kunfidenzjalità u li jkun fiha ġustifikazzjoni) u ġustifikata (jiġifieri li tkun fi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-DSĠP u dawn il-Linji Gwida). Deċiżjoni dwar il-validità tat-talba tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX rispettiv. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

3.4.5.4   Trattament ta' notifiki koperti mill-kunfidenzjalità

L-Artikolu 16(2) tad-DSĠP jgħid li l-protezzjoni tas-segretezza jew tal-kunfidenzjalità professjonali ma għandhiex timpedixxi d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw l-effikaċja tal-monitoraġġ tas-suq u l-attivitajiet ta' sorveljanza. In-notifiki koperti parzjalment jew kompletament mill-kunfidenzjalità jiġu eżaminati mill-Kummissjoni u, wara li jkunu ġew ivvalidati u distribwiti permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX, ikunu suġġetti għall-attivitajiet ta' segwitu tas-soltu mill-Istati Membri. Il-kunfidenzjalità ta' notifika jew ta' partijiet minnha ma żżommhiex milli tiġi ttrattata u ddistribwita permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

L-unika differenza sinifikanti fit-trattament u fil-proċeduri ta' segwitu hi li jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jikxfu l-ebda parti min-notifika li tkun kunfidenzjali lill-pubbliku. Dawn il-partijiet iridu jibqgħu kunfidenzjali u b'hekk jenħtieġ li ma jiġu ppubblikati fl-ebda forma. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX jiżguraw li din tkun protetta meta jwettqu l-attivitajiet tagħhom.

3.4.5.5   Irtirar ta' talba għall-kunfidenzjalità

L-Istat Membru notifikanti jirtira t-talba tiegħu għall-kunfidenzjalità immedjatament wara li l-awtorità f'dak l-Istat Membru ssir konxja li l-ġustifikazzjoni għal talba bħal din ma tibqax valida, u jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kollha bl-irtirar tal-kunfidenzjalità mal-wasla ta' tali talba mill-Istat Membru notifikanti.

Notifika li ma tkunx għadha koperta bil-kunfidenzjalità, sħiħa jew parzjali, issir disponibbli għall-pubbliku skont ir-“regoli ġenerali” li japplikaw għall-pubblikazzjoni tan-notifiki stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida.

3.4.6   Segwitu għan-notifiki

3.4.6.1   Segwitu għat-tipi differenti ta' notifiki

L-Istati Membri jiżguraw segwitu xieraq għan-“notifiki tal-Artikolu 12”, għan-“notifiki tal-Artikolu 12 li jeħtieġu azzjoni ta' emerġenza”, għan-notifiki skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u għall-informazzjoni dwar prodotti li joħolqu riskju mibgħuta mill-Kummissjoni (il-Kapitolu 3.3.4) malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard mill-iskadenzi speċifikati fl-Appendiċi 4 ta' dawn il-Linji Gwida.

Notifiki għall-informazzjoni kif ukoll notifiki skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP u notifiki skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (notifika għal riskji inqas milli serji) ma jeħtieġu l-ebda attività ta' segwitu speċifika. Spiss dawn in-notifiki ma jkunx fihom id-data meħtieġa għall-infurzar effikaċi u effiċjenti fir-rigward tal-prodott notifikat (pereż. il-prodott notifikat u / jew il-miżuri ma jkunux identifikati sew) jew il-livell tar-riskju ma jkunx meqjus serju.

Għalkemm ma hemm l-ebda bżonn speċifiku għal segwitu fil-każijiet riferuti, xorta importanti li l-Istati Membri jivverifikaw jaqblux mal-kunsiderazzjoni tar-riskju bħala inqas milli serju biex eventwalment jagħmlu segwitu għall-informazzjoni ta' valutazzjoni tar-riskju differenti. L-Istati Membri huma b'hekk imħeġġa jiżguraw segwitu għal dawn in-notifiki meta l-prodott innotifikat x'aktarx li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi fis-suq tagħhom u l-identifikazzjoni tal-prodott tippermetti li jittieħdu miżuri.

3.4.6.2   L-objettivi tal-attivitajiet ta' segwitu

Mal-wasla ta' notifika, l-Istat Membru jeżamina l-informazzjoni pprovduta fin-notifika u jieħu azzjoni xierqa biex:

(a)

jistabbilixxi jekk il-prodott kienx ikkummerċjalizzat fit-territorju tiegħu;

(b)

jivvaluta x'miżuri preventivi jew restrittivi jenħtieġ li jittieħdu fir-rigward tal-prodott innotifikat li jinstab fis-suq tiegħu, wara li jiġu kkunsidrati l-miżuri meħuda mill-Istat Membru notifikanti u kull ċirkostanzi speċjali li tista' tiġġustifika tipi differenti ta' miżuri meħuda jew in-nuqqas ta' azzjoni;

(c)

iwettaq valutazzjoni tar-riskju u ttestjar addizzjonali tal-prodott innotifikat, jekk ikun hemm bżonn;

(d)

jiġbor kull informazzjoni addizzjonali li tista' tkun rilevanti għal Stati Membri oħrajn (pereż. informazzjoni dwar kanali ta' distribuzzjoni tal-prodott innotifikat fi Stati Membri oħrajn).

3.4.6.3   Tekniki ta' segwitu

Biex jiġu żgurati sistemi effiċjenti u effikaċi ta' segwitu, jenħtieġ li jintużaw l-aħjar prattiki ta' tekniki ta' segwitu użati mill-awtoritajiet nazzjonali, inklużi:

(a)   Verifiki fis-suq

L-awtoritajiet nazzjonali jorganizzaw verifiki (ippjanati u aleatorji) fis-suq b'mod regolari sabiex jistabbilixxu jekk il-prodotti tal-konsumatur innotifikati permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX ikunux disponibbli għall-konsumaturi. Meta jissemma l-Istat Membru bħala pajjiż destinatarju, għandhom isiru verifiki rinforzati fis-suq, partikolarment billi jiġu kkuntattjati l-operatur(i) ekonomiċi indikati fin-notifika.

(b)   Kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet tan-negozju

Meta jkun hemm bżonn, l-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu rapporti ġenerali tan-notifiki l-aktar reċenti lill-assoċjazzjonijiet tan-negozju u jistħarrġu jekk xi wieħed mill-prodotti nnotifikati kienx prodott jew distribwit mill-membri tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu lin-negozji biss sommarji ta' notifiki, bħar-rapporti ġenerali ta' kull ġimgħa ppubblikati fis-sit tar-RAPEX. Jenħtieġ li ma jintbagħtux notifiki sħaħ lil terzi, billi ċerta informazzjoni (pereż. id-dettalji tad-deskrizzjoni tar-riskju jew l-informazzjoni dwar il-kanali tad-distribuzzjoni) spiss tkun kunfidenzjali u jenħtieġ li tkun protetta.

(c)   Il-pubblikazzjoni tad-data tar-RAPEX bl-Internet jew permezz ta' midja elettronika jew stampata fuq il-karti oħra

L-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumaturi regolarment iwissu lill-konsumaturi u lin-negozji dwar il-prodotti għall-konsumaturi nnotifikati bl-applikazzjoni tar-RAPEX permezz tas-siti tagħhom u / jew ta' mezzi oħrajn, pereż. billi jirreferu lill-konsumaturi u lin-negozji għas-sit tar-RAPEX. L-informazzjoni ppubblikata b'dan il-mod tippermetti lill-konsumaturi jivverifikaw ikollhomx jew jużawx prodotti li joħolqu riskju u spiss tipprovdi lill-awtorità b'reazzjonijiet utli.

(d)   Verifiki onlajn

L-awtoritajiet nazzjonali jwettqu kontrolli onlajn b'mod regolari biex jippruvaw jidentifikaw jekk prodott innotifikat permezz tar-RAPEX ikunx disponibbli fis-swieq onlajn. It-tekniki ta' verifika onlajn jistgħu jinkludu crawling tas-siti web, estrazzjoni tad-data, scraping tad-data, eċċ.

L-awtoritajiet nazzjonali japplikaw diversi tekniki ta' segwitu b'mod parallel u idealment ma jillimitawx l-attivitajiet tagħhom għal waħda minnhom biss.

L-Istat Membru li l-manifattur, ir-rappreżentant jew l-importatur tal-prodott innotifikat ikun stabbilit fih (“l-Istat Membru Ewlieni”) jiżgura segwitu xieraq għan-notifiki mqassma permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX. Ħafna drabi “l-Istat Membru Ewlieni” spiss ikollu mezzi legali u tekniċi aħjar biex jikseb informazzjoni dwar il-każ innotifikat li tgħin lill-Istati Membri l-oħrajn biex jagħmlu segwitu effikaċi.

3.4.7   Irtirar/tneħħija ta' notifiki

3.4.7.1   Irtirar permanenti ta' notifika mir-RAPEX.

Notifiki mqassma permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX jinżammu fis-sistema għal perjodu ta' żmien illimitat. Il-Kummissjoni tista', madankollu, fis-sitwazzjonijiet ippreżentati f'dan il-Kapitolu, tirtira b'mod permanenti notifika mir-RAPEX.

3.4.7.1.1   Sitwazzjonijiet meta jkun possibbli l-irtirar ta' notifika mibgħuta jew ivvalutata

(a)

Meta jkun hemm prova li waħda jew aktar mill-kriterji tan-notifika (29) ma jkunux intlaħqu u għalhekk in-notifika ma tkunx iġġustifikata. B'mod partikolari dan jikkonċerna każijiet meta jiġi stabbilit li l-valutazzjoni tar-riskju oriġinali tkun saret ħażin u li l-prodott innotifikat ma jkunx joħloq riskju. Dan ikopri wkoll sitwazzjonijiet meta l-miżuri nnotifikati jkunu ġew ikkontestati fil-qorti jew fi proċedimenti oħra b'suċċess u ma jkunux għadhom validi.

(b)

Meta ma tkun ittieħdet l-ebda miżura fir-rigward ta' prodott innotifikat permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX (għall-informazzjoni) qabel ma jkun ġie deċiż li jiġu adottati miżuri jew tittieħed azzjoni (30).

(c)

Meta wara diskussjoni fil-livell tal-UE, l-Istati Membri jkunu qablu li mhuwiex utli li jsir skambju ta' informazzjoni dwar ċerti aspetti tas-sigurtà li jkunu ġew innotifikati permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX (31).

(d)

Meta jkun hemm prova li l-prodotti koperti min-notifika ma jkunux għadhom fis-suq u jkun hemm prova li l-oġġetti kollha li kienu saru disponibbli għall-konsumaturi jkunu diġà ġew irtirati mis-suq u rkuprati fl-Istati Membri kollha.

Ma jistax jintalab l-irtirar ta' notifika li tkun intbagħtet jew ġiet ivvalidata fuq il-bażi tal-fatt li l-prodott innotifikat kien suġġett għat-tibdil meħtieġ biex isir konformi mar-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli kollha, sakemm ma tingħatax prova li l-prodotti (l-oġġetti) kollha kkonċernati li kienu disponibbli għall-konsumaturi jkunu ġew irtirati u rkuprati fl-Istati Membri kollha u li ma għadhomx fis-suq.

3.4.7.1.2   Talba għal irtirar permanenti jew temporanju mill-Istati Membri

Il-Kummissjoni tista' tirtira notifiki mir-RAPEX fuq talba tal-Istat Membru notifikanti biss, hekk kif dan tal-aħħar jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-informazzjoni trażmessa permezz tas-sistema. Madankollu, l-Istati Membri l-oħrajn huma mħeġġa jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull fatt li jista' jiġġustifika l-irtirar.

3.4.7.1.3   Kontenut tat-talba għal irtirarpermanenti jew temporanju

Kull talba għall-irtirar tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif ukoll mid-dokumenti kollha disponibbli li jsostnu dawn ir-raġunijiet. Il-Kummissjoni teżamina kull talba u tivverifika b'mod partikolari l-ġustifikazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn. Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali, kjarifika jew l-opinjoni tal-Istat Membru notifikanti u / jew tal-Istati Membri l-oħra qabel ma tieħu kull deċiżjoni.

3.4.7.1.4   Deċiżjoni tal-irtirar

Jekk, abbażi tal-ġustifikazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirtira notifika mir-RAPEX, din għandha titneħħa:

(a)

mill-applikazzjoni tar-RAPEX (jew inkella ssir inviżibbli għall-utenti kollha tas-sistema);

(b)

mis-sit tar-RAPEX (jekk ikun hemm bżonn).

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kollha bl-irtirar tan-notifika bil-posta jew b'mezzi oħra daqstant effikaċi u, jekk ikun hemm bżonn, ikun infurmat ukoll il-pubbliku bil-pubblikazzjoni ta' rettifika fuq is-sit web tar-RAPEX.

3.4.7.2   Tneħħija temporanja ta' notifika mis-sit tar-RAPEX

3.4.7.2.1   Sitwazzjonijiet meta l-irtirar temporanju jkun possibbli

Meta jkun iġġustifikat, il-Kummissjoni tista' temporanjament tneħħi notifika mis-sit tar-RAPEX, speċjalment meta l-Istat Membru notifikanti jissuspetta li l-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta f'notifika tkun saret ħażin u b'hekk il-prodott innotifikat ma jistax joħloq riskju. Notifika tista' titneħħa temporanjament mis-sit tar-RAPEX sakemm il-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott innotifikat tiġi ċċarata.

3.4.7.2.2   Talba għal tneħħija temporanja mill-Istati Membri

Il-Kummissjoni tista' tirtira temporanjament in-notifiki mill-applikazzjoni tar-RAPEX biss fuq talba tal-Istat Membru notifikanti, hekk kif dan tal-aħħar jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-informazzjoni trażmessa permezz tal-applikazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri l-oħrajn huma mħeġġa jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull fatt li jista' jiġġustifika dik it-tneħħija.

3.4.7.2.3   Kontenut tat-talba għal tneħħija temporanja

Kull talba għal tneħħija temporanja tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li tagħti r-raġunijiet u mid-dokumenti disponibbli kollha li jsostnu dawn ir-raġunijiet. Il-Kummissjoni teżamina kull talba u tivverifika b'mod partikolari l-ġustifikazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn. Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali, kjarifika jew l-opinjoni tal-Istat Membru notifikanti u / jew tal-Istati Membri l-oħra qabel ma tieħu kull deċiżjoni.

3.4.7.2.4   Deċiżjoni ta' tneħħija

Jekk, fuq il-bażi tal-ġustifikazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tneħħi notifika mis-sit tar-RAPEX, hija tinforma lill-Istati Membri kollha bil-posta elettronika jew b'mezzi oħrajn daqstant effikaċi u, jekk ikun hemm bżonn, tinforma wkoll lill-pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni ta' rettifika fis-sit tar-RAPEX.

3.4.7.2.5   Il-pubblikazzjoni mill-ġdid ta' notifika li tneħħiet temporanjament

L-Istat Membru notifikanti jinforma minnufih lill-Kummissjoni meta r-raġunijiet għat-tneħħija ta' notifika mis-sit tar-RAPEX ma jibqgħux validi. B'mod partikolari, dan jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju ġdida li tippermetti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi jekk iżżommx notifika fl-applikazzjoni tar-RAPEX u tippubblikaha mill-ġdid fis-sit tar-RAPEX jew tirtirahiex definittivament mir-RAPEX (wara talba mill-Istat Membru notifikanti).

Il-Kummissjoni tista' terġa' tippubblika notifika fis-sit tar-RAPEX wara talba ġustifikata mill-Istat Membru notifikanti wara li l-valutazzjoni tar-riskju tkun ġiet iċċarata.

Il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn bil-pubblikazzjoni mill-ġdid tan-notifika fis-sit tar-RAPEX permezz tal-posta elettronika jew b'mezzi oħrajn daqstant effikaċi, kif ukoll lill-pubbliku billi tissostitwixxi r-rettifika b'oħra ġdida fis-sit tar-RAPEX.

3.4.8   Notifiki eqdem minn għaxar snin

Il-Kummissjoni se tqiegħed in-notifiki kollha li jkunu eqdem minn għaxar snin f'taqsima separata fis-sit tar-RAPEX. Dawn in-notifiki jibqgħu disponibbli għal konsultazzjoni pubblika.

3.5   Iż-żmien u l-iskadenzi għan-notifiki

3.5.1   Iż-żmien għan-notifika

L-Artikolu 12(1) tad-DSĠP u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jirrikjedu li l-Istat Membri jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX bil-miżuri preventivi u restrittivi li jikkonċernaw il-prodotti li joħolqu riskji serji. Din id-dispożizzjoni tapplika kemm għall-miżuri obbligatorji kif ukoll għal dawk volontarji, għalkemm iż-żmien għan-notifika huwa differenti.

(a)   Miżuri obbligatorji

Dawn il-miżuri jiġu nnotifikati permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX immedjatament wara li jiġu adottati jew li tittieħed id-deċiżjoni li jiġu adottati, anki jekk x'aktarx ikun hemm appell kontrihom fil-livell nazzjonali, jekk diġà jkun hemm appell kontrihom jew ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' pubblikazzjoni.

Dan l-approċċ huwa konsistenti mal-għan tar-RAPEX, jiġifieri li jkun żgurat l-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jiġu evitati l-provvista u l-użu ta' prodotti li joħolqu riskju.

(b)   Miżuri volontarji

Skont l-Artikolu 5(3) tad-DSĠP u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-operaturi ekonomiċi huma obbligati jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru kompetenti bl-azzjoni volontarja u bil-miżuri meħuda biex ikunu evitati riskji għall-konsumaturi maħluqa mill-prodotti li jkunu qiegħdu fis-suq (idealment permezz ta' notifika tal-“Business Gateway”). L-awtorità ta' Stat Membru li tirċievi notifika ta' dan it-tip ta' negozju tuża din l-informazzjoni bħala l-bażi għal notifika (jekk il-kriterji tan-notifika kollha jkunu ssodisfati) u tibgħatha immedjatament wara l-wasla tan-notifika tal-“Business Gateway”.

Meta l-miżuri volontarji jkunu adottati fil-forma ta' ftehim bejn operatur ekonomiku u awtorità ta' Stat Membru jew fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni minn awtorità lil produttur jew distributur, tintbagħat notifika immedjatament wara l-konklużjoni ta' tali ftehim jew l-adozzjoni ta' tali rakkomandazzjoni.

Biex tkun żgurata l-applikazzjoni komuni tal-obbligu tan-notifika, il-Parti III, l-Appendiċi 4 tal-Linji Gwida tistipula skadenzi speċifiċi biex jintbagħtu notifiki lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX (32).

3.5.2   Skadenzi (33)

L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri preventivi u restrittivi adottati malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mid-dati ta' skadenza speċifikati fil-Parti III, l-Appendiċi 4 ta' dawn il-Linji Gwida. Hemm arranġamenti xierqa fis-seħħ fil-livell nazzjonali li jikkonċernaw it-trażmissjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-sigurtà tal-prodott u l-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX biex ikun żgurat li jintlaħqu l-iskadenzi. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

L-iskadenzi previsti japplikaw irrispettivament minn kull proċedura ta' appell jew rekwiżit ta' pubblikazzjoni uffiċjali.

3.5.3   Sitwazzjonijiet ta' emerġenza

In-notifiki kollha li jikkonċernaw prodotti li joħolqu riskju serju li jeħtieġu azzjoni ta' emerġenza jkunu preċeduti minn telefonata mill-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX fuq in-numru tat-telefown ċellulari tat-Tim tar-RAPEX tal-Kummissjoni biex tkun iffaċilitata azzjoni immedjata u segwitu. Din ir-regola tapplika b'mod partikolari għal notifiki trażmessi fi tmiem il-ġimgħa jew waqt perjodi ta' vaganza. (Ara wkoll il-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

4    Attivitajiet ta' segwitu

4.1   Komunikazzjoni ta' attivitajiet ta' segwitu

L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull riżultanza sussegwenti għall-attivitajiet ta' segwitu tagħhom fir-rigward tan-notifiki tar-RAPEX (jiġifieri “in-notifiki tal-Artikolu 12” u “n-notifiki li jirrikjedu azzjoni ta' emerġenza” kif ukoll notifiki skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008) u informazzjoni dwar il-prodotti li joħolqu riskju mibgħuta mill-Kummissjoni (il-Kapitolu 3.3.4).

Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull attività ta' segwitu li tirrigwarda n-notifiki għal riskji inqas milli serji u għall-informazzjoni.

4.2   Kontenut għal notifiki ta' segwitu

4.2.1   Ambitu tad-data

Ir-riżultanzi mill-attivitajiet ta' segwitu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fil-forma ta' notifiki ta' segwitu. Biex it-tip ta' informazzjoni tiġi armonizzata u biex il-volum tax-xogħol ikun imminimizzat, l-Istati Membri jibagħtu notifiki ta' segwitu b'mod partikolari fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)   Il-prodott innotifikat ikun instab fis-suq

Notifika ta' segwitu tintbagħat meta l-awtoritajiet nazzjonali jsibu l-prodott innotifikat fis-suq jew fil-fruntiera esterna. Din in-notifika ta' segwitu jkun fiha d-dettalji kollha tal-prodott ikkonċernat (pereż. l-isem, il-marka, in-numru tal-mudell, il-barcode, in-numru tal-lott) flimkien ma' informazzjoni dwar l-għadd totali ta' oġġetti misjuba fis-suq. Barra minn hekk, jiġu kkomunikati d-dettalji tal-miżuri meħuda li ġejjin: it-tip (obbligatorju jew volontarju), il-kategorija (pereż. l-irtirar mis-suq, is-sejħa lura mingħand il-konsumaturi), l-ambitu (pereż. fil-pajjiż kollu, lokalment), id-data tad-dħul fis-seħħ u t-tul taż-żmien (pereż. permanenti, temporanju). Jekk il-prodott notifikat ikun instab fis-suq imma ma jkunu ġew adottati l-ebda miżuri, jenħtieġ li fin-notifika ta' segwitu jingħataw raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikaw għaliex ma ttieħdet l-ebda miżura.

Biex jonqos il-piż minn fuq l-awtoritajiet nazzjonali fir rigward tal-prattika ta' segwitu, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jinfurmaw lill-Kummissjoni (sakemm il-Kummissjoni ma titlobx li tkun infurmata) bil-konklużjonijiet tal-attivitajiet ta' segwitu permezz ta' notifika ta' segwitu meta l-prodott innotifikat ma jkunx jinsab fis-suq.

(b)   Valutazzjoni tar-riskju differenti

Tintbagħat notifika ta' segwitu meta l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtorità tal-Istat Membru reattur jkunu differenti mill-konklużjonijiet stabbiliti fin-notifika oriġinali. Din in-notifika ta' segwitu tinkludi deskrizzjoni dettaljata tar-riskju (inklużi r-riżultati tat-testijiet, valutazzjoni tar-riskju u informazzjoni dwar l-aċċidenti u l-inċidenti magħrufa), flimkien ma' dokumenti ta' sostenn (rapporti tat-test, ċertifikati, eċċ.). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istat Membru reattur jagħti prova li l-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata man-notifika ta' segwitu tiegħu twettqet fuq l-istess prodott notifikat, jiġifieri tal-istess ditta, bl-istess isem, bl-istess numru tal-mudell, bl-istess numru tal-lott, bl-istess oriġini, eċċ.

(c)   Informazzjoni addizzjonali

Tintbagħat notifika ta' segwitu meta l-awtoritajiet nazzjonali jiġbru informazzjoni addizzjonali (waqt attivitajiet ta' segwitu tagħhom) li tista' tkun utli għas-sorveljanza tas-suq u l-infurzar fl-Istati Membri l-oħrajn.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex jiġbru informazzjoni addizzjonali li tista' tkun rilevanti għall-awtoritajiet fi Stati Membri oħrajn u f'pajjiżi terzi li jikkooperaw mill-qrib mal-UE dwar is-sigurtà tal-prodotti. Id-dettalji jinkludu l-oriġini tal-prodott (pereż. informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini, il-manifattur u / jew l-esportaturi) u informazzjoni dwar il-ktajjen tal-provvista (pereż. informazzjoni dwar il-pajjiżi tad-destinazzjoni, l-importaturi u d-distributuri). Il-pajjiż li jwettaq l-attivitajiet ta' segwitu jehmeż id-dokumenti kollha ta' sostenn disponibbli, bħalma huma l-kopji tal-ordnijiet, il-kuntratti tal-bejgħ, il-fatturi, id-dikjarazzjonijiet tad-dwana, eċċ. man-notifika ta' segwitu.

L-Istati Membri jistgħu jindikaw ukoll ikunux saru ċerti azzjonijiet ta' segwitu għalkemm il-prodott ma jkunx instab fit-territorju tagħhom.

4.2.2   Kompletezza tan-notifiki ta' segwitu

Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX tal-Istat Membru reattur, flimkien mal-awtorità responsabbli, jiżgura li d-data kollha pprovduta fin-notifika ta' segwitu tkun preċiża u kompluta u li ma jkun hemm l-ebda konfużjoni ma' prodotti simili oħrajn disponibbli fis-suq tal-UE. (Ara wkoll il-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

Il-mudell standard ta' notifika ta' segwitu jinsab fil-Parti III, Appendiċi 2 ta' dawn il-Linji Gwida. Jekk ċerta informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli meta tintbagħat notifika ta' segwitu, dan jiġi indikat mill-Istat Membru reattur fil-formola tar-reazzjoni. Ladarba din l-informazzjoni ssir disponibbli, l-Istat Membru reattur ikun jista' jitlob li n-notifika ta' segwitu tiegħu tiġi aġġornata. In-notifika ta' segwitu aġġornata tiġi eżaminata mill-Kummissjoni qabel ma tiġi vvalidata u distribwita permezz tas-sistema.

Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX jipprovdi l-istruzzjonijiet dwar l-ambitu tad-data meħtieġa biex il-mudell tan-notifika ta' segwitu jimtela korrettement lill-awtoritajiet kollha fl-Istat Membru tiegħu stess li jipparteċipaw fin-netwerk tar-RAPEX. Dan jgħin biex ikun żgurat li l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-awtoritajiet lill-Punt ta' Kuntatt tkun korretta u kompluta. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

4.2.3   Aġġornament għan-notifiki ta' segwitu vvalidati

L-Istat Membru reattur jinforma lill-Kummissjoni (kemm jista' jkun malajr u mhux iktar tard mill-iskadenzi speċifikati fil-Parti III, l-Appendiċi 4 tal-Linji Gwida) b'kull żvilupp li jista' jeħtieġ bidliet għal notifika ta' segwitu mqassma permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX. B'mod partikolari, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-bidliet fl-istatus tal-miżuri meħuda jew fil-valutazzjoni tar-riskju ppreżentata man-notifika ta' segwitu.

Il-Kummissjoni teżamina l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru reattur u jekk ikun hemm bżonn taġġorna l-informazzjoni kkonċernata.

4.2.4   Responsabbiltà għan-notifiki ta' segwitu

Ir-responsabbiltà għall-informazzjoni pprovduta fin-notifiki ta' segwitu hija tal-Istat Membru notifikanti (34).

L-awtorità/ajiet involuti fl-attivitajiet ta' segwitu (pereż. billi jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju jew billi jadottaw miżuri restrittivi) jieħdu r-responsabbiltà għall-informazzjoni pprovduta fin-notifiki ta' segwitu. Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX jivverifika u jivvalida n-notifiki ta' segwitu kollha mħejjija mill-awtoritajiet rispettivi qabel it-trażmissjoni tagħhom lill-Kummissjoni. (Ara wkoll il-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni, bħall-eżami u l-validazzjoni tan-notifiki, ma timplikax xi preżunzjoni ta' responsabbiltà għall-informazzjoni trażmessa, li tibqa' tal-Istat Membru li jibgħat in-notifika ta' segwitu.

4.2.5   Reazzjoni għan-notifiki ta' segwitu

L-Istati Membri jistgħu jwieġbu kull notifika ta' segwitu li tkun tirrigwarda n-notifika/i tagħhom billi jiftħu diskussjoni fl-ispazju kollaborattiv onlajn li huwa għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għall-iskambju ta' informazzjoni (ara l-Parti II il-Kapitolu 5.3.2). Dan jiżgura li r-reazzjoni tkun viżibbli għall-membri kollha tar-RAPEX.

4.3   Atturi u rwoli involuti fl-attivitajiet ta' segwitu

Il-partijiet involuti fil-proċess tan-notifika ta' segwitu u r-responsabbiltajiet tagħhom huma dawn li ġejjin:

4.3.1   Operaturi ekonomiċi (35)

L-operaturi ekonomiċi mhumiex involuti direttament fil-preżentazzjoni ta' notifiki ta' segwitu. Madankollu, l-operaturi ekonomiċi jridu jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali u jipprovdulhom kull informazzjoni li tikkonċerna prodott li jkun is-suġġett ta' notifika eżistenti sabiex jiġu ffaċilitati l-ħolqien u l-preżentazzjoni ta' notifiki ta' segwitu permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX.

4.3.2   Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jinnotifikaw kull attività ta' segwitu u kull informazzjoni oħra li tirrigwarda n-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX.

4.3.3   Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea teżamina u tivvalida n-notifiki ta' segwitu skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fil-Parti II, il-Kapitolu 4.2.

4.4   Fluss tax-xogħol

4.4.1   Ħolqien u preżentazzjoni ta' notifika ta' segwitu minn Stat Membru

Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX huwa responsabbli għall-preżentazzjoni tan-notifiki ta' segwitu kollha permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

4.4.2   Eżami tan-notifiki ta' segwitu mill-Kummissjoni

4.4.2.1   Korrettezza u kompletezza

IL-Kummissjoni tivverifika n-notifiki ta' segwitu kollha li jaslu permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX qabel ma jiġu vvalidati u trażmessi lill-Istati Membri. Dawn il-verifiki jiffukaw fuq il-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta.

Il-Kummissjoni tivverifika jekk notifika ta' segwitu tkunx tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti fid-DSĠP u f'dawn il-Linji Gwida u jekk ġietx applikata l-proċedura korretta. Ladarba tiġi kkonfermata l-korrettezza ta' notifika ta' segwitu, il-Kummissjoni tivverifika l-kompletezza tagħha. Il-Kapitolu 4.2.2 ta' dawn il-Linji Gwida jrid jintuża bħala punt ta' referenza għal dan l-eżami.

Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lil notifiki ta' segwitu li jkun fihom valutazzjonijiet tar-riskju. Hija tivverifika, b'mod partikolari, li d-deskrizzjoni tar-riskju tkun kompluta, ppreżentata b'mod ċar u ddokumentata sew, u li l-valutazzjoni tar-riskju tkun tirrelata b'mod ċar mal-prodott kopert minn notifika.

4.4.2.2   Talbiet għal informazzjoni addizzjonali

Qabel ma tivvalida notifika ta' segwitu, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru reattur biex jipprovdi informazzjoni jew kjarifika addizzjonali sa żmien stipulat. Il-validazzjoni ta' notifika ta' segwitu tista' tkun bil-kundizzjoni li tasal id-data mitluba.

Il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni ta' kwalunkwe Stat Membru u, b'mod partikolari, tal-Istat Membru notifikanti dwar notifika ta' segwitu vvalidata. L-Istat Membru jippreżenta l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien stipulat speċifikat minn din tal-aħħar. Barra minn hekk, l-Istat Membru notifikanti jinforma lill-Kummissjoni jekk ikunx hemm bżonn ta' kwalunkwe bidla fin-notifika (pereż. għall-valutazzjoni tar-riskju) jew għall-istatus tagħha (pereż. irtirar permanenti mis-sistema).

4.4.3   Validazzjoni u distribuzzjoni tan-notifiki ta' segwitu

In-notifiki ta' segwitu kollha vvalutati bħala korretti u kompluti jiġu vvalidati u mqassma mill-Kummissjoni skont id-dati ta' skadenza speċifikati fl-Appendiċi 5 ta' dawn il-Linji Gwida.

Il-Kummissjoni ma tivvalidax notifiki ta' segwitu b'valutazzjoni tar-riskju differenti minn dik tan-notifika li tirreferi għaliha, jekk il-valutazzjoni tar-riskju ma tkunx kompluta, ippreżentata b'mod ċar u ddokumentata sew, jew jekk ma jintweriex li l-valutazzjoni tar-riskju twettqet f'rabta mal-prodott kopert min-notifika.

4.4.4   Irtirar permanenti ta' notifika ta' segwitu mir-RAPEX

In-notifiki ta' segwitu mqassma permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX jinżammu fis-sistema daqs kemm iddum tinżamm in-notifika li huma mehmużin magħha. Il-Kummissjoni tista' tirtira b'mod permanenti notifika ta' segwitu vvalidata mill-applikazzjoni tar-RAPEX jekk in-notifika li din in-notifika ta' segwitu tkun mehmuża magħha tiġi rtirata mir-RAPEX (skont il-Parti II, il-Kapitolu 3.4.7.1.1 ta' dawn il-Linji Gwida). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tirtira notifika ta' segwitu vvalidata meta tkun kjarament tipprovdi informazzjoni skorretta, u b'mod partikolari meta:

(a)

il-prodott misjub fis-suq mill-Istat Membru reattur ikun differenti mill-prodott kopert min-notifika;

(b)

il-miżuri adottati mill-Istat Membru reattur ikunu kkontestati b'suċċess fil-qorti jew fi proċedimenti oħra u jiġu sussegwentement irtirati;

(c)

ikun ippruvat li l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Istat Membru reattur ma tkunx korretta jew tkun relatata ma' prodott differenti minn dak kopert min-notifika.

Japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 3.4.7.1.2 u 3.4.7.1.3.

Ladarba l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirtira notifika ta' segwitu, din titneħħa mir-RAPEX (jew issir inviżibbli għall-utenti tas-sistema).

Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kollha bl-irtirar ta' notifika ta' segwitu permezz tal-ispazju kollaborattiv onlajn imsemmi fil-Parti II, il-Kapitolu 5.3.2 jew permezz ta' mezz daqstant effikaċi.

4.5   Skadenzi għall-preżentazzjoni ta' notifiki ta' segwitu

L-Istati Membri jibagħtu n-notifiki ta' segwitu lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mid-dati ta' skadenza speċifikati fl-Appendiċi 4 ta' dawn il-Linji Gwida.

Jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa fil-livell nazzjonali dwar it-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha u l-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX biex jiġi żgurat li l-iskadenzi jiġu rispettati. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

L-iskadenzi japplikaw irrispettivament minn kull proċedura ta' appell jew rekwiżit ta' pubblikazzjoni uffiċjali.

4.6   Talbiet għall-kunfidenzjalità

Stat Membru reattur jista' jitlob il-kunfidenzjalità fin-notifika ta' segwitu. Talbiet bħal dawn jiddikjaraw b'mod ċar liema parti(jiet) tan-notifika ta' segwitu jenħtieġ li jibqgħu kunfidenzjali. Barra minn hekk, it-talbiet kollha għall-kunfidenzjalità jiġu akkumpanjati minn ġustifikazzjoni li tiddikjara r-raġunijiet b'mod ċar.

It-talbiet għall-kunfidenzjalità jiġu eżaminati mill-Kummissjoni biex tiddetermina li jkunu ġġustifikati (jiġifieri konformi mad-dispożizzjonijiet tad-DSĠP u ta' dawn il-Linji Gwida) u kompluti (jiġifieri tiddikjara x'partijiet tal-formola tkopri u fihiex ġustifikazzjoni). Id-deċiżjoni finali dwar il-kunfidenzjalità tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX responsabbli. (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.1).

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jittrattaw in-notifiki ta' segwitu b'talbiet għall-kunfidenzjalità bl-istess mod li jittrattaw in-notifiki ta' segwitu l-oħrajn. Il-kunfidenzjalità ta' notifika ta' segwitu jew partijiet minnha ma jimpeduhiex milli titqassam permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma jiżvelaw ebda parti ta' notifika ta' segwitu li tkun kunfidenzjali għall-pubbliku. Din l-informazzjoni hija kunfidenzjali u għalhekk ma tista' tiġi ppubblikata fl-ebda forma.

L-Istat Membru li jibgħat in-notifika ta' segwitu jirtira t-talba tiegħu għall-kunfidenzjalità minnufih wara li jsir jaf li r-raġunijiet għal din it-talba ma baqgħux jgħoddu. Il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha bl-irtirar tal-kunfidenzjalità wara li tirċievi talba bħal din mingħand l-Istat Membru reattur.

5    In-netwerks tar-Rapex

5.1   Il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tar-RAPEX

Kull Stat Membru jistabbilixxi Punt ta' Kuntatt wieħed tar-RAPEX biex jopera r-RAPEX fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri jiddeċiedu f'liema awtorità nazzjonali jistabbilixxu l-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX. Kull Stat Membru jorganizza wkoll in-netwerk nazzjonali tiegħu tar-RAPEX biex jiżgura ċirkolazzjoni effiċjenti ta' informazzjoni bejn il-punt ta' kuntatt nazzjonali tar-RAPEX u d-diversi awtoritajiet li jipparteċipaw fir-RAPEX. (Ara l-Parti I il-Kapitolu 5.4 u l-Parti II, il-Kapitolu 1.2).

5.1.1   Organizzazzjoni

Kull Stat Membru jagħti r-riżorsi u l-informazzjoni lill-Punt ta' Kuntatt nazzjonali tar-RAPEX, li jkun jeħtieġ biex iwettaq xogħlu u, b'mod partikolari, biex iħaddem is-sistema b'riżerva effikaċi/kontinwità tal-operat.

Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX ikollu indirizz tal-posta elettronika separat għar-RAPEX, b'aċċess għall-uffiċjali kollha f'dak il-punt ta' kuntatt (pereż. rapex@ …). Jenħtieġ li ma jintużawx l-indirizzi tal-posta elettronika professjonali jew privati tal-uffiċjali responsabbli mill-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX bħala l-indirizz tal-posta elettronika tal-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX. Il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX għandu wkoll numru dirett tat-telefown fejn ikun jista' jiġi kkuntattjat waqt u barra mill-ħinijiet tax-xogħol.

5.1.2   Kompiti

Il-kompiti ewlenin tal-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX huma li:

(a)

jorganizza u jmexxi x-xogħol tan-netwerk nazzjonali tar-RAPEX, f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dawn il-Linji Gwida;

(b)

iħarreġ u jassisti lill-awtoritajiet kollha fin-netwerk fl-użu tar-RAPEX;

(c)

jiżgura li l-kompiti kollha tar-RAPEX li joriġinaw mid-DSĠP u minn dawn il-Linji Gwida jitwettqu korrettament u, b'mod partikolari, li l-informazzjoni meħtieġa kollha (jiġifieri n-notifiki, in-notifiki ta' segwitu, informazzjoni addizzjonali, eċċ.) tingħata lill-Kummissjoni mingħajr dewmien;

(d)

jittrażmetti l-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri esterni;

(e)

jivverifika u jivvalida l-kompletezza tal-informazzjoni li jirċievi mill-awtoritajiet kollha qabel it-trażmissjoni lill-Kummissjoni permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX;

(f)

jivverifika qabel ma jibgħat notifika jekk prodott kienx diġà nnotifikat jew jekk l-informazzjoni dwar dak il-prodott ġietx skambjata permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX (biex jevita kull duplikazzjoni);

(g)

jipparteċipa fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX u avvenimenti oħrajn dwar l-operat tar-RAPEX;

(h)

jissuġġerixxi titjib possibbli fl-operat tas-sistema;

(i)

jinforma lill-Kummissjoni immedjatament bi kull problema teknika fl-iffunzjonar tal-applikazzjoni tar-RAPEX;

(j)

jikkordina l-attivitajiet nazzjonali kollha u l-inizjattivi mwettqa b'rabta mar-RAPEX;

(k)

jispjega lill-partijiet ikkonċernati kif jaħdem ir-RAPEX u jiċċara l-obbligi tagħhom, b'mod speċjali l-obbligu tan-notifika tan-negozju stabbilit fl-Artikolu 5(3) tad-DSĠP.

5.2   Netwerks tar-RAPEX stabbiliti fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali

5.2.1   In-Netwerk tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX

Il-Kummissjoni torganizza u tmexxi x-xogħol tan-Netwerk tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX. Dan in-netwerk jikkonsisti fil-punti ta' kuntatt tar-RAPEX kollha nnominati mill-Istati Membri u mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Il-Kummissjoni ssejjaħ laqgħat tan-Netwerk tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX b'mod regolari biex jiġi diskuss l-operat tas-sistema (pereż. biex tikkomunika l-aħħar żviluppi li jikkonċernaw ir-RAPEX, biex tiskambja l-esperjenzi u l-“kompetenzi”), u biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX.

5.2.2   In-netwerks tar-RAPEX stabbiliti fil-livell nazzjonali

Il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX jorganizza u jmexxi x-xogħol tan-“netwerk nazzjonali tar-RAPEX” tagħhom stess. In-netwerk huwa magħmul minn:

(a)

il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX;

(b)

l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq responsabbli mill-monitoraġġ tas-sigurtà tal-prodotti; u

(c)

l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri esterni.

Il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX huma mħeġġa jipprovdu għall-organizzazzjoni u l-operat tan-netwerk nazzjonali tar-RAPEX biex jiżguraw li l-awtoritajiet kollha involuti jkunu konxji mir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-operat tar-RAPEX. Jenħtieġ li dan ikun konsistenti mal-informazzjoni li tinsab f'dawn il-Linji Gwida.

Il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX huma mħeġġa jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni u diskussjoni regolari u kontinwi man-netwerk nazzjonali tagħhom sabiex jiddiskutu mal-awtoritajiet involuti kollha kif jiġi organizzat ir-RAPEX, kif jaħdem u, jekk ikun hemm bżonn, biex jingħataw korsijiet ta' taħriġ.

5.3   L-għodod tal-komunikazzjoni interna tar-RAPEX, arranġamenti prattiċi u tekniċi għar-RAPEX u l-aħjar prattiki

5.3.1   Lingwi

L-użu tal-lingwi fin-notifiki u fin-notifiki ta' segwitu, kif ukoll il-komunikazzjonijiet bejn il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX u l-Kummissjoni jridu jqisu l-għanijiet tar-RAPEX u jridu jiżguraw skambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar prodotti li joħolqu riskji serji.

Biex jiġi ffaċilitat xogħol in-netwerk, l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma mħeġġa jużaw il-paġna web tal-EC eTranslation biex jiżguraw li l-Istati Membri kollha jkunu fehmu x'qed jiġi kkomunikat bir-RAPEX.

Fl-ispazju kollaborattiv hemm ħolqa għal din l-għodda tat-traduzzjoni fejn tista' tibgħat dokumenti jew partijiet minn testi għat-traduzzjoni minn u għal kull lingwa tal-UE (36). (Ara l-Parti II, il-Kapitolu 5.3.2).

5.3.2   Għodod onlajn tar-RAPEX

(a)   Is-sistema tar-RAPEX

Il-Kummissjoni stabbiliet u tieħu ħsieb applikazzjoni fuq l-internet għall-użu bħala għodda ta' komunikazzjoni għall-fini tar-RAPEX. L-Istati Membri jużaw din is-sistema biex joħolqu u jibagħtu n-notifiki u n-notifiki ta' segwitu permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX, u l-Kummissjoni tużaha biex tivvalida u tqassam id-dokumenti li tirċievi.

Il-Kummissjoni tipprovdi aċċess għas-sistema lill-Punti ta' Kuntatt kollha tar-RAPEX, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lid-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta' aċċess għas-sistema u tagħti aċċess lil kemm jista' jkun utenti, filwaqt li tqis il-bżonnijiet u l-limitazzjonijiet tekniċi.

Meta s-sistema tar-RAPEX, temporanjament, ma tkunx qed taħdem (għal raġunijiet li mhumiex xogħol regolari u ppjanat ta' manutenzjoni), jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu biss notifiki ta' riskji serji lill-Kummissjoni (jiġifieri “notifiki tal-Artikolu 12”, “notifiki tal-Artikolu 12 li jeħtieġu azzjoni ta' emerġenza” jew “notifiki tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008”).

Il-preżentazzjoni ta' notifiki oħrajn u ta' notifiki ta' segwitu jiġu sospiżi sakemm is-sistema tar-RAPEX tiġi ristabbilita. Waqt li s-sistema ma tkunx qed taħdem, jenħtieġ li n-notifiki tar-RAPEX jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika fl-indirizz: just-rapex@ec.europa.eu jew f'indirizz tal-posta elettronika ieħor ikkomunikat minn qabel. Jekk it-trażmissjoni bil-posta elettronika ma tkunx possibbli, in-notifiki tar-RAPEX jintbagħtu lill-Kummissjoni b'kull mezz ieħor li jitqies li jkun xieraq (37).

(b)   Il-“Product Safety Business Alert Gateway”

Il-“Product Safety Business Alert Gateway” (magħrufa wkoll bħala l-“Business Gateway”) hija maħsuba biex tissemplifika l-aspetti prattiċi tal-obbligu tal-produtturi u d-distributuri, jew r-rappreżentant awtorizzat tagħhom, skont l-Artikolu 5(3) tad-DSĠP, li jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri jekk ikunu jafu jew misshom ikunu jafu, fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ikun perikoluż.

Il-“Business Gateway” fih żewġ elementi: (i) il-mudell tan-notifika u (ii) il-bażi tad-data onlajn. Il-mudell tan-notifika huwa riżervat għall-użu mill-produtturi u d-distributuri biex jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ikun perikoluż, b'konformità mal-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 5(3) tad-DSĠP. Il-bażi ta' data hija maħsuba għall-użu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli biex jirċievu notifiki ta' prodotti għall-konsumatur perikolużi mibgħuta mill-produtturi u d-distributuri. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' tuża l-informazzjoni pprovduta biex tibgħat notifika tar-RAPEX jekk ikunu ssodisfati l-kriterji kollha.

(c)   Spazju kollaborattiv

Il-Kummissjoni ġġestixxi wkoll spazju kollaborattiv għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri. Dan jinkludi l-pjattaforma tas-Sigurta tal-Prodotti għall-Konsumaturi tal-UE, li hija miftuħa għall-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX u l-kollegi tagħhom li jkunu qed jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' sigurtà fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-kwistjonijiet kollha relatati mar-RAPEX. It-talbiet għal aċċess għall-ispazju jrid isir mill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX fl-Istat Membru rilevanti u jkunu awtorizzati mill-Kummissjoni.

Dan l-ispazju jinkludi wkoll taqsima, ġestita mill-Kummissjoni, li fiha suġġerimenti utli u informazzjoni dwar il-funzjonament tar-RAPEX u kontributi mill-Istati Membri.

(d)   “Ir-RAG Tool” (38)

Il-Kummissjoni żviluppat din l-għodda disponibbli fis-sit tar-RAPEX biex tiffaċilita l-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti nnotifikati permezz tas-sistema tar-RAPEX, b'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Appendiċi 6.

5.3.3   Dettalji ta' kuntatt

Il-Kummissjoni tipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tat-tim tar-RAPEX tal-Kummissjoni, inklużi l-ismijiet, l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefown, lill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX.

Il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX jipprovdu d-dettalji ta' kuntatt tagħhom, inklużi l-ismijiet tal-uffiċjali li jaħdmu fil-Punt ta' Kuntatt, l-isem u l-indirizz tal-awtorità fejn huwa stabbilit il-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX, u l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefown tal-uffiċjali, lill-Kummissjoni. Kull bidla fid-dettalji ta' kuntatt tiġi immedjatament ikkomunikata lill-Kummissjoni mill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX. Il-Kummissjoni tippubblika u taġġorna lista ta' dettalji ta' kuntatt tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX fis-sit tar-RAPEX.

L-Istati Membri jipproċessaw id-dettalji ta' kuntatt, inkluża d-data personali, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data tal-UE. Fl-iskambju tal-informazzjoni permezz tar-RAPEX, jenħtieġ li l-Istati Membri jipproċessaw d-data personali u jiżguraw li tiċċirkola u titqassam biss sa kemm ikun strettament meħtieġ.

5.3.4   Operat tar-RAPEX barra mill-ħinijiet tax-xogħol regolari

Ir-RAPEX jaħdem bla waqfien. Il-Kummissjoni u l-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli għat-tħaddim tar-RAPEX jistgħu dejjem jiġu kkuntattjati (bit-telefown, bl-posta elettronika jew b'mezz ieħor daqstant effikaċi) u jistgħu jieħdu kull azzjoni neċessarja, inkluż f'emerġenza u barra l-ħinijieti tax-xogħol regolar, bħal tmiem il-ġimgħa u l-festi.

Il-Kummissjoni tipprovdi numru tat-telefown ta' emerġenza lill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX li jintuża biex jiġi kkuntattjat it-tim tar-RAPEX tal-Kummissjoni barra mill-ħinijiet tax-xogħol, mingħajr prijorità fuq kwalunkwe kanal ieħor ta' komunikazzjoni.

Il-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX jipprovdu d-dettalji ta' kuntatt, inklużi n-numri tat-telefown tal-uffiċjali li jistgħu jiġu kkuntattjati waqt u wara l-ħinijiet tax-xogħol lill-Kummissjoni. Kull bidla fid-dettalji ta' kuntatt tiġi immedjatament ikkomunikata lill-Kummissjoni mill-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX.

PARTI III

APPENDIĊIJIET

1.    Kampi u informazzjoni inklużi fin-notifiki  (39)

Il-kampi li se jkunu ppubblikati fis-sit huma skurati.

Formola tan-Notifika

Taqsima 1: Informazzjoni ġenerali

Numru tal-każ

Data tal-ħolqien

Data ta' validazzjoni/distribuzzjoni

Tip ta' notifika*

Pajjiż notifikanti

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tal-Awtorità Notifikanti*

Taqsima 2: Prodott

Prodott Professjonali / għall-Konsumaturi

Kategorija tal-prodott *

Kategorija tal-Portal tal-OECD (jekk magħrufa)

Prodott (x'inhu l-prodott) *

Isem *

Ditta *

Tip/numru tal-mudell: *

Numru tal-lott/Barcode *

Kodiċi doganali *

Deskrizzjoni tal-prodott u l-imballaġġ *

Għadd totali ta' oġġetti koperti min-notifika (jekk magħruf) *

Ritratti:

Taqsima 3: Regolamenti u standards applikabbli

Dispożizzjonijiet legali (direttiva, deċiżjoni, regolament, eċċ.) *

Standards *

Prova ta' konformità *

Il-prodott huwa ffalsifikat? *

Ċertifikati

Taqsima 4: Traċċabbiltà

Pajjiż tal-oriġini (fejn jiġi mmanifatturat il-prodott) *

Pajjiżi ta' destinazzjoni *

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tal-manifattur jew ir-rappreżentant(i) tiegħu *

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tal-esportatur(i) *

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tal-importatur(i) *

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tad-distributur(i) *

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tal-bejjiegħ(a) bl-imnut *

Il-prodott jinbiegħ onlajn (ukoll)?

Agħti d-dettalji: URL

Taqsima 5: Valutazzjoni tar-riskju

Kategorija tar-riskju *

Livell ta' riskju

Sommarju tar-riżultati tat-test *

Deskrizzjoni tal-kwistjoni teknika li twassal għall-ogħla livell ta' riskju

Deskrizzjoni tar-riskju (kif id-difett tekniku jwassal għar-riskju) *

Dispożizzjonijiet u / jew standards legali tal-UE li l-prodott ġie ttestjat għalihom u li ma kkonformax magħhom *

Informazzjoni dwar inċidenti u aċċidenti magħrufa *

Taqsima 6: Miżuri

Tip ta' miżuri adottati *

Jekk volontarji:

Tip ta' operatur ekonomiku li jieħu miżura/i notifikata/i *

Isem l-operatur ekonomiku li jieħu miżura/i notifikata/i *

Jekk Obbligatorji:

Isem l-operatur ekonomiku li jordna miżura/i notifikata/i *

Tip ta' operatur ekonomiku li lilu tiġi/jiġu ordnata/i l-miżura/i *

Kategorija ta' miżuri *

Data tad-dħul fis-seħħ*

Tul ta' żmien*

Kamp ta' applikazzjoni*

In-notifika ntbagħtet mill-produttur jew mid-distributur skont l-Artikolu 5(3) tad-DSĠP? *

Ħolqa URL għall-paġna tas-sejħiet lura tal-kumpanija (jekk ikun hemm)

Taqsima 7: Kunfidenzjalità

In-notifika hi kunfidenzjali?*

Kamp ta' applikazzjoni tal-kunfidenzjalità

Ġustifikazzjoni

Taqsima 8: Oħrajn

Informazzjoni addizzjonali

Ġustifikazzjoni għaliex intbagħtet “Notifika għall-informazzjoni”

Annessi

Ritratti (prodotti, imballaġġ u tikketta)

Ċertifikati

Rapport tat-test u valutazzjoni tar-riskju

Notifika mibgħuta minn operatur ekonomiku permezz tal-“Business Gateway”

Miżuri adottati

* Tindika kamp obbligatorju.

2.    Kampi u informazzjoni inklużi fin-notifiki ta' segwitu  (40)

Il-kampi li se jkunu ppubblikati fis-sit huma skurati.

Taqsima 1: Informazzjoni ġenerali

Numru tal-każ

Tip ta' notifika vvalidat

Pajjiż notifikanti

Data tal-ħolqien

Data ta' validazzjoni/distribuzzjoni

Numru ta' preżentazzjoni

Numru tan-notifika ta' segwitu

Il-pajjiż reattur

Dettalji ta' kuntatt sħaħ tal-awtorità notifikanti

Kategorija tal-prodott ta' notifika vvalidata

Prodott innotifikat

Isem innotifikat

Prodott (x'inhu l-prodott)

Isem (fuq il-prodott jew l-imballaġġ)

Ditta (fuq il-prodott jew l-imballaġġ)

Tip/numru tal-mudell

Numru tal-lott/Barcode (jew informazzjoni oħra li tidentifika liema prodotti huma milquta)

Ritratti (prodotti, imballaġġ u tikketta)

Taqsima 2: Tip tan-notifika ta' segwitu

Prodott misjub*

Għadd totali ta' oġġetti misjuba (jekk magħruf) *

Miżuri adottati / Miżuri mhux adottati

Tip ta' miżuri adottati: *

Jekk volontarji:

Tip ta' operatur ekonomiku li jieħu miżura/i notifikata/i *

Isem l-operatur ekonomiku li jieħu miżura/i notifikata/i *

Jekk Obbligatorju:

Isem l-operatur ekonomiku li jordna miżura/i notifikata/i *

Tip ta' operatur ekonomiku li lilu tiġi/jiġu ordnata/i l-miżura/i *

Kategorija ta' miżuri *

Data tad-dħul fis-seħħ *

Durata *

Kamp ta' applikazzjoni *

Miżuri adottati

Ħolqa URL għall-paġna tas-sejħiet lura tal-kumpanija (jekk ikun hemm):

Valutazzjoni tar-riskju differenti *

Kategorija tar-riskju *

Sommarju tar-riżultati tat-testijiet (deskrizzjoni tad-difetti tekniċi) *

Indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u l-istandards (bi klawżoli) li l-prodott ġie ttestjat għalihom *

Valutazzjoni tar-riskju differenti *

Informazzjoni dwar inċidenti u aċċidenti magħrufa *

Hemżiet (ċertifikati, rapport tat-test u valutazzjoni tar-riskju …)

Informazzjoni addizzjonali *

Informazzjoni komplementari dwar il-kanali ta' distribuzzjoni u / jew l-oriġini tal-prodott

Informazzjoni komplementari dwar il-valutazzjoni tar-riskju

Informazzjoni komplementari oħra

Taqsima 3: Kunfidenzjalità

Is-segwitu kunfidenzjali? *

Kamp ta' applikazzjoni tal-kunfidenzjalità

Ġustifikazzjoni

Annessi

Ritratti (prodott, imballaġġ u tikketta)

Rapporti tat-test u valutazzjonijiet tar-riskju

Ċertifikati

Miżuri adottati

* Tindika kamp obbligatorju

3.    Skema ta' notifika

Image 2

Hemm biżżejjed informazzjoni ta' identifikazzjoni?

Iva

Le

Iva

Iva

Le

Le

Le

Iva

Le

Iva

Iva

Le

Effetti transfruntiera (2)

Effetti transfruntiera (2)

Riskju serju?

Notifika imћeġġa

Notifika gћall-informazzjoni rakkomandata

Notifika gћall-informazzjoni imћeġġa

Notifika tal-Artikolu 12 DSGP/ tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) 765/2008

gћaddejjin

Notifika ghall-informazzjoni (jekk rilevanti) (1)

Hemm biżżejjed informazzjoni ta' identifikazzjoni?

Prodott kopert mir-Regolament (KE) No 765/2008? (3)

Informazzjoni Ii tinvolvi riskju ġdid?

Prodott kopert mir-Regolament (KE) No 765/2008? (3)

Il-livell tar-riskju stabbilit u l-mitura adottata?

Notifika tal-Artikolu 11 DSĠP

Notifika gћall-informazzjoni imheġġa

Miiura voluntarja?

Le

Iva

Le

Le

Iva

Iva

Iva

(1) Trid tiġi aġġornata meta tiġi adottata miżura.

(2) In-nozzjoni ta’ effett transfruntiera jrid jiġi interpretat f’sens wiesa’ (ara l-Parti II il-Kapitolu 6.1 ta’ dawn il-Linji Gwida).

(3) Ara l-Parti I, il-Kapitolu 3.1 ta’ dawn il-Linji Gwida.

4.    Skadenzi għall-Istati Membri

L-Istati Membri huma meħtieġa jaġixxu sal-iskadenzi indikati sakemm ma jkunux debitament iġġustifikati

Proċedura ta' notifika

Azzjoni

Skadenza

 

Notifiki

Ibgħat “Notifika tal-Artikolu 12 li teħtieġ azzjoni ta' emerġenza”

Fi żmien tlett ijiem wara:

adozzjoni jew id-deċiżjoni li jiġu adottati “Miżuri obbligatorji” jew

l-wasla tal-informazzjoni dwar “Miżuri volontarji”.

Ibgħat “notifika tal-Artikolu 12” jew notifika tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Fi żmien 10 ijiem wara:

adozzjoni jew id-deċiżjoni li jiġu adottati “Miżuri obbligatorji” jew

l-wasla tal-informazzjoni dwar “Miżuri volontarji”.

Ikkonferma l-miżuri jekk in-notifika ntbagħtet qabel ma ġie deċiż li l-miżuri jiġu adottati

Fi żmien 45 jum wara li tintbagħat in-notifika

Aġġornament ta' notifika

Fi żmien 5 ijiem wara li tasal l-informazzjoni dwar żviluppi li jeħtieġu bidliet fin-notifika

Notifiki ta' segwitu

Żgura attivitajiet ta' segwitu għal:

“Notifika tal-Artikolu 12 li teħtieġ azzjoni ta' emerġenza”

Fi żmien 20 jum wara li tasal notifika

“Notifika tal-Artikolu 12” u għal “Notifika mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea” kif ukoll notifika tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Fi żmien 45 jum wara li tasal notifika

Ibgħat notifika ta' segwitu għal:

“Notifika tal-Artikolu 12 li teħtieġ azzjoni ta' emerġenza”

Fi żmien 3 ijiem wara:

il-prodott innotifikat jinstab fis-suq, jew

titlesta valutazzjoni tar-riskju li tkun tat riżultati differenti, jew

tasal informazzjoni addizzjonali

“Notifika tal-Artikolu 12” u għal “Notifika mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea” kif ukoll notifika tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Fi żmien 5 ijiem wara:

li l-prodott innotifikat jinstab fis-suq, jew

li titlesta valutazzjoni tar-riskju li tkun tat riżultati differenti, jew

li tasal informazzjoni addizzjonali

Aġġornament għal notifika ta' segwitu

Fi żmien 5 ijiem wara li tasal l-informazzjoni jew żviluppi li jeħtieġu bidliet fin-notifika ta' segwitu

Proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP

Notifiki

Ibgħat “Notifika tal-Artikolu 11”

Fi żmien 10 ijiem wara l-adozzjoni ta' “Miżuri obbligatorji”

Aġġornament tan-notifika

Fi żmien 5 ijiem wara li tasal l-informazzjoni dwar żviluppi li jeħtieġu bidliet fin-notifika

5.    Skadenzi għall-Kummissjoni

Proċedura ta' notifika

Azzjoni

Skadenza

Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-UE “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 tad-DSĠP

Notifiki

Ivvalida “Notifika tal-Artikolu 12 li teħtieġ azzjoni ta' emerġenza”

Fi żmien tlett ijiem wara li tasal notifika

Ivvalida “notifika tal-Artikolu 12” kif ukoll notifika tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Fi żmien ħamest ijiem wara li tasal notifika

Ivvalida “Notifika għall-informazzjoni”

Fi żmien 10 jum wara li tasal notifika

Notifiki ta' segwitu

Ivvalida notifika ta' segwitu mibgħuta għal “Notifika tal-Artikolu 12 li teħtieġ azzjoni ta' emerġenza”

Fi żmien 3 ijiem wara li tasal notifika ta' segwitu

Ivvalida notifika ta' segwitu mibgħuta għal “notifika tal-Artikolu 12” u għal “Notifika mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea” kif ukoll notifika tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008

Fi żmien 5 ijiem wara li tasal notifika ta' segwitu

Ivvalida notifika ta' segwitu mibgħuta għal “Notifika għall-informazzjoni”

Fi żmien 10 ijiem wara li tasal notifika ta' segwitu

Proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-DSĠP

Notifiki

Ivvalida “notifika tal-Artikolu 11”

Fi żmien 10 ijiem wara li tasal notifika

Notifiki ta' segwitu

Ivvalida notifiki ta' segwitu mibgħuta għal “notifika tal-Artikolu 11”

Fi żmien 10 ijiem wara li tasal notifika ta' segwitu

LINJI GWIDA GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU GĦALL-PRODOTTI TAL-KONSUMATUR (41)

1.    Introduzzjoni

Il-prodotti tal-konsumaturi jistgħu jikkawżaw ħsara meta jintużaw, pereż. ħadida tax-xagħar taħraq li tista' tikkawża ħruq, imqassijiet jew skieken li jistgħu jikkawżaw qatgħat, jew prodott tad-tindif tad-dar li jista' jagħmel ħsara lill-ġilda. Dan it-tip ta' ħsara mhix okkorrenza tas-soltu minħabba li l-għarfien ġenerali jew l-istruzzjonijiet jgħallmu kif il-prodotti tal-konsumatur jintużaw mingħajr periklu. Madankollu, ir-riskju ta' ħsara jibqa' hemm.

Dan ir-riskju jista' jiġi vvalutat b'modi differenti. Intużaw metodi diversi biex jikkwantifikaw ir-riskju tal-prodotti għall-konsumaturi, bħall-metodu nomogramm (42), il-metodu tal-matriċi (43), u l-metodu li ġie rakkomandat qabel għas-sistema tat-twissija rapida tar-RAPEX tal-UE (44). Filwaqt li l-prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskji minn dejjem kien hemm qbil dwarhom, il-mod kif jiġu kkwantifikati r-riskji baqa' dejjem jiġi żviluppat. Dan wassal għal riżultati diverġenti u diskussjonijiet segwenti, kif ukoll biex wieħed iqis x'tista' tkun l-aħjar prattika possibbli.

Għalhekk l-għan ta' dawn il-linji gwida ta' valutazzjoni tar-riskju huwa li titjieb is-sitwazzjoni u, fil-qafas tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (45), li jiġi pprovdut metodu trasparenti u prattikabbli għal użu xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta dawn jivvalutaw ir-riskji ta' prodotti għall-konsumaturi mhux tal-ikel. Dawn il-linji gwida huma bbażati fuq metodu tal-valutazzjoni tar-riskju żviluppat għal għanijiet oħrajn, adattati għar-rekwiżiti speċifiċi ta' prodotti għall-konsumaturi mhux tal-ikel.

Ovvjament se jkun meħtieġ ċertu ammont ta' taħriġ qabel ma dawn il-linji gwida jibdew jintużaw fil-prattika, iżda l-kompetenza fil-valutazzjoni tar-riskju se tiffaċilita sew dan il-kompitu. Dan se jkun sostnut bi skambji ta' opinjonijiet bejn l-evalwaturi tar-riskju, minħabba li l-kompetenza u l-esperjenza li akkumulaw matul is-snin hija imprezzabbli.

Fil-bini ta' metodu ta' valutazzjoni tar-riskju b'passi żgħar u maneġevoli, dawn il-linji gwida jgħinu biex wieħed jiffoka fuq il-kwistjonijiet rilevanti ta' prodott, l-utent(i) tiegħu u l-użu/i tiegħu, u biex jiġu identifikati mill-bidu diverġenzi fl-opinjonijiet possibbli bejn l-evalwaturi tar-riskju, biex b'hekk jiġu evitati diskussjonijiet fit-tul. Għalhekk dawn għandhom iwasslu għal riżultati ta' valutazzjoni tar-riskju sodi u konsistenti bbażati fuq l-evidenza u x-xjenza, u konsegwentement għal kunsens aċċettabbli wiesa' dwar ir-riskji li jistgħu jippreżentaw ħafna prodotti tal-konsumaturi mhux tal-ikel.

Ħarsa ġenerali ħafifa u dijagramma sekwenzjali dwar kif tiġi ppreparata valutazzjoni tar-riskju skont dawn il-linji gwida tinsab fit-taqsima 5 f'dawn il-linji gwida — “Prodotti għall-Konsumaturi” tfisser dejjem prodotti għall-konsumaturi mhux tal-ikel.

Dawn il-linji gwida mhumiex intenzjonati li jieħdu post linji gwida oħrajn li jistgħu jindirizzaw prodotti speċifiċi ħafna jew li jistgħu jkunu speċifikament previsti fil-leġiżlazzjoni, bħal fil-qasam tal-kimika, il-kożmetika, il-farmaċewtiċi jew l-apparati mediċi. Hu rrakkomandat ħafna li wieħed juża din il-gwida speċifika, minħabba li hi magħmula apposta, iżda huwa dejjem l-evalwatur tar-riskju li jiddeċiedi kif l-aħjar jivvaluta r-riskji ta' prodott.

Dawn il-linji gwida lanqas ma għandhom jintużaw mill-manifatturi “sempliċiment biex jevitaw riskji serji” meta jiddiżinjaw jew jimmanifatturaw il-prodotti. Il-prodotti tal-konsumaturi għandhom ikunu sikuri, u dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jgħinu lill-awtoritajiet jidentifikaw riskji serji meta, minkejja l-aħjar sforzi tal-manifattur, prodott ma jkunx sikur.

2    Valutazzjoni tar-riskju — ħarsa ġenerali

2.1   Riskju — taħlita ta' periklu u probabbiltà

Ġeneralment b'riskju wieħed jifhem xi ħaġa li thedded is-saħħa jekk mhux ukoll il-ħajja tan-nies, jew li tista' tikkawża ħsara materjali konsiderevoli. Madankollu, in-nies jieħdu r-riskji filwaqt li jkunu konxji mill-ħsara possibbli, minħabba li mhux dejjem isseħħ ħsara. Pereżempju:

Jekk titla' fuq sellum dejjem ikun hemm il-possibbiltà li taqa' u tweġġa'. ‘Il-waqgħa’ hi għalhekk marbuta mas-‘sellum fih innifsu’; hi parti intrinsika tal-użu ta' sellum u ma tistax tiġi eskluża. “Il-waqgħa” tissejjaħ għalhekk il-periklu intrinsiku ta' sellum.

Dan il-periklu, madankollu, mhux dejjem iseħħ, minħabba li ħafna nies jitilgħu sellum mingħajr ma jaqgħu jew iweġġgħu. Dan jindika li hemm ċerta possibbiltà (jew probabbiltà), iżda l-ebda ċertezza, li jseħħ il-periklu intrinsiku. Filwaqt li l-periklu dejjem jeżisti, il-probabbiltà li dan iseħħ tista' tiġi mminimizzata, pereżempju billi persuna li titla' s-sellum toqgħod attenta.

L-użu ta' prodotti tat-tindif bl-idrossidu tas-sodju biex jinfetħu l-pajpijiet tad-dranaġġ li jkunu imblokkati dejjem jinvolvi l-possibbiltà ta' ħsara kbira lill-ġilda, jekk il-prodott jagħmel kuntatt mal-ġilda, jew ukoll li wieħed jagħma għal dejjem jekk il-prodott imiss mal-għajnejn. Dan għaliex l-idrossidu tas-sodju hu korrużiv ħafna, jiġifieri l-prodott tat-tindif huwa perikoluż intrinsikament.

Madankollu, meta l-prodott tat-tindif jintuża kif suppost, il-periklu ma jseħħx. Il-maniġġ sew jista' jinkludi li jintlibsu ingwanti tal-plastik u nuċċalijiet protettivi. B'hekk jiġu protetti l-ġilda u l-għajnejn, u l-probabbiltà ta' ħsara tonqos ħafna.

Ir-riskju hu għalhekk it-taħlita tas-severità ta' ħsara possibbli lill-konsumatur u l-probabbiltà li din il-ħsara sseħħ.

2.2   Valutazzjoni tar-riskju fi tliet stadji

Hemm tliet stadji biex ir-riskju jiġi ddeterminat:

1.

Antiċipa xenarju ta' korriment li fih il-periklu intrinsiku tal-prodott jagħmel ħsara lill-konsumatur (ara t-tabella 1). Iddetermina kemm hu gravi l-korriment tal-konsumatur.

Kejl biex jiġi kkwantifikat il-periklu intrinsiku tal-prodott hu d-daqs tal-effett negattiv li jista' jikkawża lis-saħħa tal-konsumatur. L-evalwatur tar-riskju għaldaqstant jantiċipa “xenarju ta' korriment” li jiddeskrivi pass pass kif il-periklu jwassal għall-korriment tal-konsumatur (ara t-tabella 2). Fil-qosor, ix-xenarju ta' korriment jiddeskrivi l-inċident li l-konsumatur ikollu bil-prodott ikkonċernat, u s-severità tal-korriment tal-konsumatur ikkawżat b'dak l-inċident.

Korriment jista' jvarja fis-severità, skont il-periklu tal-prodott, il-mod kif jintuża l-oġġett mill-konsumatur, it-tip ta' konsumatur li juża l-prodott, u ħafna aktar (ara t-taqsima 3). Aktar ma jkun gravi l-korriment, aktar ikun kbir il-periklu li kkawżah, u viċi versa. Is-“severità tal-korriment” hi għalhekk mezz ta' kif jiġi kkwantifikat il-periklu. Dawn il-linji gwida jipproponu erba' livelli ta' severità, minn korrimenti li huma normalment riversibbli kompletament għal korrimenti serji li jikkawżaw aktar minn madwar 10 % f'diżabilità permanenti jew saħansitra l-mewt (ara t-tabella 3).

2.

Iddetermina l-probabbiltà li l-konsumatur ikorri fil-prattika bil-periklu intrinsiku tal-prodott.

Filwaqt li x-xenarju tal-korriment jiddeskrivi kif il-konsumatur ikorri bil-periklu, ix-xenarju jseħħ biss b'ċerta probabbiltà. Il-probabbiltà tista' tiġi espressa bħala frazzjoni, bħal “>50 %” jew “>1/1 000” (ara t-tabella 4 tan-naħa tax-xellug).

3.

Ikkombina l-periklu (f'termini ta' severità tal-korriment) mal-probabbiltà (f'termini ta' frazzjoni) biex tikseb ir-riskju.

Din il-kumbinazzjoni tista' ssir billi tfittex iż-żewġ valuri fit-tabella xierqa (ara t-tabella 4); it-tabella se tipprovdi l-livell ta' riskju fir-rigward ta' riskju “serju”, “għoli”, “medju” u “baxx”.

Meta jkunu previsti xenarji differenti ta' korriment, ir-riskju għal kull wieħed minn dawn ix-xenarji għandu jiġi ddeterminat u l-ogħla riskju jissejjaħ “ir-riskju” tal-prodott. L-ogħla riskju hu normalment kruċjali għaliex azzjoni fuq l-ogħla riskju biss tista' tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni b'mod effikaċi.

Min-naħa l-oħra, ir-riskju identifikat jista' jkun aktar baxx mill-ogħla riskju, iżda jkun jeħtieġ azzjoni speċifika ta' tnaqqis fir-riskju. Għalhekk huwa importanti li jittieħdu miżuri kontra dak ir-riskju biex ir-riskji kollha jitnaqqsu b'mod effikaċi.

Ladarba jitwettqu t-tliet stadji, il-valutazzjoni tar-riskju tkun bażikament lesta. Dijagramma sekwenzjali dwar kif toħloq valutazzjoni tar-riskju tinsab fl-aħħar tat-taqsima 5.

2.3   Xi suġġerimenti utli

Fittex l-informazzjoni

Kif jidher ċar fl-eżempji tal-Kapitolu 2.1., kull wieħed mit-tliet stadji ta' valutazzjoni tar-riskju (ara l-punt 2.2.) jeħtieġ antiċipazzjoni ta' x'jista' jiġri u kemm hu probabbli li jiġri, minħabba li l-prodott ikkunsidrat normalment ma jkunx ikkawża inċident, u b'hekk ir-riskju jkun (għadu) ma seħħx. Esperjenzi preċedenti bi prodotti simili jgħinu f'dan l-eżerċizzju, kif tgħin kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-prodott, bħad-disinn, l-istabbiltà mekkanika, il-kompożizzjoni kimika, l-operat, l-istruzzjonijiet għall-użu, inkluż pariri dwar il-ġestjoni tar-riskji possibbli, it-tip ta' konsumatur li hu maħsub għalih (u dak li mhuwiex), rapporti ta' testijiet, statistika tal-inċidenti, il-Bażi tad-Data tal-Korrimenti tal-UE (IDB) (46), informazzjoni dwar l-ilmenti mill-konsumaturi, dwar l-imġiba tal-konsumaturi differenti meta jużaw dan il-prodott, u dwar is-sejħiet lura tal-prodott. Ir-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, fl-istandards tal-prodott jew fil-listi ta' kontroll, (bħal fl-ISO 14121: Sigurtà tal-makkinarju — Valutazzjoni tar-riskju) jistgħu wkoll ikunu sorsi ta' informazzjoni utli.

Madankollu, il-prodotti li jkunu se jiġu vvalutati jistgħu jkunu speċifiċi mhux ħażin u għalhekk dawn is-sorsi jista' ma jkollhomx l-informazzjoni meħtieġa. L-informazzjoni miġbura tista' wkoll ma tkunx sħiħa, tkun inkonsistenti, jew ma tkunx plawżibbli għalkollox. Dan jista' jkun il-każ b'mod partikolari għall-istatistika tal-inċident, meta tiġi rreġistrata l-kategorija tal-prodott biss. L-assenza ta' storja tal-inċidenti, għadd żgħir ta' inċidenti jew ta' severità baxxa ta' inċidenti ma għandhomx jittieħdu bħala preżunzjoni ta' riskju baxx. Anki l-istatistika ta' prodotti speċifiċi għandha titqies b'attenzjoni kbira, minħabba li l-prodott jista' jkun inbidel matul iż-żmien, jew fid-disinn jew fil-kompożizzjoni. L-informazzjoni trid dejjem tiġi vvalutata b'mod kritiku.

Ir-reazzjonijiet mingħand kollegi esperti jistgħu jkunu utli b'mod partikolari, minħabba li huma għandhom esperjenza fil-ħajja reali u jipprovdu suġġerimenti li mhumiex immedjatament ovvji meta jiġi vvalutat ir-riskju ta' prodott. Huma jistgħu wkoll jagħtu parir meta tkun qed issir valutazzjoni tar-riskji għal tipi differenti ta' konsumaturi, inkluż konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal (ara t-tabella 1), minħabba li dawn tal-aħħar jistgħu jużaw il-prodott b'mod differenti. Huma jistgħu jgħinu wkoll biex jiġi vvalutat ir-riskju għal korrimenti differenti li jista' jikkawża prodott, u l-mod kif ifiġġu dawn il-korrimenti waqt li jkun qed jintuża l-prodott. Huma jistgħu jiġġudikaw ukoll jekk xenarju ta' korriment ikunx “totalment mhux identifikat”, improbabbli ħafna, u mbagħad jiggwidaw lill-evalwatur tar-riskju lejn suppożizzjonijiet aktar realistiċi.

Għalhekk, ir-reazzjonijiet mingħand kollegi ta' esperjenza, għalkemm mhux obbligu, jistgħu jkunu ta' għajnuna f'bosta aspetti. Evalwatur tar-riskju minn awtorità jista' jitlob parir mingħand kollegi f'dik l-istess awtorità, f'awtoritajiet oħrajn, fl-industrija, f'pajjiżi oħrajn, fi gruppi xjentifiċi, u bnadi oħra. Mill-banda l-oħra, kwalunkwe evalwatur tar-riskju fl-industrija jista' juża l-kuntatti tiegħu mal-awtoritajiet u oħrajn meta jkun se jiġi vvalutat prodott ġdid jew imtejjeb qabel ma dan jitqiegħed fis-suq.

Ovvjament informazzjoni ġdida li tinkiseb għandha tintuża biex taġġorna kull valutazzjoni tar-riskju eżistenti.

Agħmel analiżi tas-sensittività tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħek

Jekk it-tiftix u l-mistoqsijiet kollha għal informazzjoni lill-kollegi esperti ma jipprovdux id-data speċifika ħafna meħtieġa, l-hekk imsejħa analiżi tas-sensittività tista' tgħin. F'din l-analiżi jiġi preżunt valur aktar baxx u ogħla minn dak magħżul qabel għal kull parametru tal-valutazzjoni tar-riskju, u ssirlu l-proċedura sħiħa tal-valutazzjoni tar-riskju. Il-livelli ta' riskju li jirriżultaw juru kemm il-livell tar-riskju jirreaġixxi b'mod sensittiv meta jintużaw valuri ogħla u aktar baxxi. B'dan il-mod il-firxa li se jkun fiha r-riskju reali tal-prodott tista' tiġi stmata.

Jekk l-aktar valur probabbli ta' kull parametru jista' jiġi stmat, imbagħad dawk l-aktar valuri probabbli għandhom jgħaddu mill-proċedura, u l-livell tar-riskju li jirriżulta jkun l-aktar riskju probabbli.

Eżempju ta' analiżi tas-sensittività jinsab fit-taqsima 6.

Ħalli lill-oħrajn jivverifikaw il-valutazzjoni tar-riskju tiegħek

Ir-reazzjoni tal-kollegi tgħin ukoll għal meta ssir il-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju. Dawn ikunu jistgħu jagħtu l-pariri fuq is-suppożizzjonijiet u l-istimi li jkunu saru waqt it-tliet stadji msemmija fil-punt 2.2. Huma jaqsmu l-esperjenza tagħhom u għaldaqstant jgħinu biex issir valutazzjoni tar-riskju aktar robusta, soda, trasparenti u fl-aħħar mill-aħħar aktar aċċettabbli. Għaldaqstant huwa rrakkomandat li, idealment jintalab parir mingħand kollegi esperti, possibbilment fil-forma ta' diskussjoni fi grupp, qabel ma tiġi konkluża l-valutazzjoni tar-riskju. Dawn il-gruppi, ta' forsi minn tlieta sa ħames membri, għandhom jinkludu taħlita ta' kompetenza xierqa fil-prodott li jkun qed jiġi vvalutat: inġiniera, spiżjara, (mikro)bijologi, professjonisti fl-istatistika, maniġers tas-sigurtà tal-prodotti, u oħrajn. Id-diskussjoni fi grupp tkun partikolarment utli meta prodott ikun ġdid fis-suq u jkun għadu qatt ma ġie vvalutat.

Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom ikunu sodi u realistiċi. Madankollu, minħabba li jeħtieġu għadd ta' suppożizzjonijiet, evalwaturi differenti tar-riskju jistgħu jaslu għal konklużjonijiet differenti minħabba d-data u evidenza oħra li jkun irnexxielhom isibu jew minħabba l-esperjenza diverġenti tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju għall-evalwaturi tar-riskju li jitkellmu ma' xulxin biex jilħqu ftehim jew, għall-anqas kunsens. Il-valutazzjoni tar-riskju pass pass deskritta f'dawn il-linji gwida, madankollu, għandha trendi dawn id-diskussjonijiet aktar produttivi. Kull stadju f'valutazzjoni tar-riskju jrid jiġi deskritt b'mod ċar fid-dettall. Għalhekk, kull punt ta' nuqqas ta' ftehim ikun jista' jiġi identifikat malajr, u l-kunsens jintlaħaq b'mod aktar faċli. Dan jagħmel il-valutazzjonijiet tar-riskju aktar aċċettabbli.

Iddokumenta l-valutazzjoni tar-riskju tiegħek

Huwa importanti li tiddokumenta l-valutazzjoni tar-riskju tiegħek, bid-deskrizzjoni tal-prodott u l-paramentri kollha li għażilt meta żviluppajtu, bħar-riżultati tat-testijiet, it-tip(i) ta' konsumaturi li għażilt għax-xenarju/i tiegħek ta' korriment, u l-probabbiltajiet bid-data u s-suppożizzjonijiet sottostanti. B'hekk tkun tista' turi b'mod mhux ambigwu kif stmajt il-livell ta' riskju, u dan jgħinek ukoll biex taġġorna l-valutazzjoni tiegħek filwaqt li żżomm reġistrazzjoni tat-tibdil kollu.

Bosta perikli, bosta korrimenti — iżda riskju wieħed biss

Meta jiġu identifikati diversi perikli, diversi xenarji ta' korriment jew severitajiet jew probabbiltajiet differenti ta' korrimenti, kull wieħed minn dawn għandu jgħaddi mill-proċedura sħiħa tal-valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju għal kull wieħed. B'riżultat ta' dan, il-prodott jista' jkollu bosta livelli ta' riskju. Ir-riskju kumplessiv tal-prodott imbagħad ikun l-ogħla livell ta' riskju identifikat, minħabba li l-azzjoni fuq l-ogħla livell ta' riskju tkun normalment l-aktar mod effikaċi biex jitnaqqas ir-riskju. F'każijiet speċjali biss jista' riskju anqas mill-ogħla wieħed jitqies partikolarment importanti, minħabba li jkun jista' jeħtieġ miżuri speċifiċi ta'ġestjoni tar-riskju.

Bħala eżempju ta' bosta riskji, martell jista' jkollu r-ras u l-maqbad dgħajfin, li t-tnejn jistgħu jinqasmu meta jintuża l-martell, u l-konsumatur jista' jkorri. Jekk ix-xenarji rilevanti jwasslu għal livelli differenti ta' riskju, l-ogħla riskju għandu jkun irrappurtat bħala “r-riskju” tal-martell.

Wieħed jista' jargumenta li:

il-periklu li jidher l-aktar sinifikanti għandu jkun deċiżiv, minħabba li jista' jwassal għall-aktar korrimenti severi. Fl-eżempju tal-martell fil-punt 2.1, dan jista' jkun li tinqasam ras il-martell, minħabba li l-biċċiet tar-ras li tinqasam jistgħu jtiru f'għajnejn xi ħadd, bil-possibbiltà li jagħmu lill-utent. Jekk tinqasam il-parti minn fejn taqbad il-martell, min-naħa l-oħra, din qatt ma tista' tinqasam f'biċċiet żgħar li jistgħu jagħmlu daqshekk ħsara lill-għajnejn;

Madankollu, din tkun valutazzjoni tal-periklu, mhux valutazzjoni tar-riskju. Valutazzjoni tar-riskju tara wkoll il-probabbiltà li jseħħ effettivament il-korriment. Għalhekk, l-“aktar periklu sinifikanti” jista' jikkawża korriment li jkun ħafna inqas probabbli minn korriment ikkawżat mill-periklu ż-żgħir, u għalhekk jippreżenta riskju aktar baxx. Mill-banda l-oħra, xenarju li jwassal għal korriment anqas sever jista' jkun aktar probabbli minn xenarju li jirriżulta f'mewt, u l-anqas korriment sever jista' għaldaqstant jippreżenta riskju ogħla;

l-ogħla probabbiltà biex iseħħ xenarju ta' korriment għandha tkun il-fattur deċiżiv għar-“riskju” tal-prodott. Fl-eżempju tal-martell fil-punt 2.1, jekk il-maqbad tal-martell ikun dgħajjef ħafna, l-aktar xenarju ta' korriment probabbli jkun li jinqasam il-maqbad, u għalhekk dak ix-xenarju għandu jkun deċiżiv.

Madankollu, dan ma jqisx il-gravità tal-korrimenti tal-għajnejn li tista' tikkawża ras il-martell. Għalhekk, jekk wieħed iħares biss lejn il-probabbiltà ma jkunx qed jara l-istampa kollha.

Bħala konklużjoni, ir-riskju huwa taħlita bbilanċjata kemm tal-periklu kif ukoll tal-probabbiltà tal-korriment li l-periklu jista' jikkawża. Ir-riskju ma jiddeskrivi la l-periklu u lanqas il-probabbiltà, imma t-tnejn f'daqqa. Li jittieħed l-ogħla riskju bħala “r-riskju” tal-prodott jiżgura s-sigurtà l-aktar effikaċi tal-prodott (minbarra riskji speċifiċi li jeħtieġu ġestjoni speċifika tar-riskju, kif imsemmi fil-bidu ta' din it-taqsima.

Ir-riskji jistgħu jakkumulaw?

Xenarji diversi ta' korriment li jwasslu għal bosta riskji jistgħu jiġu żviluppati għal prattikament kull prodott. Pereżempju, angle grinder jista' jippreżenta r-riskju ta' xokk elettriku, minħabba li l-wajers tal-elettriku jistgħu jkunu esposti żżejjed, u r-riskju ta' nar, minħabba li l-magna tista' tisħon iżżejjed u taqbad waqt użu normali. Jekk iż-żewġ riskji jitqiesu li jkunu “għoljin”, dawn jingħaddu flimkien biex il-grinder ikun joħloq “riskju serju” kumplessiv?

Meta jkunu marbuta bosta riskji mal-istess prodott, wieħed minnhom ikun ovvjament aktar probabbli li jseħħ u jikkawża korriment. Il-probabbiltà kumplessiva ta' korriment għaldaqstant tkun ikbar. Dan ma jfissirx li r-riskju kumplessiv ikun awtomatikament ogħla, madankollu:

Il-probabbiltà kumplessiva ma tiġix ikkalkolata billi sempliċiment jingħaddu l-probabbiltajiet. Huma neċessarji kalkoli aktar kumplessi, u dawn dejjem jirriżultaw fi probabbiltà li tkun aktar baxxa mis-somma tal-probabbiltajiet kollha.

Hemm differenza ta' fattur ta' 10 bejn żewġ livelli suċċessivi ta' probabbiltà (it-Tabella 4). Dan ifisser li huma meħtieġa ħafna xenarji differenti tal-istess livell biex il-probabbiltà (u possibbilment r-riskju) kumplessiva togħla.

Il-valuri tal-probabbiltà huma stimi li jistgħu ma jkunux preċiżi għalkollox, minħabba li dawn dejjem ixaqilbu favur is-“sigurtà” sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni. Għaldaqstant huwa aktar utli li wieħed iħares lejn stima aktar preċiża tal-probabbiltà ta' xenarju li jwassal għall-ogħla riskju milli li jgħodd l-istimi approssimattivi tal-probabbiltajiet ta' kull tip ta' xenarju.

Bi ftit sforz jistgħu jiġu żviluppati mijiet ta' xenarji ta' korrimenti. Jekk ir-riskji jingħaddu sempliċiment flimkien, ir-riskju kumplessiv ikun jiddependi fuq l-għadd ta' xenarji ta' korrimenti ġġenerati u jistgħu jibqgħu jiżdiedu “bla tmiem”. Dan ma jagħmilx sens.

Għalhekk, ir-riskji ma jiġux sempliċiment akkumulati. Madankollu, jekk jeżisti aktar minn riskju wieħed rilevanti, jista' jkun hemm il-ħtieġa li tittieħed azzjoni b'mod aktar rapidu biex jiġu ġestiti r-riskji jew ikun meħtieġ li l-azzjoni tkun aktar qawwija. Pereżempju, b'żewġ riskji, prodott jista' jeħtieġ li jitneħħa mis-suq u jissejjaħ lura immedjatament, filwaqt li b'riskju wieħed jkun biżżejjed li jitwaqqaf il-bejgħ.

Il-ġestjoni tar-riskju tiddependi fuq ħafna fatturi, mhux biss fuq l-għadd ta' riskji li l-prodott jista' jippreżenta fl-istess ħin. Għalhekk, hawn taħt qed tingħata konsiderazzjoni għar-rabta bejn ir-riskji u l-ġestjoni tar-riskju (it-taqsima 4).

Il-konformità mal-valuri ta' limitu fil-leġiżlazzjoni u l-istandards

Fis-sorveljanza tas-suq, il-prodotti tal-konsumatur ta' spiss jiġu ttestjati skont l-valuri ta' limitu jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u fl-istandards tas-sigurtà tal-prodotti. Prodott li jikkonforma mal-valur(i) ta' limitu jew mar-rekwiżit(i) (47) jiġi preżunt li hu sikur f'termini tal-karatteristiċi tas-sigurtà koperti minn dawn il-valur(i) jew rekwiżit(i). Din is-suppożizzjoni tista' ssir minħabba li meta jiġu stabbiliti l-valur(i) ta' limitu jew ir-rekwiżit(i) jitqiesu r-riskji ta' prodott mill-użu maħsub u raġonevolment prevedibbli tiegħu. Il-manifatturi għalhekk għandhom bżonn li l-prodotti tagħhom jikkonformaw ma' dawn il-valuri jew rekwiżiti, minħabba li mbagħad huma jkollhom iħarsu biss lejn ir-riskji tal-prodotti tagħhom li ma jkunux koperti minn dawk il-valur(i) ta' limitu jew rekwiżit(i).

Eżempju ta' valur ta' limitu:

fil-leġiżlazzjoni huwa l-limitu ta' 5 mg/kg benżin fil-ġugarelli li ma jridx jinqabeż skont il-punt 5 tal-Anness XVII tar-Regolament tar-REACH (48), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 (49);

fi standard huwa ċ-ċilindru tal-partijiet żgħar: partijiet żgħar ta' ġugarell għat-tfal ta' taħt is-36 xahar ma jistgħux ikunu jidħlu għalkollox fiċ-ċilindru deskritt fl-Istandard tal-Ġugarelli (50). Jekk ikunu jidħlu, ikunu jippreżentaw riskju;

Il-prodott hu preżunt li ma jkunx sikur meta dan ma jonqos milli jikkonforma mal-valuri ta' limiti stabbiliti. Għall-valuri ta' limiti stabbiliti:

fil-leġiżlazzjoni, bħal għall-kożmetiċi jew ir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu, il-prodott ma jridx ikun disponibbli fis-suq;

fl-istandards, il-manifattur jista' madankollu jipprova jipprovdi evidenza li l-prodott tiegħu jkun sikur daqslikieku kien konformi mal-valur ta' limitu tal-istandard permezz ta' valutazzjoni ta' riskju sħiħa fuq il-prodott tiegħu. Madankollu, dan jista' jkun jeħtieġ sforz akbar, u jista' jkun impossibbli f'każijiet bħaċ-ċilindru tal-partijiet iż-żgħar imsemmi fl-ewwel punt ta' din il-lista, mill-manifattura effettiva tal-prodott f'konformità mal-valur ta' limitu tal-istandard.

In-nuqqas ta' konformità ma' valuri ta' limitu ma tfissirx awtomatikament li l-prodott jippreżenta “riskju serju” (li jkun l-ogħla livell ta' riskju kopert minn dawn il-linji gwida). Għaldaqstant, biex ikunu żgurati miżuri xierqa ta' tnaqqis ta' riskju, tkun meħtieġa valutazzjoni tar-riskju għal dawn il-partijiet ta' prodott li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni jew standard jew li mhumiex koperti minnhom.

Barra minn hekk, xi prodotti, bħall-kożmetiċi, jeħtieġu valutazzjoni tar-riskju anki meta dawn ikunu konformi mal-valuri ta' limitu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tipprovdi evidenza tas-sigurtà tal-prodott sħiħ (51).

Bħala konklużjoni, il-konformità mal-valuri ta' limitu fil-leġiżlazzjoni jew fl-istandards tipprovdi suppożizzjoni ta' sigurtà, iżda din il-konformità tista' ma tkunx biżżejjed.

Linji Gwida speċifiċi għall-valutazzjoni tar-riskju f'każijiet speċifiċi

Għall-kimiki hemm struzzjonijiet speċifiċi dwar kif titħejja valutazzjoni tar-riskju (52), u għaldaqstant dawn mhumiex indirizzati f'dawn il-linji gwida. Madankollu, dawn isegwu l-istess prinċipji bħall-prodotti tal-konsumatur “normali”:

valutazzjoni u identifikazzjoni tal-periklu — din l-istess bħad-determinazzjoni tas-severità tal-korriment, kif deskritt fit-taqsima 2.2;

valutazzjoni tal-esponiment – f'dan l-istadju, l-esponiment jiġi espress bħala l-aktar doża probabbli tal-kimika li l-konsumatur jista' jieħu permezz tal-passaġġi orali, man-nifs jew mill-ġilda, separatament jew f'daqqa, meta juża l-prodott kif antiċipat fix-xenarju ta' korriment. Dan l-istadju hu l-istess bħad-determinazzjoni tal-probabbiltà li l-korriment ikun fil-fatt se jseħħ;

karatterizzazzjoni tar-riskju — dan l-istadju bażikament jikkonsisti fit-tqabbil tad-doża tal-kimika li aktarx jieħu l-konsumatur (= esponiment) mal-livell derivat ta' bla effett (DNEL) ta' dik il-kimika. Jekk l-esponiment ikun suffiċjentement aktar baxx mid-DNEL, fi kliem ieħor, jekk il-proporzjon tal-karatterizzazzjoni tar-riskju (RCR) tkun b'mod ċar taħt il-1, ir-riskju jitqies li jkun ikkontrollat b'mod adegwat. Dan huwa l-istess bħad-determinazzjoni tal-livell tar-riskju. Jistgħu ma jkunux meħtieġa miżuri tal-ġestjoni tar-riskji jekk il-livell tar-riskju jkun suffiċjentement baxx.

Minħabba li l-kimika jista' jkollha diversi perikli, normalment jiġi determinat ir-riskju għall-“effett fuq is-saħħa ewlieni”, li huwa l-effett fuq is-saħħa (jew “il-punt aħħari” bħal tossiċità akuta, irritazzjoni, sensitizzazzjoni, karċinoġeniċità, mutaġeniċità, tossiċità għar-riproduzzjoni) meqjus bħala l-aktar importanti.

Għall-kożmetiċi, hemm ukoll gwida speċifika (53), u jista' jkun hemm gwida speċifika għal prodotti jew finijiet oħrajn.

Huwa rakkomandat ħafna li tintuża din il-gwida speċifika, minħabba li hi mfassla apposta għall-każijiet speċifiċi kkonċernati. Madankollu, meta d-data meħtieġa mill-gwida speċifika ma tkunx teżisti jew ma tkunx tista' tiġi stmata, il-linji gwida preżenti jistgħu jintużaw għal valutazzjoni tar-riskju preliminari. Din il-valutazzjoni tar-riskju titwettaq bid-diliġenza u l-attenzjoni dovuta sabiex tiġi evitata kull miżinterpretazzjoni.

3    Il-bini ta' valutazzjoni tar-riskju pass pass

Din it-taqsima tiddeskrivi fid-dettall x'punti jridu jiġu kkunsidrati u x'mistoqsijiet iridu jsiru waqt il-preparazzjoni ta' valutazzjoni tar-riskju.

3.1.   Il-prodott

Il-prodott għandu jiġi identifikat mingħajr ambigwità. Dan jinkludi l-isem tal-prodott, id-ditta, l-isem tal-mudell, in-numru tat-tip, numru possibbli tal-lott ta' produzzjoni, kwalunkwe ċertifikat li jista' jiġi mal-prodott, qafla reżistenti għat-tfal jekk ikun hemm waħda, l-identità tal-persuna li qegħditu fis-suq, u l-pajjiż tal-oriġini. Stampa tal-prodott, l-imballaġġ u l-pjanċa tal-immarkar (jekk xieraq) u r-rapport(i) tat-test li jidentifikaw il-periklu/i tal-prodott jistgħu jitqiesu wkoll bħala parti mid-deskrizzjoni tal-prodott.

F'każijiet partikolari, il-periklu jista' jiġi limitat għal parti distinta tal-prodott, li tista' tkun separata minnu u anki disponibbli separatament għall-konsumatur. F'każijiet bħal dawn, huwa biżżejjed li tiġi vvalutata biss il-parti distinta tal-prodott. Batteriji li jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati ta' kompjuters notebook li jistgħu jisħnu żżejjed huma eżempju ta' dan.

Id-deskrizzjoni tal-prodott tinkludi kull tikketta li tista' tkun rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari tikketti ta' twissija. L-istruzzjonijiet għall-użu jista' jkun fihom ukoll l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskju tal-prodott u kif iżżommu baxx kemm jista' jkun, pereżempju bl-użu ta' tagħmir personali protettiv jew billi t-tfal ma jitħallewx jużaw il-prodott. Eżempju ta' dan hija l-lupa elettrika.

Il-prodotti jistgħu wkoll ikunu jeħtieġu li jintramaw mill-konsumaturi qabel jintużaw, bħal għamara li tarmaha inti stess. L-istruzzjonijiet ta' kif tarmaha huma ċari biżżejjed biex il-prodott lest għall-użu jissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà rilevanti kollha? Jew il-konsumaturi jistgħu jieħdu l-iżbalji meta jkunu qed jarmaw il-prodott li jistgħu jwasslu għal riskji mhux previsti?

Il-valutazzjoni tar-riskju dejjem għandha tqis it-tul tal-ħajja kollu tal-prodott. Dan huwa partikolarment importanti meta prodott ikun ġie żviluppat u r-riskji tiegħu jkunu qed jiġu vvalutati. L-età u l-użu jistgħu jbiddlu t-tip jew id-daqs tal-periklu? Jista' jkun hemm perikli ġodda hekk kif il-prodott jibda jeqdiem jew forsi permezz ta' użu mhux xieraq raġonevolment prevedibbli? Kemm hu twil iż-“żmien qabel ma l-prodott jiġrilu l-ħsara”? Kemm hi twila l-ħajja tal-prodott, inkluża l-ħajja fuq l-ixkaffa? Għal kemm żmien jista' jintuża l-prodott fil-prattika mill-konsumaturi qabel ma jintrema?

Jista' jkun hemm bżonn li jitqiesu kunsiderazzjonijiet addizzjonali meta prodott ma jibqax utilizzabbli wara ċertu perjodu taż-żmien, anki jekk qatt ma jkun intuża. Eżempji huma kutri tal-elettriku jew biċċiet li jsaħħnu. Il-wajers elettriċi fil-prodotti jkunu ġeneralment irqaq u jsiru fraġli wara għaxar snin, anki jekk il-prodott ma jkun intuża qatt. Il-wajers li jsaħħnu jistgħu jiġu f'kuntatt ma' xulxin, jistgħu jikkawżaw ċirkwit kort u jqabbdu l-friex tas-sodda.

Finalment, l-imballaġġ tal-prodott għandu jkun inkluż ukoll fi kull valutazzjoni tar-riskju.

3.2.   Il-periklu tal-prodott

Il-periklu huwa l-proprjetà intrinsika tal-prodott li tista' tikkawża korriment lill-konsumatur li juża l-prodott. Dan jista' jidher f'forom differenti:

periklu mekkaniku, bħal trufijiet jaqtgħu li jistgħu jaqtgħu s-swaba', jew ftuħ dejjaq li fih xi ħadd jista' jaqbad subajh;

periklu ta' fgar, bħal minn partijiet żgħar li jinqalgħu minn ġugarell li jistgħu jinbelgħu mit-tfal u jifgawhom;

periklu ta' soffokazzjoni, bħal minn lazzijiet li joħorġu minn barnuża ta' anorak li jistgħu jwasslu għal strangolazzjoni;

periklu elettriku, bħal minn partijiet elettriċi li minnhom jgħaddi l-elettriku li jistgħu jikkawżaw xokk elettriku;

periklu ta' sħana jew nar, bħal ħiters bil-fann li jisħnu żżejjed, jaqbdu u jikkawżaw ħruq;

periklu termali, bħall-wiċċ ta' barra jaħraq ta' forn li jista' jikkawża ħruq;

periklu kimiku, bħal sustanza tossika li tista' tivvelena l-konsumatur immedjatament waqt l-inġestjoni, jew sustanza karċinoġenika li tista' tikkawża kanċer fit-terminu t-twil. Xi kimiki jistgħu jagħmlu ħsara lill-konsumatur wara esponiment ripetut biss;

periklu mikrobijoloġiku, bħal kontaminazzjoni batterjoloġika ta' kożmetiċi li tista' tikkawża infezzjoni tal-ġilda;

periklu ta' storbju, bħal swoneriji minn ġugarelli forma ta' telefowns ċellulari li jagħmlu wisq storbju u li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kapaċità tas-smigħ tat-tfal;

perikli oħra, bħal splużjoni, implożjoni, pressjoni sonika u ultrasonika, pressjoni ta' likwidi, jew radjazzjoni minn sorsi ta' lejżer.

Għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida, il-perikli nġabru fi gruppi, marbuta mad-daqs, il-forma u l-wiċċ tal-prodott, mal-potenzjal, l-enerġija kinetika jew elettrika, mat-temperaturi estremi, u oħrajn, kif muri fit-tabella 2. It-tabella qiegħda biss bħala gwida, u kull evalwatur tar-riskji għandu jadatta x-xenarju għall-prodott ikkunsidrat. Ovvjament mhux kull tip ta' periklu japplika għal kull prodott.

Madankollu, it-tabella 2 għandha tgħin lill-evalwaturi tar-riskji jfittxu u jidentifikaw il-perikli kollha possibbli fil-prodotti tal-konsumatur li jkunu qed jiġu vvalutati. Meta prodott ikollu bosta perikli, kull periklu għandu jitqies separatament bil-valutazzjoni tar-riskju tiegħu u l-ogħla riskju jkun identifikat bħala “r-riskju” tal-prodott. Ovvjament, ir-riskji li jeħtieġu miżuri speċifiċi ta' ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu rrappurtati wkoll, biex ikun żgurat li r-riskji kollha jkunu jistgħu jitnaqqsu.

Innota li periklu wieħed jista' jwassal għal bosta korrimenti fl-istess xenarju. Pereżempju, brejkijiet li ma jaħdmux sew fuq mutur jistgħu jikkawżaw inċident u jirriżultaw fi ħsara f'ras is-sewwieq, idejh u saqajh, u jistgħu jikkawżaw ukoll ħruq jekk il-petrol jieħu n-nar fl-inċident. F'dan il-każ, il-korrimenti kollha jagħmlu parti mill-istess xenarju ta' korriment, u trid tiġi stmata s-severità tal-korrimenti flimkien. Dawn il-korrimenti f'daqqa huma ovvjament serji ħafna. Bosta korrimenti f'xenarji differenti ma għandhomx madankollu jingħaddu flimkien.

Fil-prassi ta' kuljum tas-sorveljanza tas-suq, jista' jkun biżżejjed li r-riskju jiġi vvalutat anki minn periklu wieħed biss. Jekk ir-riskju minn dak il-periklu jipprevedi azzjoni ta' ġestjoni tar-riskju, dik l-azzjoni tista' tittieħed mingħajr aktar dewmien. Madankollu, l-evalwatur tar-riskju għandu jkun żgur li r-riskju identifikat ikun (wieħed minn) l-ogħla riskju/i, biex jiżgura li l-azzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tkun effikaċi biżżejjed. Dan dejjem ikun il-każ meta r-riskju jkun serju, minħabba li dan huwa l-ogħla livell ta' riskju possibbli propost f'dawn il-linji gwida. F'każijiet ta' riskju inqas milli serju, madankollu jistgħu jkunu meħtieġa aktar valutazzjonijiet tar-riskju u possibbilment ġestjoni speċifiku tar-riskju fi stadju aktar tard. Bħala konklużjoni, l-esperjenza fil-valutazzjoni tar-riskju fil-prassi tas-sorveljanza tas-suq tillimita l-għadd ta' valutazzjonijiet ta' riskju għal livell minimu.

Identifikazzjoni ta' periklu permezz ta' testijiet u standards

Il-perikli spiss jiġu identifikati u kkwantifikati permezz ta' testijiet. Dawn it-testijiet u kif jitwettqu jistgħu jiġu stipulati fl-istandards tal-prodotti Ewropej jew internazzjonali. Il-konformità ta' prodott ma' standard Ewropew “armonizzat” (“EN …”), li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, tipprevedi suppożizzjoni ta' sigurtà (għalkemm għall-karatteristiċi tas-sigurtà koperti mill-valur(i) jew mill-istandard(s) biss). Jista' jkun preżunt f'każijiet bħal dan li l-prodott jippreżenta biss riskju minimu u livell għoli ta' protezzjoni fir-rigward tal-periklu speċifiku ttestjat.

Madankollu, jista' jkun hemm eżempji meta ma jkunx il-każ li jkun hemm suppożizzjoni ta' sigurtà, u f'dawn il-każijiet ikollha titħejja valutazzjoni tar-riskju partikolari dokumentata tajjeb, li tinkludi talba biex l-istandard armonizzat jiġi emendat.

Min-naħa l-oħra, jekk prodott ma jgħaddix mit-test, normalment jista' jiġi preżunt riskju, sakemm il-manifattur ma jipprovdix evidenza li l-prodott ikun sikur.

Il-prodotti xorta jistgħu jippreżentaw riskju anki jekk ma jikkawżawx korrimenti

Il-prodotti jistgħu ma jkunux perikolużi iżda jistgħu xorta waħda jikkawżaw riskju, minħabba li ma jkunux idonei għall-użu intenzjonat tagħhom. Eżempji ta' dan jistgħu jiġu osservati fil-qasam tat-tagħmir personali protettiv jew tagħmir li jsalva l-ħajja, bħal ġkieket li jirriflettu li jilbsu s-sewwieqa tal-karozzi wara inċident. Dawn il-ġkieket qegħdin biex jiġbdu l-attenzjoni tas-sewwieqa li jkunu għaddejjin u dawk li jkunu fit-traffiku biex javżawhom bl-inċident, b'mod partikolari bil-lejl. Madankollu, dawn jistgħu ma jkunux jidhru jekk l-istrixxi li jirriflettu jkunu żgħar ħafna jew ma jkunux jirriflettu biżżejjed, u għalhekk ma jipproteġux lill-utenti kif suppost. Għalhekk dawn il-ġkieket joħolqu riskju anki jekk mhumiex ta' periklu fihom infushom. Eżempju ieħor huwa prodott ta' protezzjoni għal kontra x-xemx li juri “protezzjoni għolja” (fattur ta' protezzjoni għal kontra x-xemx ta' 30) fuq it-tikketta iżda jipprovdi biss “protezzjoni baxxa” (fattur ta' 6). Dan jista' jwassal għal ħruq qawwi mix-xemx.

3.3.   Il-konsumaturi

Il-ħiliet u l-imġiba tal-konsumaturi li jużaw il-prodott tista' tinfluwenza ħafna l-livell tar-riskju. Huwa għalhekk importanti ħafna li jkun hemm idea ċara tat-tip ta' konsumatur fl-istampa tax-xenarju tal-korriment.

Jista' jkun meħtieġ li jiġu ġġenerati xenarji ta' korrimenti b'tipi differenti ta' konsumaturi sabiex jiġi identifikat l-ogħla riskju u għalhekk “ir-riskju” tal-prodott. Mhux biżżejjed, pereżempju, li jiġu kkunsidrati biss l-aktar konsumaturi vulnerabbli, minħabba li l-probabbiltà li jbatu effetti negattivi fix-xenarju jistgħu jkunu tant baxxi li r-riskju jkun anqas baxx milli f'xenarju ta' korriment b'konsumatur li mhux vulnerabbli.

Għandhom jitqiesu wkoll nies li ma jkunux effettivament qed jużaw il-prodott, iżda li jistgħu jkunu qrib l-utent. Pereżempju, lupa tal-elettriku tista' ttajjar frak żgħir li jista' jolqot li xi ħadd li jkun viċin f'għajnejh. Għalhekk, għalkemm ir-riskju mil-lupa tal-elettriku jista' jkun ġestit b'mod effikaċi mill-utent stess li jkun liebes tagħmir protettiv u li jikkonforma ma' kwalunkwe miżura tal-ġestjoni tar-riskju speċifikata mill-manifattur, dawk li jkunu viċin jistgħu jkunu f'periklu serju. Għaldaqstant, għandhom jkun hemm twissijiet, pereżempju fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-lupa tal-elettriku, dwar ir-riskji għal dawk li jkunu viċin u kif dawn ir-riskji jistgħu jiġu mminimizzati.

Għalhekk, meta jkun qed jiġi żviluppat xenarju ta' korriment, għandhom jitqiesu l-aspetti li ġejjin dwar it-tip ta' konsumatur u kif dan juża l-prodott. Din mhix lista kompluta, iżda għandha tinkoraġġixxi lill-evalwaturi tar-riskju jiddeskrivu x-xenarji tagħhom ta' korriment fil-livell ta' dettall meħtieġ. Għandu jiġi nnotat li “konsumatur” tfisser ukoll in-nies li ma jkunux effettivament qed jużaw il-prodott, iżda li jistgħu jiġu affettwati minħabba li jkunu qegħdin viċin:

Utent li l-prodott huwa/mhuwiex intenzjonat għalih: L-utent li l-prodott huwa intenzjonat għalih jista' juża l-prodott mingħajr problemi għax isegwi l-istruzzjonijiet jew għaliex ikun familjari ma' dan it-tip ta' prodott, inklużi l-periklu/i li jidhru u dawk li ma jidhrux. Il-periklu tal-prodott jista' mbagħad ma jseħħx, u r-riskju tal-prodott jista' jkun minuri.

L-utent li l-prodott ma jkunx intenzjonat għalih jista' ma jkunx familjari mal-prodott u jista' ma jindunax bil-periklu/i. Għalhekk huwa jkun qed jirriskja korriment, u r-riskju tal-konsumatur għalhekk ikun ogħla.

B'hekk, ir-riskju jista' jkun differenti għall-utent li l-prodott huwa intenzjonat għalih minn dak li ma jkunx intenzjonat għalih, skont il-prodott u l-mod kif jintuża.

Konsumaturi vulnerabbli: Tista' ssir distinzjoni bejn bosta kategoriji ta' konsumaturi vulnerabbli u vulnerabbli ħafna: tfal (minn 0 sa 36 xahar, > 36 xahar sa < 8 snin, minn 8 snin sa 14-il sena) u oħrajn bħall-anzjani (ara t-tabella 1). Dawn kollha għandhom anqas kapaċità jirrikonoxxu l-periklu, pereżempju tfal li, meta jmissu wiċċ li jkun jaħraq, jindunaw bis-sħana wara li jkunu diġà għaddew xi 8 sekondi (u jkunu diġà nħarqu), filwaqt li l-adulti jindunaw bis-sħana mill-ewwel.

Il-konsumaturi vulnerabbli jista' wkoll ikollhom problemi biex jikkunsidraw tikketti ta' twissija, jew jista' jkollhom problemi partikolari meta jużaw prodott li ma jkunu użaw qatt qabel. Dawn jistgħu jaġixxu wkoll b'mod li jagħmilhom aktar esposti, pereżempju tfal żgħar li jitkaxkru fuq idejhom u saqajhom u li jdaħħlu l-affarijiet f'ħalqhom. It-tfal jistgħu jiġu attratti minn prodotti minħabba li dawn ikunu attraenti, ħaġa li tagħmilhom ta' riskju għoli f'idejn it-tfal. Min-naħa l-oħra, is-superviżjoni mill-ġenituri jew adulti oħrajn għandha normalment timpedixxi lit-tfal milli jidħlu fil-periklu.

Barra minn hekk, il-konsumaturi li s-soltu ma jkunux vulnerabbli jistgħu jsiru vulnerabbli f'sitwazzjonijiet speċifiċi, pereżempju meta l-istruzzjonijiet jew it-twissijiet fuq prodott ikunu b'lingwa barranija li l-konsumaturi ma jifhmux.

Finalment, fil-każ partikolari tal-kimiki, it-tfal jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għat-tossiċità tal-kimiki mill-adult medju. Għalhekk, it-tfal ma għandhomx jiġu ttrattati daqslikieku huma “adulti żgħar”.

Bħala konklużjoni, prodott li normalment ikun sikur għall-adult jista' ma jkunx sikur għall-konsumaturi vulnerabbli. Dan irid jiġi kkunsidrat meta tiġi ddeterminata s-severità u l-probabbiltà ta' korriment (ara t-taqsima 3.5) u għaldaqstant ir-riskju.

Użu maħsub u raġonevolment prevedibbli: Il-konsumaturi jistgħu jużaw prodott għal għanijiet oħra milli dak li jkun maħsub għalih, għalkemm l-istruzzjonijiet jinftiehmu b'mod ċar, inkluż kull twissija. Għalhekk, minħabba li t-twissijiet jistgħu ma jkunux effikaċi b'mod sħiħ, użi differenti minn dawk maħsuba għandhom jiġu kkunsidrati wkoll f'valutazzjoni tar-riskju. Dan l-aspett huwa partikolarment importanti għall-manifattur tal-prodott, minħabba li hu jrid jiżgura li l-prodott ikun sikur f'kull kundizzjoni ta' użu prevista b'mod raġonevoli.

Użu raġonevolment previst jista' jkun ibbażat fuq l-esperjenza, minħabba li jista' ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli fl-istatistika uffiċjali tal-inċidenti jew sorsi oħra ta' informazzjoni. Imbagħad jista' jkun diffiċli li tinqata' linja bejn “raġonevolment previst” u “xenarji totalment mhux identifikati”. Madankollu, anki xenarji “totalment mhux identifikati” jistgħu jitqiesu taħt dawn il-linji gwida, anki meta dawn iwasslu għal korrimenti severi, minħabba li xenarji bħal dawn dejjem ikollhom probabbiltà baxxa ħafna. Dan possibbilment jissalvagwardja milli dawn ix-xenarji jkollhom influwenza kbira fid-determinazzjoni tar-riskju kumplessiv tal-prodott.

Frekwenza u kemm idum jintuża: Konsumaturi differenti jistgħu jużaw prodott spiss jew mhux daqstant spiss, u għal perjodi ta' żmien itwal jew iqsar. Dan jiddependi minn kemm ikun attraenti l-prodott u minn kemm jista' jintuża failment. L-użu ta' kuljum jew fuq perjodu twil jista' jiffamiljarizza lill-konsumatur mal-prodott u l-ispeċifiċitajiet tiegħu għalkollox, inklużi l-perikli tiegħu, l-istruzzjonijiet u t-tikketti ta' twissija, biex b'hekk ir-riskju jsir minuri. Min-naħa l-oħra l-użu ta' kuljum jew fuq perjodu twil jista' jwassal biex il-konsumatur isir kunfidenti żżejjed u jwassal lill-utent biex jegħja u b'hekk jinjora bi traskuraġni l-istruzzjonijiet u t-twissijiet bil-konsegwenza li jiżdied ir-riskju.

Finalment, l-użu ta' kuljum jew fuq perjodu twil jista' wkoll iqaddem il-prodott aktar malajr, u kull parti li ma tiflaħx għal użu frekwenti jista' jiġrilha l-ħsara malajr u tikkawża periklu, u possibbilment korriment, li wkoll iżid ir-riskju.

Rikonoxximent tal-periklu u mġiba u tagħmir protettivi: Ċerti prodotti huma magħrufa għall-perikli tagħhom, bħall-imqassijiet, is-skieken, id-drilers do-it-yourself, il-lupi elettriċi, ir-roller blades, ir-roti, il-muturi u l-karozzi. F'dawn il-każijiet kollha, il-periklu tal-prodott huwa magħruf jew jingħaraf b'mod ċar, jew huwa deskritt fl-istruzzjonijiet, li jkunu jinkludu miżuri ta' ġestjoni tar-riskju. Il-konsumatur jista' mbagħad jaġixxi b'attenzjoni jew juża tagħmir personali protettiv bħal ingwanti, elmi jew ċinturini tas-sigurtà u b'hekk ikun qed juża l-prodott b'mod li jista' jnaqqas ir-riskju.

F'każijiet oħrajn, il-periklu tal-prodott jista' ma jkunx jingħaraf daqshekk faċilment, bħal ċirkwit kort f'ħadida tal-mogħdija elettrika, tikketti ta' twissija li wieħed ma jqisx jew ma jifhimx, u li l-konsumaturi rarament biss ikunu jistgħu jieħdu miżuri preventivi.

L-imġiba tal-konsumatur f'każ ta' inċident: Meta l-periklu jaffettwa lill-konsumatur dan jista' jikkawża korriment. Huwa għalhekk importanti għall-valutazzjoni tar-riskju li jiġi kkunsidrat kif il-konsumatur għandu jirreaġixxi. Il-konsumatur ipoġġi l-prodott fil-ġenb bil-kalma u jieħu azzjoni ta' prevenzjoni, bħal pereżempju jitfi n-nar ikkawżat mill-prodott, jew jarmi l-prodott bil-paniku? Il-konsumaturi vulnerabbli, speċjalment it-tfal, jistgħu wara kollox ma jġibux ruħhom l-istess bħall-konsumaturi l-oħra li mhumiex vulnerabbli.

L-isfond kulturali tal-konsumatur u l-mod kif jintuża prodott fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju tal-prodott. Il-manifatturi b'mod partikolari għandhom iqisu dawn id-differenzi kulturali meta joħorġu prodott ġdid fis-suq. L-esperjenza tal-manifatturi f'dan il-qasam tista' tkun għalhekk sors ta' informazzjoni ta' valur għall-awtoritajiet li jkunu qed jippreparaw il-valutazzjoni ta' riskju.

3.4.   Xenarju ta' korriment: Stadji li jwasslu għal korriment(i)

Ħafna mix-xenarji ta' korriment jikkonsistu mit-tliet stadji ewlenin li ġejjin:

1.

il-prodott ikollu “difett” jew jista' jwassal għal “sitwazzjoni perikoluża” matul il-ħajja prevista tiegħu;

2.

id-“difett” jew is-“sitwazzjoni perikoluża” tirriżulta f'inċident;

3.

l-inċident jirriżulta f'korriment.

Dawn it-tliet stadji ewlenin jistgħu jinqasmu fi stadji ulterjuri biex juru kif il-periklu tal-prodott jista' jwassal għal korriment u xi ħaġa simili. Minkejja dan, dawn l-“istadji għal korriment” iridu jkunu ċari u konċiżi, u ma jesaġerawx id-dettall u l-għadd ta' stadji. Bl-esperjenza, ikun ħafna aktar faċli li jiġu identifikati l-kundizzjonijiet għall-okkorrenza ta' kull korriment u l-“iqsar passaġġ għall-korriment” (jew il-“passaġġ kritiku għal korriment”).

Aktarx li huwa aktar faċli li wieħed jibda b'xenarju li juża konsumatur li l-prodott ikun maħsub għalih u meta l-konsumatur juża l-prodott skont l-istruzzjonijiet jew jekk ma jkunx hemm it-tali konsumatur, skont it-tħaddim u l-użu normali. Jekk din il-valutazzjoni tipproduċi l-ogħla livell ta' riskju, normalment ma jkunx hemm il-ħtieġa li jitwettqu valutazzjonijiet ulterjuri, u jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa ta' tnaqqis tar-riskju. Bl-istess mod, meta jiġi rrappurtat inċident bi lment speċifiku mill-konsumaturi, xenarju wieħed ta' korriment jista' jkun biżżejjed biex wieħed jikkonkludi dwar il-miżuri xierqa ta' tnaqqis tar-riskju.

Min-naħa l-oħra, jistgħu jiġu żviluppati xenarji ulterjuri biex jinkludu lill-konsumaturi vulnerabbli, b'mod partikolari lit-tfal (ara t-tabella 1), devjazzjonijiet ħfief jew akbar mill-użu normali, użu f'kundizzjonijiet klimatiċi differenti, bħal ħafna kesħa jew ħafna sħana, użu f'kundizzjonijiet mhux favorevoli, bħal mingħajr dawl tax-xemx jew illuminazzjoni suffiċjenti, użu kif issuġġerit meta nbiegħ il-prodott (pereżempju, lampa li tinbiegħ f'ħanut tal-ġugarelli għandha wkoll tiġi vvalutata għar-riskju tagħha meta tintuża mit-tfal), l-użu tul il-ħajja sħiħa (inkluż tkagħbir bl-użu), eċċ. Kull xenarju għandu jiġi kkunsidrat permezz tal-proċedura sħiħa tal-valutazzjoni tar-riskju.

Meta l-prodott juri diversi perikli, għandhom jiġu żviluppati xenarji ta' korriment u għaldaqstant ta' riskju għal kull wieħed minnhom. Minkejja dan, verifika tal-plawżibbiltà li tara jekk xenarju ta' korriment jistax iwassal għal riskju li jeħtieġ azzjoni, jista' jillimita l-għadd ta' xenarji ta' korriment.

Mix-xenarji kollha ġġenerati, ix-xenarju li jipprovdi l-ogħla riskju (= “ir-riskju” tal-prodott) normalment ikun deċiżiv għall-miżuri ta' tnaqqis ta' riskju li jridu jittieħdu, minħabba li l-azzjoni fuq l-ogħla riskju tnaqqas ir-riskju bl-aktar mod effikaċi. Eċċezzjoni għal din ir-regola tista' tkun riskju speċifiku li jkun iżgħar mill-ogħla riskju li jiġi minn periklu differenti, li jista' jiġi ġestit minn miżuri speċifiċi u li ovvjament għandhom ikopru l-ogħla riskju wkoll.

Bħala regola ġenerali, ix-xenarji ta' korrimenti jistgħu jwasslu għall-ogħla livell ta' riskju meta:

il-korriment(i) kkunsidrati jkunu fl-ogħla livelli ta' severità (livelli 4 jew 3);

il-probabbiltà ġenerali ta' xenarju ta' korriment tkun kemxejn għolja (mill-anqas > 1/100).

It-Tabella 4 tipprovdi gwida ulterjuri f'dan ir-rigward. Dan jista' jgħin biex jiġu limitati l-għadd ta' xenarji.

Naturalment, l-għadd ta' xenarji ta' korrimenti jibqa' r-responsabbiltà tal-evalwatur tar-riskju, u jiddependi fuq l-għadd ta' fatturi li jeħtieġu li jiġu kkunsidrati meta jkun qed jiġi ddeterminat “ir-riskju” tal-prodott. Għaldaqstant huwa impossibbli li jingħata għadd speċifiku ta' xenarji ta' korrimenti li jistgħu jkunu meħtieġa f'każ speċifiku.

Dawn il-linji gwida jipprovdu tabella b'xenarji ta' korrimenti tipiċi biex jgħinu biex jiġu żviluppati għadd ta' xenarji adegwati (it-tabella 2). Dawn għandhom ikunu adattati għall-prodott speċifiku, it-tip ta' konsumatur u ċirkostanzi oħra.

3.5.   Severità tal-Korriment

Il-korriment li periklu jista' jikkawża lill-konsumatur jista' jkollu livelli ta' severità differenti. Is-severità tal-korriment għalhekk tirrifletti l-effett li l-periklu jkollu fuq il-konsumatur fil-kundizzjonijiet deskritti fix-xenarju tal-korriment.

Is-severità tal-korriment tista' tiddependi minn:

it-tip ta' periklu (ara l-lista ta' perikli tat-taqsima 3.2 fit-tabella 2). Periklu mekkaniku, bħal trufijiet jaqtgħu, jistgħu jikkawżaw qatgħat fis-swaba'; dawn jiġu nnotati immedjatament, u l-konsumatur jieħu azzjoni biex ifejjaq il-korrimenti tiegħu. Min-naħa l-oħra, periklu kimiku jista' jikkawża kanċer. Dan ġeneralment ma jiġix innutat, u l-marda tista' titfaċċa wara ħafna snin, u titqies severa ħafna minħabba li l-kanċer huwa diffiċli ħafna li tfejqu, jekk ikun possibbli;

kemm ikun qawwi l-periklu. Pereżempju, wiċċ li jkun imsaħħan għal 50 °C jista' jikkawża ħruq ħafif, filwaqt li wiċċ ta' 180 °C jista' jikkawża ħruq gravi;

kemm il-periklu jdum jaffettwa lill-konsumatur. Ħin qasir ta' kuntatt ma' periklu ta' brix jista' jigref il-ġilda tal-konsumatur b'mod superfiċjali biss, filwaqt li ħin itwal jista' jaqla' partijiet kbar tal-ġilda;

liema parti tal-ġisem tkorri. Pereżempju, il-penetrazzjoni fil-ġilda tal-id b'ponta li taqta' tweġġa' ħafna, iżda l-penetrazzjoni fl-għajn hi aktar serja u aktarx korriment li jkollu effett fuq il-ħajja tal-konsumatur;

x'impatt ikollu l-periklu fuq xi parti tal-ġisem jew aktar. Periklu elettriku jista' jikkawża xokk elettriku li jitilfek minn sensik u, sussegwentement, nar li jista' jagħmel ħsara lill-pulmun meta l-persuna li titlef sensiha tibla' d-duħħan;

it-tip u l-imġiba tal-konsumatur. Prodott bit-tikketta li jkollha messaġġ ta' twissija jista' jintuża, mingħajr ħsara, minn konsumatur adult, minħabba li l-konsumatur jaġġusta għall-użu tal-prodott. Min-naħa l-oħra, tifel jew konsumatur ieħor vulnerabbli (ara t-tabella 1) li ma jkunx jaf jaqra jew jifhem it-tikketta ta' twissija jista' jkorri serjament ħafna.

Biex tikkwantifika s-severità tal-korriment(i), it-tabella 3 f'dawn il-linji gwida turi kif għandhom jiġu kklassifikati korrimenti f'erba' kategoriji, skont ir-riversibbiltà ta' korriment, jiġifieri jekk ikunx possibbli rkupru minn korriment u sa liema punt. Il-kategorizzazzjoni qiegħda biss għall-gwida, u valutatur ta' riskju għandu jibdel il-kategorija jekk ikun meħtieġ, u jirrappurtaha fil-valutazzjoni tar-riskju.

Meta jkunu kkunsidrati bosta xenarji ta' korriment fil-valutazzjoni tar-riskju, is-severità ta' kull korriment għandha tiġi kklassifikata separatament, u tiġi kkunsidrata matul il-proċess kollu tal-valutazzjoni tar-riskju.

Eżempju: Konsumatur juża martell biex isammar musmar fil-ħajt. Ir-ras tal-martell hi dgħajfa wisq (minħabba materjal mhux tajjeb) u tinqasam, waħda mill-biċċiet ittir fl-għajn tal-konsumatur b'tant saħħa li tagħmih. Il-korriment hu għalhekk “korriment fl-għajn, oġġett barrani fl-għajn: Il-korriment hu għalhekk korriment fl-għajn, oġġett barrani fl-għajn: telf permanenti tad-dawl (ta' għajn waħda)”, li huwa korriment tal-livell 3 fit-tabella 3.

3.6.   Probabbiltà tal-korriment

Il-“probabbiltà tal-korriment” hija l-probabbiltà li dak ix-xenarju ta' korriment jista' fil-fatt jimmaterjalizza ruħu waqt il-ħajja prevista tal-prodott.

Din il-probabbiltà mhix faċli biex tkun stmata; iżda meta xenarju jkun deskritt fi stadji distinti, kull stadju jista' jingħata ċerta probabbiltà, u l-multiplikazzjoni ta' dawn il-probabbiltajiet parzjali flimkien tagħti l-probabbiltà kumplessiva tax-xenarju. Dan l-approċċ skont stadji għandu jagħmilha aktar faċli biex tiġi stmata l-probabbiltà kumplessiva. Ovvjament, meta jiġu żviluppati bosta xenarji, kull xenarju jkun jeħtieġ il-probabbiltà kumplessiva tiegħu.

Meta xenarju ta' korriment ikun madankollu deskritt fi stadju wieħed, il-probabbiltà tax-xenarju tista' tkun ukoll iddeterminata biss fi stadju wieħed kumplessiv. Madankollu dan ikun biss “tbassir” li jista' jiġi kkritikat sew u għaldaqstant ipoġġi f'dubju l-valutazzjoni tar-riskju kollha. Għalhekk ikun preferibbli assenjar aktar trasparenti ta' probabbiltajiet għal xenarji b'bosta stadji, speċjalment minħabba li l-probabbiltajiet parzjali jistgħu jinbnew fuq evidenza indisputibbli.

Dawn il-Linji Gwida jiddistingwu bejn 8 livelli ta' probabbiltà biex tiġi kklassifikata l-probabbiltà kumplessiva: minn <1/1 000 000 sa > 50 % (ara n-naħa tax-xellug tat-tabella 4). L-eżempju li ġej ta' ras ta' martell li tinkiser meta l-utent isammar musmar fil-ħajt għandu juri kif tiġi assenjata probabbiltà għal kull stadju, u kif tiġi kklassifikata l-probabbiltà kumplessiva:

Stadju 1:

Ir-ras tal-martell tinkiser meta l-utent jipprova jsammar musmar fil-ħajt minħabba li l-materjal ta' ras il-martell ikun dgħajjef ħafna. Id-dgħufija kienet iddeterminata f'test, u minħabba d-dgħufija rrapportata, il-probabbiltà li ras il-martell tinkiser matul il-ħajja mistennija tal-martell tkun ta' 1/10.

Stadju 2:

Waħda mill-biċċiet tal-martell tolqot lill-utent meta tinkiser. Il-probabbiltà li dan jiġri hi ta' 1/10, minħabba li l-parti ta' fuq tal-ġisem li tkun esposta għall-biċċiet li jtiru hi meqjusa li tkun 1/10 ta' nofs l-isfera quddiem il-ħajt. Ovvjament, kieku l-utent jkun qiegħed qrib ħafna tal-ħajt, il-ġisem tiegħu jieħu parti ikbar minn nofs l-isfera, u l-probabbiltà tkun ogħla.

Stadju 3:

Il-biċċa mill-martell tolqot lill-utent f'rasu. Ir-ras hi stmata li tkun madwar 1/3 tal-parti ta' fuq tal-ġisem, u l-probabbiltà tkun għalhekk ta' 1/3.

Stadju 4:

Il-biċċa mill-martell tolqot lill-utent f'għajnu. L-għajnejn huma meqjusa li jkunu madwar 1/20 tal-parti tar-ras, u għalhekk il-probabbiltà tkun ta' 1/20.

Il-multiplikazzjoni tal-probabbiltajiet ta' dawn l-istadji t'hawn fuq flimkien tagħti probabbiltà kumplessiva għax-xenarju ta' 1/10 × 1/10 × 1/3 × 1/20 = 1/6 000. Dan ifisser >1/10 000 (ara n-naħa tax-xellug tat-tabella 4).

Ladarba l-probabbiltà kumplessiva tkun ġiet ikkalkulata għal xenarju ta' korriment, din għandha tiġi vverifikata għall-plawżibbiltà. Dan jeħtieġ ħafna esperjenza, u għalhekk huwa ssuġġerit li tintalab l-assistenza ta' persuni esperjenzati fil-valutazzjoni tar-riskju (ara t-taqsima “Ħalli lill-oħrajn jivverifikaw il-valutazzjoni tar-riskju”). Bl-esperjenza li tinkiseb b'dawn il-linji gwida, l-istima tal-probabbiltà għandha ssir aktar faċli, u jkun hemm għadd ta' eżempji dejjem jikber li jħaffef dan il-kompitu.

L-assenjar tal-probabbiltajiet għal xenarji ta' korrimenti differenti għall-istess prodott jista' jwassal għal dan li ġej:

Meta l-prodott jintuża minn konsumatur aktar vulnerabbli f'xenarju, il-probabbiltà tista' tiżdied b'mod ġenerali minħabba li konsumatur aktar vulnerabbli jista' jkorri aktar faċilment. Dan japplika b'mod partikolari għat-tfal, minħabba li t-tfal normalment ma jkollhomx l-esperjenza biex jieħdu azzjoni ta' prevenzjoni, għall-kuntrarju (ara wkoll “Il-konsumaturi vulnerabbli” fit-taqsima 3.3).

Meta r-riskju jkun jista' faċilment jiġi rikonoxxut, inkluż permezz ta' tikketti ta' twissija, il-probabbiltà jista' jkun li jkollha titnaqqas minħabba li l-utent juża l-prodott b'aktar attenzjoni sabiex kemm jista' jkun jevita l-korriment. Dan jista' ma japplikax għal xenarju ta' korriment bi tfal (żgħar) jew utenti vulnerabbli oħrajn (ara t-tabella 1) li ma jkunux jafu jaqraw.

Meta jkunu ġew irrappurtati inċidenti li joqogħdu fix-xenarju ta' korriment, il-probabbiltà għal dak ix-xenarju tista' tiżdied. F'każijiet fejn rarament jew qatt ma jkunu ġew irrappurtati inċidenti, jista' jkun utli li wieħed isaqsi lill-manifattur tal-prodott jekk jafx b'xi inċident jew effetti negattivi kkawżati mill-prodott.

Meta jkun meħtieġ għadd kbir mhux ħażin ta' kundizzjonijiet biex ikun hemm korriment, il-probabbiltà kumplessiva tax-xenarju normalment tkun anqas.

Meta l-kundizzjonijiet li jkunu meħtieġa biex ikun hemm korriment jintlaħqu malajr, dan jista' jżid il-probabbiltà.

Meta r-riżultati tat-test tal-prodott ma jilħqux il-valuri ta' limitu meħtieġa (mil-leġiżlazzjoni jew l-istandard rilevanti) b'marġni kbir, il-probabbiltà li jkun hemm (xenarju ta') korriment tista' tkun ogħla milli jekk il-prodott kellu riżultati qrib il-valuri ta' limitu.

Il-“probabbiltà ta' korriment” f'dan l-eżempju hija l-probabbiltà li x-xenarju ta' korriment jista' effettivament iseħħ. Għaldaqstant, il-probabbiltà ma tiddeskrivix l-esponiment ġenerali tal-popolazzjoni tal-prodott, ikkalkulata, pereżempju, billi jitqiesu miljuni tal-istess tal-prodott mibjugħin fis-suq u mbagħad jitqies li xi ftit minnhom jistgħu ma jirnexxux. Konsiderazzjonijiet ta' dan it-tip, madankollu, għandhom rwol meta jiġu ddeterminati l-miżuri xierqa ta' tnaqqis tar-riskju (ara t-taqsima 4).

Hekk ukoll, l-istatistika tal-incidenti, anki jekk tkun speċifika għall-prodott, għandha tiġi kkunsidrata b'attenzjoni meta tintuża biex tiġi stmata l-probabbiltà. Iċ-ċirkostanzi tal-inċident jista' jkun li ma jkunux ġew irrappurtati f'biżżejjed dettall, il-prodott jista' jkun inbidel maż-żmien, jew il-manifattur jista' jkun differenti, u ċirkostanzi oħra. Barra minn hekk, inċidenti ħfief jista' jkun li ma jkunux ġew irrappurtati lil dawk li jiġbru d-data għall-istatistika. Minkejja dan, l-istatistika tal-inċidenti tista' titfa' dawl dwar ix-xenarji ta' korrimenti u l-probabbiltà tagħhom.

3.7.   Determinazzjoni tar-riskju

Ladarba s-severità tal-korriment u l-probabbiltà jiġu ddeterminati, jekk possibbli għal diversi xenarji ta' korrimenti, il-livell ta' riskju jeħtieġ li jitfittex fit-tabella 4. It-tabella 4 tikkombina kemm is-severità tal-korriment kif ukoll il-probabbiltà, u li l-ogħla riskju jkun “ir-riskju” tal-prodott. Riskji li jeħtieġu miżuri speċifiċi ta' ġestjoni tar-riskju għandhom jiġu rrappurtati wkoll, biex jiżguraw li r-riskji kollha jitnaqqsu għall-minimu.

Dawn il-linji gwida jiddistingwu bejn 4 livelli ta' riskju: serju, għoli, medju u baxx. Il-livell ta' riskju bejn severitajiet viċin xulxin ta' korriment jew probabbiltà normalment tinbidel b'livell 1. Dan huwa konsistenti mal-esperjenza ġenerali li r-riskju ma jiżdiedx b'mod inkrimentali meta l-fatturi tal-input jinbidlu b'mod gradwali. Madankollu, meta s-severità ta' korriment tiżdied mil-livell 1 għal-livell 2 (fuq in-naħa tal-lemin tat-tabella 4), uħud mil-livelli tar-riskju jiżdiedu b'2 livelli, jiġifieri minn medji għal serji u minn baxxi għal għoljin. Dan isir minħabba li dawn il-linji gwida jinkludu 4 gradi ta' severità ta' korriment, filwaqt li l-metodu oriġinali (ara l-Introduzzjoni) kien jinkludi 5. Minkejja dan, 4 gradi huma kkunsidrati normali għall-prodotti tal-konsumatur, minħabba li dawn huma biżżejjed għal stima robusta tas-severità; 5 livelli jkunu sofistikati wisq minħabba li la s-severità tal-korriment u lanqas il-probabbiltà ma jistgħu jiġu ddeterminati bi preċiżjoni għolja ħafna.

Fi tmiem il-valutazzjoni tar-riskju, kemm jekk tkun għal xenarju ta' korriment individwali jew għar-riskju kumplessiv tal-prodott, għandhom jitqiesu l-plawżibbiltà tal-livell tar-riskju u l-inċertezzi fl-istimi. Dan jista' jfisser li ssir verifika li l-evalwatur tar-riskju jkun uża l-aħjar informazzjoni disponibbli biex jagħmel l-istimi u s-suppożizzjonijiet tiegħu. Reazzjonijiet minn kollegi u esperti oħrajn jistgħu wkoll ikunu ta' għajnuna.

Analiżi tas-sensittività tista' wkoll tkun ta' ħafna valur (ara l-eżempju fit-taqsima 6.3). Kif jinbidel il-livell ta' riskju meta s-severità ta' korriment jew probabbiltà jinbidel b'livell 1 'il fuq jew 'l isfel? Jekk il-livell ta' riskju ma jinbidilx, huwa plawżibbli ħafna li ġie stmat b'mod korrett. Madankollu, jekk jinbidel, il-livell tar-riskju jista' jkun bejn livell u ieħor. Għalhekk ikun meħtieġ li jerġgħu jiġu kkunsidrati x-xenarji ta' korrimenti u s-severità assenjata tal-korriment(i) u tal-probabiltà/ajiet. Fi tmiem l-analiżi tas-sensitività l-evalwatur tar-riskju għandu jkun kunfidenti li l-livell tar-riskju jkun plawżibbli biżżejjed u li jkun jista' jiddokumentah u jgħaddi l-informazzjoni lil ħaddieħor.

4.    Mir-riskju għall-azzjoni: kif ir-riskju jiġi ġestit b'mod responsabbli

Ladarba l-valutazzjoni tar-riskju tkun lesta normalment tintuża biex jiġi deċiż hemmx bżonn tittieħed azzjoni biex jitnaqqas ir-riskju u b'hekk ikun evitat kull dannu għas-saħħa tal-konsumaturi. Minkejja li l-azzjoni hija separata mill-valutazzjoni tar-riskju, hawn jitqajmu xi punti biex juru s-segwitu possibbli wara li jkunu identifikati r-riskji.

Fis-sorveljanza tas-suq, ħafna drabi tittieħed azzjoni f'kuntatt bejn l-awtorità u l-manifattur, l-importatur jew id-distributur. Dan jgħin lill-awtorità biex tiddetermina l-iżjed mod effikaċi u effiċjenti biex jiġi ġestit ir-riskju.

Jekk prodott għall-konsumaturi joħloq riskju serju, il-miżuri għat-trażżin tar-riskju jistgħu jinvolvu l-irtirar mis-suq jew sejħa lura tal-prodott. Inqas ma jkunu r-riskji normalment inqas ikunu rigorużi l-miżuri. Jista' jkun il-każ li jkun hemm biss bżonn li jitwaħħlu tikketti ta' twissija fuq il-prodott jew li l-istruzzjonijiet jinkitbu aħjar biex jiżguraw li l-prodott ikun sikur. Għalhekk, ikun xi jkun il-livell tar-riskju, l-awtorità għandha tikkunsidra għandhiex tieħu azzjoni, u jekk tiddeċiedi li teħodha, tara x'azzjoni għandha tittieħed.

Madankollu, ma hemm l-ebda rabta awtomatika bejn riskju u azzjoni. Jekk ikun jidher li prodott ikollu għadd ta' riskji mhux serji, u għalhekk ir-riskju kumplessiv tiegħu ma jkunx serju, tista' tkun meħtieġa azzjoni urġenti minħabba li kull wieħed minn dawk ir-riskji jistgħu jseħħu pjuttost malajr. Ix-xejra tar-riskji fil-prodott tista' tindika nuqqas ta' kontroll tal-kwalità fil-produzzjoni (54).

Jeħtieġ ukoll li wieħed iqis l-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali. Meta jkun hemm għadd imdaqqas ta' prodotti fis-suq u għalhekk il-prodott ikun jintuża minn ħafna konsumaturi, anki riskju wieħed li ma jkunx serju jista' jeħtieġ azzjoni rapida biex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-konsumaturi.

Riskji li mhumiex serji jistgħu wkoll jitolbu l-azzjoni jekk il-prodott ikkonċernat ikun jista' jikkawża xi inċidenti fatali minkejja li dan it-tip ta' inċident huwa improbabbli ħafna. Pereżempju jista' jinqala' l-każ li jkun hemm xi qafla ma' kontenitur ta' xarba li tinqala' u jiblagħha xi tifel li mbagħad jifga fiha. Kulma jkun hemm bżonn huwa bidla sempliċi fid-disinn tal-għatu biex jitneħħa r-riskju, u jista' ma jkun hemm bżonn tal-ebda azzjoni oħra. Jista' anki jingħata żmien għall-bejgħ tal-prodott kollu jekk ir-riskju ta' inċidenti fatali jkun estremament żgħir.

Aspetti oħra marbutin mar-riskju jistgħu jkunu l-perċezzjoni pubblika tar-riskju u l-konsegwenzi probabbli ta' dan, is-sensibbiltajiet kulturali u politiċi u l-mod kif ikun rifless fil-midja. Dawn l-aspetti jistgħu jkunu rilevanti ħafna meta l-konsumaturi jkunu vulnerabbli, speċjalment jekk ikunu tfal. Id-deċiżjoni dwar il-miżuri meħtieġa tkun tal-awtorità/ajiet nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq.

L-azzjoni biex tikkontrobatti riskju tista' wkoll tiddependi mill-prodott innifsu u “r-riskji minimi biss kompatibbli mal-użu tal-prodott, ikkunsidrat aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli tal-protezzjoni” (55). Dan ir-riskju minimu probabbilment ikun ħafna iżjed baxx għall-ġugarelli, fejn ikunu involuti t-tfal, milli għal xi lupa tal-elettriku, li huwa magħruf li hija ta' riskju tant għoli li teħtieġ apparat protettiv b'saħħtu biex ir-riskju jinżamm f'livell ġestjonabbli.

Fl-aħħar nett tista' tkun meħtieġa azzjoni anki jekk ma jkunx hemm riskju, pereżempju meta prodott ma jkunx konformi mar-regolamentazzjoni/leġiżlazzjoni rilevanti (pereż. jekk ma jkollux marki sħaħ).

Bħala konklużjoni, ma hemmx rabta awtomatika bejn ir-riskju u l-azzjoni. L-awtoritajiet tas-sorveljanza jqisu medda ta' fatturi bħal dawk indikati fit-taqsima 3.3. Il-prinċipju tal-proporzjonalità trid titqies dejjem, u l-azzjoni trid tkun effikaċi.

5.    Kif titħejja valutazzjoni tar-riskju — fil-qosor

1.   Iddeskrivi l-prodott u l-periklu tiegħu.

Iddeskrivi l-prodott b'mod mhux ambigwu. Il-periklu qiegħed fil-prodott sħiħ jew f'parti (li tista' tinqala') biss tiegħu?

Il-prodott periklu wieħed biss fih? Hemm bosta perikli? Ara t-tabella 2 għal gwida. Identifika l-istandard(s) jew il-leġiżlazzjoni li japplikaw għall-prodott.

Identifika l-istandard(s) jew il-leġiżlazzjoni li japplikaw għall-prodott.

2.   Identifika t-tip ta' konsumatur li trid tinkludi fix-xenarju ta' korriment tiegħek bil-prodott li fih il-periklu.

Ibda mill-utent u l-użu intenzjonati tal-prodott fl-ewwel xenarju ta' korriment tiegħek. Kompli b'konsumaturi (Ara t-tabella 1) u użi oħrajn għal xenarji addizzjonali.

3.   Iddeskrivi xenarju ta' korriment fejn il-periklu/i tal-prodott li għażilt jikkawżaw korriment(i) jew ikollhom effett(i) avvers(i) fuq is-saħħa tal-konsumatur li għażilt.

Iddeskrivi l-istadji lejn il-korriment(i) b'mod ċar u konċiż, mingħajr ma tesaġera fid-dettalji (“l-iqsar stadju lejn il-korriment”, “perkors kritiku li jwassal għall-korriment”). Jekk ikun hemm għadd ta' korrimenti fl-istess ħin fix-xenarju tiegħek, inkludihom ilkoll f'dak l-istess xenarju.

Meta tiddeskrivi x-xenarju tal-korriment, qis il-frekwenza u t-tul tal-użu, kemm il-konsumatur jista' jagħraf il-periklu, jekk il-konsumatur huwiex vulnerabbli (speċjalment it-tfal), l-apparat protettiv, kif iġib ruħu l-konsumatur jekk isir inċident, l-isfond kulturali tal-konsumatur, u fatturi oħrajn li tqis li huma importanti għall-valutazzjoni tar-riskju.

Ara t-taqsima 3.3 u t-tabella 2 bħala gwida.

4.   Iddetermina s-severità tal-korriment.

Iddetermina l-livell tas-severità (minn 1 sa 4) tal-korriment għall-konsumatur. Jekk, fix-xenarju tal-korriment tiegħek il-konsumatur ikorri b'bosta modi, għamel stima tas-severità tal-korrimenti kollha f'daqqa.

Ara t-tabella 3 għal gwida.

5.   Iddetermina l-probabbiltà tax-xenarju tal-korriment.

Assenja probabbiltà għal kull stadju tax-xenarju tal-korriment tiegħek. Immultiplika l-probabbiltajiet biex tikkalkula l-probabbiltà kumplessiva tax-xenarju tal-korriment tiegħek.

Ara n-naħa tax-xellug tat-tabella 4 għal gwida.

6.   Iddetermina l-livell tar-riskju.

Għaqqad flimkien is-severità tal-korriment u l-probabbiltà kumplessiva tax-xenarju tal-korriment u vverifika l-livell tar-riskju mat-tabella 4.

7.   Ivverifika jekk il-livell tar-riskju huwiex plawżibbli.

Jekk il-livell tar-riskju ma jkunx jidher plawżibbli, jew jekk m'intix ċert dwar is-severità tal-korriment(i) jew dwar il-probabbiltà/jiet, tellagħhom livell 'il fuq u 'l isfel u erġa' kkalkula r-riskju. Din “l-analiżi ta' sensittività” turik jekk jinbidilx ir-riskju meta jinbidel l-input tiegħek.

Jekk il-livell tar-riskju jibqa' l-istess, tista' tkun kunfidenti sew dwar il-valutazzjoni tar-riskju tiegħek. Jekk jinbidel faċilment, forsi jkun aħjar li tiżbalja favur is-sigurtà u tieħu l-livell tar-riskju ogħla bħala “r-riskju” tal-prodott għall-konsumaturi.

Tista' wkoll tiddiskuti l-plawżibilità tal-livell tar-riskju ma' kollegi li għandhom l-esperjenza.

8.   Żviluppa bosta xenarji ta' korriment biex tidentifika l-ogħla riskju tal-prodott.

Jekk l-ewwel xenarju ta' korriment jidentifika livell ta' riskju inqas mill-ogħla wieħed stipulat f'dawn il-linji gwida, u jekk taħseb li l-prodott jista' jkun ta' riskju ogħla minn dak identifikat,

agħżel tipi oħra ta' konsumaturi (inklużi konsumaturi vulnerabbli, speċjalment it-tfal);

identifika użi oħra (inklużi dawk l-użi li wieħed jista' jipprevedihom b'mod raġonevoli),

biex tiddetermina liema xenarju ta' korriment juri l-ogħla riskju tal-prodott.

L-ogħla riskju normalment ikun “ir-riskju” tal-prodott li jippermetti l-iżjed miżuri effikaċi ta' ġestjoni tar-riskju. F'ċerti każijiet, periklu partikolari jista' jwassal għal riskju li jkun inqas mill-ogħla wieħed u jirrikjedi miżuri speċifiċi ta' ġestjoni tar-riskju. Dan għandu jitqies kif dovut.

Bħala regola ġenerali, ix-xenarji tal-korriment jistgħu jwasslu għall-ogħla livell ta' riskju stipulat f'dawn il-linji gwida meta:

il-korriment(i) li jitqiesu jkunu mill-inqas tal-livelli 3 jew 4; —

il-probabbiltà kumplessiva ta' xenarju ta' korriment tkun mill-inqas > 1/100.

Ara t-tabella 4 għal gwida.

9.   Iddokumenta u għaddi lill-oħrajn il-valutazzjoni tar-riskju tiegħek.

Kun trasparenti u niżżel ukoll id-dubji kollha li ltqajt magħhom waqt li kont qed tagħmel il-valutazzjoni tar-riskju tiegħek.

Xi eżempji għar-rappurtar tal-valutazzjonijiet tar-riskju jinsabu fit-taqsima 6 ta' dawn il-linji gwida.

Image 3

Schematic flow of risk assessment

Pass on the risk assessment

Highest risk identified?

Yes

No

6. Look up the Risk in Table 4

See table 4: Probability levels from high (&gt; 50 %) to low (&lt; 1/1 000 000)

See table 3: Severity of injury

— Laceration, cut

— Bruising

— Concussion

— Entrapment/pinching

— Sprain, strain, musculoskeletal disorder

— Dislocation

— Fracture

— Crushing

— Amputation

— etc.

5. Determine the probability

Assign a probability to each step.

Multiply to get the overall probability

4. Determine the severity of the injury

3. Describe the Injury scenario in several steps: ‘Shortest path to injury’

See table 1: Consumer types, incl. vulnerable consumers (in particular children)

— Intended/non-intended user

— Intended and reasonably foreseeable use

— Frequency and duration of use

— Hazard recognition/protective behaviour …

— Consumer behaviour in the case of an incident

— Consumer's cultural background

See table 2: Hazards …

— Size, shape and surface

— Potential energy

— Kinetic energy

— Electrical energy

— Extreme temperatures

— Radiation

— Fire and explosion

— etc.

2. Identify consumer(s)

1. Describe the product unambiguously, and its hazard(s)

6.    Eżempji

6.1.   Siġġu li jingħalaq

Image 4

Siġġu li jingħalaq ikollu mekkaniżmu li bih min qed jużah ikun jista' jagħlaq subajgħ bejn is-sedil u l-mekkaniżmu li jagħlaq. Dan jista' jikkawża frattura fl-għadam tas-swaba' jew anki li jinqata' xi suba' jew iżjed.

Determinazzjoni tar-riskju/i

Xenarju tal-korriment

It-tip u l-post tal-korriment

Severità tal-korriment

Probabbiltà tal-korriment

Probabbiltà kumplessiva

Riskju

Persuna tiftaħ is-siġġu, taqbad is-siġġu minn qrib ir-rokna ta' wara bi żball (Persuna mhux attenta / distratta), is-suba' jinqabad bejn is-sedil u d-dahar

Qarsa ħafifa tas-suba'

1

Ftuħ tas-siġġu

1

1/500

Riskju baxx

Qbid tas-sedil mir-rokna ta' wara waqt il-ftuħ

1/50

 

Jinqabad is-suba'

1/10

> 1/1 000

Qarsa ħafifa

1

 

Persuna tiftaħ is-siġġu, taqbad is-sedil mill-ġenb bi żball (Persuna mhux attenta / distratta), is-suba' jinqabad bejn is-sedil u l-ħolqa

Qarsa ħafifa tas-suba'

1

Ftuħ tas-siġġu

1

1/500

Riskju baxx

Qbid tas-sedil mill-ġenb waqt il-ftuħ

1/50

 

Jinqabad is-suba'

1/10

> 1/1 000

Qarsa ħafifa

1

 

Persuna tiftaħ is-siġġu, is-siġġu jkun weħel, il-persuna tipprova tniżżel is-sedil u taqbdu minn ħdejn ir-rokna bi żball (Persuna mhux attenta / distratta), is-suba' jinqabad bejn is-sedil u d-dahar

Frattura tas-suba'

2

Ftuħ tas-siġġu

1

1/500 000

Riskju baxx

Is-siġġu jeħel

1/1 000

 

Qbid tas-sedil mill-irkejjen waqt il-ftuħ

1/50

 

Jinqabad is-suba'

1/10

> 1/1 000 000

Frattura ta' suba'

1

 

Persuna tiftaħ is-siġġu, is-siġġu jeħel, il-persuna tipprova tniżżel is-sedil u taqbdu mill-ġenb bi żball (Persuna mhux attenta / distratta), is-suba' jinqabad bejn is-sedil u l-ħolqa

Frattura ta' suba'

2

Ftuħ tas-siġġu

1

1/500 000

Riskju baxx

Is-siġġu jeħel

1/1 000

 

Qbid tas-sedil mill-ġenb waqt il-ftuħ

1/50

 

Jinqabad is-suba'

1/10

> 1/1 000 000

Frattura ta' suba'

1

 

Persuna tkun bilqiegħda fuq siġġu, trid tressqu, tipprova terfgħu billi taqbdu min-naħa ta' wara tas-sedil, is-suba' jinqabad bejn is-sedil u d-dahar

Telf ta' suba'

3

Bilqiegħda fuq is-siġġu

1

1/6 000

Riskju kbir

Tressaq is-siġġu waqt li tkun bilqiegħda

1/2

 

Taqbad is-siġġu minn wara waqt li tkun qed tiċċaqlaq

1/2

 

Is-siġġu jingħalaq parzjalment u jinfetaħ spazju bejn id-dahar u s-sedil

1/3

> 1/10 000

Is-suba' jidħol bejn id-dahar u s-sedil

1/5

 

Jinqabad is-suba'

1/10

 

Telf ta' (parti minn) suba'

1/10

 

Persuna tkun bilqiegħda fuq siġġu, trid tressqu u tipprova terfgħu billi taqbdu min-naħa ta' wara tas-sedil, is-suba' jinqabad bejn is-sedil u l-ħolqa

Telf ta' suba'

3

Bilqiegħda fuq is-siġġu

1

1/6 000

Riskju kbir

Tressaq is-siġġu waqt li tkun bilqiegħda

1/2

 

Taqbad is-siġġu minn wara waqt li tkun qed tiċċaqlaq

1/2

 

Is-siġġu jingħalaq parzjalment u jinfetaħ spazju bejn id-dahar u s-sedil

1/3

> 1/10 000

Is-suba' jidħol bejn id-dahar u s-sedil

1/5

 

Jinqabad is-suba'

1/10

 

Telf ta' (parti minn) suba'

1/10

 

Ir-riskju kumplessiv tas-siġġu li jingħalaq huwa b'hekk “riskju għoli”.

6.2.   Għatja ta' protezzjoni tas-sokits

Image 5

Dan il-każ jirrigwarda għatja ta' protezzjoni tas-sokits. Dawn huma apparati li l-utenti (il-ġenituri) idaħħlu fis-sokits tal-elettriku biex jipproteġu lit-tfal żgħar milli jilħqu partijiet li jkun għaddej l-elettriku minnhom billi jdaħħlu xi ħaġa twila tal-metall f'xi waħda mit-toqob tas-sokit u jieħdu xokk elettriku (fatali).

It-toqob f'din l-għata speċifika (minn fejn iridu jgħaddu l-pernijiet tal-plakka) tant huma dojoq li l-pernijiet jistgħu jeħlu. Dan ifisser li l-utent jista' jiġbed l-għata minn ġos-sokit flimkien mal-plakka. L-utent jista' ma jindunax b'li jkun ġara.

Determinazzjoni tar-riskju/i

Xenarju tal-korriment

It-tip u l-post tal-korriment

Severità tal-korriment

Probabbiltà tal-korriment

Probabbiltà kumplessiva

Riskju

L-għata titneħħa mis-sokit, li ma jibqax protett.

It-tfal jilagħbu b'xi ħaġa rqiqa li tittrażmetti l-elettriku, u li tista' tiddaħħal fit-toqob tas-sokit, b'hekk jiġu f'kuntatt ma' vultaġġ għoli u jieħdu xokk elettriku.

Xokk elettriku

4

Tneħħija tal-għata ta' protezzjoni

9/10

27/160 000

Riskju serju

Dak li jkun ma jindunax li l-għata tkun inqalgħet

1/10

 

It-tfal jilagħbu b'xi ħaġa rqiqa li tittrażmetti l-elettriku

1/10

 

Ma hemm ħadd jissorvelja lit-tfal waqt li jilagħbu

1/2

> 1/10 000

It-tfal idaħħlu l-oġġett fis-sokit

3/10

 

Jilħqu l-vultaġġ

1/2

 

Jieħdu xokk mill-vultaġġ (mingħajr salvavita)

1/4

 

L-għata titneħħa mis-sokit, li ma jibqax protett.

It-tfal jilagħbu b'xi ħaġa rqiqa li tittrażmetti l-elettriku, u li tista' tiddaħħal fit-toqob tas-sokit, b'hekk jilħqu l-vultaġġ għoli u jieħdu xokk elettriku.

Ħruq tat-tieni grad

1

Tneħħija tal-għata ta' protezzjoni

9/10

81/160 000

Riskju baxx

Dak li jkun ma jindunax li l-għata tkun inqalgħet

1/10

 

It-tfal jilagħbu b'xi ħaġa rqiqa li tittrażmetti l-elettriku

1/10

 

It-tfal idaħħlu l-oġġett fis-sokit

3/10

 

Jilħqu l-vultaġġ

1/2

> 1/10 000

Ma hemm ħadd jissorvelja lit-tfal waqt li jilagħbu

1/2

 

Ħruq mill-kurrent tal-elettriku (mingħajr salvavita)

3/4

 

Is-sokit mhux mgħotti.

It-tfal jilagħbu b'xi ħaġa rqiqa li tittrażmetti l-elettriku, u li tista' tiddaħħal fit-toqob tas-sokit, b'hekk jiġu f'kuntatt ma' vultaġġ għoli u jieħdu xokk elettriku.

Xokk elettriku

4

It-tfal jilagħbu b'xi ħaġa rqiqa li tittrażmetti l-elettriku

1/10

3/80 000

Riskju kbir

Ma hemm ħadd jissorvelja lit-tfal waqt li jilagħbu

1/100

 

It-tfal idaħħlu l-oġġett fis-sokit

3/10

 

Jilħqu l-vultaġġ

1/2

> 1/100 000

Jieħdu xokk mill-vultaġġ (mingħajr salvavita)

1/4

 

Ir-riskju kumplessiv tal-għatja ta' protezzjoni tas-sokits b'hekk huwa “serju”.

6.3.   Analiżi tas-sensittività

Il-fatturi li jintużaw biex jiġi kkalkulat ir-riskju ta' xenarju ta' korriment, jiġifieri s-severità tal-korriment u l-probabbiltà li jiġri, spiss ikunu jridu jiġu stmati. Dan joħloq l-inċertezza. Speċjalment il-probabbiltà tista' tkun diffiċli biex tikkalkulaha minħabba li pereżempju l-imġiba tal-konsumaturi tista' tkun diffiċli li titbassar. Persuna twettaq ċertu azzjoni ta' spiss jew okkażjonalment biss?

Għalhekk huwa importanti li wieħed iqis il-livell tal-inċertezza taż-żewġ fatturi u jagħmel analiżi tas-sensittività. L-għan ta' din l-analiżi huwa li jiġi stabbilit kemm ivarja l-livell tar-riskju meta jvarjaw il-fatturi stmati. L-eżempju pprovduta fit-talbella ta' hawn taħt juri biss il-varjazzjoni tal-probabbiltà, billi s-severità tal-korriment normalment tiġi prevista b'iżjed ċertezza.

Mod prattiku biex issir l-analiżi tas-sensittività huwa li wieħed jirrepeti l-valutazzjoni tar-riskju għal ċertu xenarju, imma bl-użu ta' probabbiltà differenti għal xi wieħed jew aktar stadji tax-xenarju. Pereżempju, xemgħa li jkun fiha ż-żerriegħa tista' tqabbad nar minħabba li ż-żerriegħa tieħu n-nar u tiġġenera fjammi għoljin. Tista' tqabbad l-għamara jew il-purtieri u persuni li ma jkunux fil-kamra jistgħu jibilgħu dħaħen tossiċi u javvelenaw ruħhom għall-mewt:

Xenarju tal-korriment

Tip ta' korriment u l-post

Severità tal-korriment

Probabbiltà tal-korriment

Probabbiltà riżultanti

Riskju

Żerriegħa jew fażola jieħdu n-nar u jiġġeneraw fjammi għoljin. L-għamara jew il-purtieri jieħdu n-nar. Persuni li ma jkunux fil-kamra imma li jibilgħu d-dħaħen velenużi.

Fatali avvelenament

4

Żerriegħa jew fażola jieħdu n-nar: 90 % (0.9)

Persuni mhux fil-kamra għal xi ħin: 30 % (0.3)

L-għamara jew il-purtieri jieħdu n-nar: 50 % (0.5) (jiddependi mill-wiċċ li x-xemgħa tkun tpoġġiet fuqu)

Persuni jibilgħu dħaħen velenużi: 5 % (0.05)

0 00675 > 1/1 000

Serju

Il-livelli tal-probabbiltà għall-istadji fix-xenarju ġew stmati kif jidher fit-tabella.

Il-probabbiltà kumplessiva hija ta' 0 00675, li tikkorrispondi għal >1/1 000 fit-tabella 4. Dan iwassal għall-konklużjoni ta' “riskju serju”. Ta' min jinnota li l-probabbiltà preċiża hija eqreb lejn 1/100 milli lejn 1/1 000, li diġà jagħti ftit iżjed kredibbiltà lil-livell tar-riskju billi huwa daqsxejn iżjed 'il ġewwa fit-taqsima tar-riskju serju tat-tabella 4 milli timplika r-ringiela >1/1 000.

Ejja ngħidu li ma aħniex ċerti dwar il-probabbiltà ta' 5 % li dak li jkun jibla' d-dħaħen velenużi. Nistgħu minflok inniżżluha għal-livell ferm iktar baxx ta' 0.1 % (0 001 = 1 f'kull elf). Jekk nerġgħu nikkalkulaw skont dik is-suppożizzjoni, il-probabbiltà kumplessiva tkun ta' 0 000135, li ssarraf għal >1/10 000. Madankollu, ir-riskju xorta waħda jibqa' serju. Anki kieku, għal xi raġuni jew oħra, il-probabbiltà kellha tkun iżjed baxxa b'fattur ta' 10, ir-riskju xorta waħda jkun għoli. Għalhekk, minkejja li l-probabbiltà tista' tvarja b'10 darbiet jew b'100 darba, xorta waħda nsibu riskju serju jew għoli (bl-aħħar wieħed ikun qrib ħafna “s-serju”). B'hekk din l-analiżi tas-sensittività twassalna biex nivvalutaw b'kunfidenza li r-riskju huwa serju.

Madankollu, b'mod ġenerali, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq “l-agħar każijiet raġonevoli”: mhux pessimisti żżejjed f'kull fattur, iżda ċertament mhux ottimisti żżejjed lanqas.

Tabella 1

Konsumaturi

Konsumaturi

Deskrizzjoni

Konsumaturi vulnerabbli ħafna

Tfal żgħar ħafna: Minn 0 sa 36 xahar

Oħrajn: Persuni b'diżabbiltajiet kbar u kkumplikati

Konsumaturi vulnerabbli

Tfal żgħar: Tfal li għandhom iżjed minn 36 xahar iżda inqas minn 8 snin

Tfal akbar: Tfal li għandhom bejn 8 snin u 14-il sena

Oħrajn: Persuni b'inqas kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali jew mentali (pereż. dawk b'diżabbiltà parzjali, l-anzjani, inklużi dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena b'xi tnaqqis fil-kapaċitajiet fiżiċi u mentali), jew nuqqas ta' esperjenza u tagħrif

Konsumaturi oħrajn

Konsumaturi li mhumiex vulnerabbli ħafna jew vulnerabbli


Tabella 2

Perikli, Xenarji Tipiċi ta' Korriment u Korrimenti Tipiċi

Grupp tal-Perikli

Periklu

(karatteristika tal-prodott)

Xenarju tipiku ta' korriment

Korriment tipiku

Daqs, forma u wiċċ

Il-prodott huwa ostaklu

Persuna titgerbeb u taqa' fil-prodott; jew persuna taħbat fil-prodott

Tbenġil; frattura, konkussjoni

Il-prodott ma jħallix l-arja tgħaddi minn ġo fih

Il-prodott jgħatti l-ħalq u / jew l-imnieħer ta' persuna (li tipikament tkun tifel jew tifla), jew jgħatti passaġġ tal-arja intern

Soffokazzjoni

Il-prodott huwa żgħir jew fih parti żgħira

Persuna (tifel/tifla) tibla' parti żgħira; il-parti teħel fil-larinġi u timblokka l-pajp tan-nifs

Fgar, għeluq tal-passaġġi tal-arja interni

Huwa possibli li tigdem biċċa żgħira mill-prodott

Persuna (tifel/tifla) tibla' parti żgħira; il-parti teħel fis-sistema diġestiva

Blukkaġġa tas-sistema diġestiva

Rokna jew ponta taqta'

Persuna taħbat mar-rokna taqta' jew tintlaqat minn oġġett jaqta' li jkun qed jiċċaqlaq; dan jikkawża korriment ta' titqib jew penetrazzjoni

Titqib; telf tal-vista, oġġett barrani fl-għajn; telf tas-smigħ, oġġett barrani fil-widna

Xifer jaqta'

Persuna tmiss it-tarf jaqta'; dan iċarrat il-ġilda jew jaqta' t-tessut

Tiċrita, qtugħ; amputazzjoni

Wiċċ jiżloq

Persuna timxi fuq il-wiċċ, tiżloq u taqa'

Tbenġil; frattura, konkussjoni

Wiċċ jobrox

Persuna tiżloq fuq wiċċ aħrax; dan jikkawża frizzjoni u / jew brix

Brix

Vojt jew ftuħ bejn parti u oħra

Persuna ddaħħal riġel jew driegħ fil-fetħa, u suba', driegħ, għonq, ras, ġisem jew ħwejjeġ jeħlu hemm; iseħħ korriment minħabba l-gravità jew il-moviment

Tgħaffiġ, frattura, amputazzjoni, strangulazzjoni

Enerġija potenzjali

Stabbiltà mekkanika dgħajfa

Il-prodott jegħleb; persuna fuq il-prodott taqa' mill-għoli, jew persuna viċin il-prodott tintlaqat minnu; prodott elettriku jegħleb, jinkiser u jagħti aċċess għal partijiet li fihom il-kurrent, jew ikompli jaħdem u jsaħħan uċuħ fil-viċin

Tbenġil; żlugar; tfekkik; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ; xokk elettriku; ħruq

Saħħa mekkanika dgħajfa

Il-prodott jaqa' minħabba tagħbija żejda; persuna fuq il-prodott taqa' mill-għoli, jew persuna viċin il-prodott tintlaqat minnu; prodott elettriku jegħleb, jinkiser u jagħti aċċess għal partijiet li fihom il-kurrent, jew ikompli jaħdem u jsaħħan uċuħ fil-viċin

Tbenġil; żlugar; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ; xokk elettriku; ħruq

Pożizzjoni għolja tal-utent

Persuna li tkun fuq il-prodott fl-għoli titlef il-bilanċ, ma jkollhiex ma' fejn iżżomm u taqa' mill-għoli

Tbenġil; żlugar; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ

Element elastiku jew molla

Element elastiku jew molla taħt tensjoni tiġi rilaxxata f'daqqa waħda; persuna fil-linja tal-moviment tintlaqat mill-prodott

Tbenġil; żlugar; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ

Likwidu jew gass taħt pressjoni, jew vakwu

Likwidu jew gass taħt pressjoni jiġi rilaxxat f'daqqa' waħda; persuna fil-qrib tintlaqat; jew l-implożjoni tal-prodott ittajjar xi oġġetti

Żlugar; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ; qtugħ (ara wkoll taħt nar u splużjoni)

Enerġija Kinetika

Prodott jiċċaqlaq

Persuna li tkun fil-linja tal-moviment tal-prodott tintlaqat jew tittajjar minnu

Tbenġil; tfekkik; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ

Partijiet jersqu lejn xulxin

Persuna tpoġġi parti tal-ġisem bejn il-partijiet li qed jiċċaqalqu waqt li jiċċaqalqu flimkien; il-parti tal-ġisem tinqabad u titqiegħed taħt pressjoni (titgħaffeġ)

Tbenġil; żlugar; frattura; tgħaffiġ

Partijiet jiċċaqalqu waħda kontra l-oħra

Persuna tpoġġi parti tal-ġisem bejn il-partijiet li qed jiċċaqalqu waqt li javviċinaw lil xulxin (moviment ta' mqass); il-parti tal-ġisem tinqabad bejn il-partijiet li qed jiċċaqalqu u titqiegħed taħt pressjoni (tagħfis minn pressjoni)

Tiċrita, qtugħ; amputazzjoni

Partijiet li jduru

Parti tal-ġisem, ix-xagħar jew il-ħwejjeġ ta' persuna jitgħaqqdu mal-parti li ddur; dan jikkawża ġbid

Tbenġil; frattura; laċerazzjoni (il-ġilda tar-ras); strangolazzjoni

Partijiet li jduru viċini ta' xulxin

Parti tal-ġisem, ix-xagħar jew il-ħwejjeġ ta' persuna jinġibdu mill-partijiet li jduru; dan jikkawża ġbid u pressjoni fuq il-parti tal-ġisem

Tgħaffiġ, frattura, amputazzjoni, strangulazzjoni

Aċċellerazzjoni

Il-persuna li tkun qiegħda fuq il-prodott li jaċċellera titlef il-bilanċ, ma jkollhiex ma' fejn iżżomm u taqa' bis-sabta

Żlugar; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ

Oġġetti jtiru

Persuna tintlaqat minn oġġett itir u skont l-enerġija li jkun fih tkorri

Tbenġil; żlugar; frattura, konkussjoni; tgħaffiġ

Vibrazzjoni

Persuna li qed iżżomm il-prodott titlef il-bilanċ u taqa'; jew kuntatt fit-tul mal-prodott li jivvibra jikkawża problemi newroloġiċi, problemi osteoartikulari, trawma fis-sinsla tad-dahar, problemi vaskulari

Tbenġil; żlugar; frattura; tgħaffiġ

Storbju

Persuna tkun esposta għall-istorbju tal-prodott. Jistgħu jiġi kkawżat żanżin fil-widnejn u nuqqas ta' smigħ skont il-livell tal-ħoss u d-distanza

Korriment tas-smigħ

Enerġija Elettrika

Vultaġġ għoli/baxx

Persuna tmiss ma' parti tal-prodott li jkollha vultaġġ għoli; il-persuna tieħu xokk elettriku u tista' tmut b'elettrokuzzjoni

Xokk elettriku

Produzzjoni tas-sħana

Il-prodott jibda jaħraq; persuna li tmissu tista' tinħaraq; jew il-prodott jista' jarmi frak maħlul bis-sħana, fwar eċċ., li jolqtu l-persuna

Ħruq, samta

Il-partijiet li fihom il-kurrent qegħdin qrib wisq ta' xulxin

Ikun hemm ark tal-elettriku jew itiru x-xrar bejn il-partijiet li fihom il-kurrent. Dan jista' jikkawża nar u radjazzjoni intensa

Korriment fl-għajnejn; ħruq, samta

Temperaturi estremi

Fjammi fil-miftuħ

Persuna li tkun viċin tal-fjammi tista' tinħaraq, possibbilment wara li ħwejjiġha jkunu ħadu n-nar

Ħruq, samta

Uċuħ jaħarqu

Persuna ma tindunax li l-wiċċ ikun jaħraq u tmissu; il-persuna ssofri ħruq

Ħruq

Likwidi jaħarqu

Persuna li timmaniġġa kontenitur b'likwidu twaqqa' ftit minnu; il-likwidu jaqa' fuq il-ġilda u jismotha

Samta

Gassijiet jaħarqu

Persuna tibla' gassijiet jaħarqu li jiġu emessi mill-prodott; dan jikkawża ħruq fil-pulmun; jew l-esponiment fit-tul għall-arja sħuna jikkawża deidratazzjoni

Ħruq

Uċuħ kesħin

Il-persuna ma tindunax li l-wiċċ ikun kiesaħ u tmissu; il-persuna ssofri infjammazzjoni bil-ksieħ

Ħruq

Radjazzjoni

Radjazzjoni ultravjola, lejżer

Il-ġilda jew għajnejn il-persuna jiġu esposti għar-radjazzjoni emessa mill-prodott

Ħruq, samta; problemi newroloġiċi; korriment fl-għajnejn; kanċer tal-ġilda, mutazzjoni

Sors ta' kamp elettromanjetiku (EMF) ta' intensità għolja; frekwenza baxxa jew frekwenza għolja (mikromewġ)

Persuna tkun viċin is-sors tal-kamp elettromanjetiku (EMF), il-ġisem (is-sistema nervuża ċentrali) tiġi esposta

Dannu newroloġiku (fil-moħħ), lewċemija (tfal)

Nar u splużjoni

Sustanzi fjammabbli

Persuna tkun viċin is-sustanza fjammabbli; sors li jqabbad jagħti n-nar lis-sustanza; dan jikkawża korrimenti lill-persuna

Ħruq

Taħlitiet splussivi

Persuna tkun viċin it-taħlita splussiva; sors li jqabbad jikkawża splużjoni; il-persuna tintlaqat mill-mewġa tal-isplużjoni, materjal li qed jaqbad u / jew fjammi

Ħruq, samta; korriment fl-għajnejn, oġġett barrani fl-għajnejn; korriment fis-smigħ, oġġett barrani fil-widnejn

Sorsi li jqabbdu

Is-sors li jqabbad jikkawża nar; persuna tkorri minħabba l-fjammi, jew tintossika ruħha minħabba l-gassijiet min-nar fid-dar

Ħruq; avvelenament

Sħanat żejda

Il-prodott jisħon iżżejjed; nar, splużjoni

Ħruq, samta; korriment fl-għajnejn, oġġett barrani fl-għajnejn; korriment fis-smigħ, oġġett barrani fil-widnejn

Tossiċità

Oġġetti solidi jew likwidi tossiċi

Persuna tibla' sustanza mill-prodott,

pereż. billi ddaħħalha f'ħalqha, u / jew sustanza tiġi f'kuntatt mal-ġilda

Avvelenament akut; irritazzjoni, dermatite

Persuna ddaħħal man-nifs massa solida jew fluwida, pereżempju materjal tal-vomtu (aspirazzjoni pulmonari)

Avvelenament akut tal-pulmuni (pulmonite tan-nifs); infezzjoni

Gass, fwar jew trab tossiku

Persuna tiġbed is-sustanza mill-prodott man-nifs; u / jew is-sustanza tiġi f'kuntatt mal-ġilda

Avvelenament akut tal-pulmuni; irritazzjoni, dermatite

Sustanza sensitizzanti

Persuna tibla' sustanza mill-prodott,

pereż. billi ddaħħalha f'ħalqha; u / jew is-sustanza tiġi f'kuntatt mal-ġilda; u / jew persuna tiġbed il-gass, il-fwar jew it-trab man-nifs

Sensitizzazzjoni; reazzjoni allerġika

Oġġett solidu jew fluwidu b'effett irritanti jew korrużiv

Persuna tibla' sustanza mill-prodott,

pereż. billi ddaħħalha f'ħalqha, u / jew sustanza tiġi f'kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn

Irritazzjoni, dermatite; ħruq tal-ġilda; korriment fl-għajnejn, oġġett barrani fl-għajnejn

Gass jew fwar irritanti jew korrużiv

Persuna tiġbed sustanza minn prodott man-nifs, u / jew sustanza tiġi f'kuntatt mal-ġilda jew mal-għajnejn

Irritazzjoni, dermatite; ħruq tal-ġilda; avvelenament akut jew effett korrużiv fil-pulmuni jew fl-għajnejn

Sustanza CMR

Persuna tibla' sustanza minn prodott, pereż. billi ddaħħalha f'ħalqha, u / jew is-sustanza tiġi f'kuntatt mal-ġilda; u / jew il-persuna tiġbed il-gass, il-fwar jew it-trab man-nifs

Kanċer, mutazzjoni, tossiċità riproduttiva

Kontaminazzjoni mikrobijoloġika

Kontaminazzjoni mikrobijoloġika

Persuna tiġi f'kuntatt ma' prodott ikkontaminat billi tibilgħu, tiġbdu man-nifs jew tmissu mal-ġilda

Infezzjoni, lokali jew sistemika

Prodott mit-tħaddim tal-prodott

Pożiżżjoni tal-ġisem ħażina

Kif inhu magħmul il-prodott iġiegħel lill-persuna li qed tħaddmu toqgħod f'pożizzjoni ħażina għall-ġisem

Strapazz; problemi muskoloskeletali

Sforz eċċessiv

L-għamla tal-prodott tirrikjedi forza konsiderevoli biex tħaddmu

Tfekkik jew strapazz; problemi muskoloskeletali

Inadatt anatomikament

L-għamla tal-prodott mhijiex adatta għall-anatomija tal-bniedem u għalhekk huwa diffiċli jew impossibbli li jitħaddem

Tfekkik jew strapazz

Nuqqas ta' attenzjoni għall-protezzjoni personali

Minħabba l-għamla tal-prodott, il-persuna ssibha diffiċli li tużah jew tħaddmu bl-ilbies protettiv

Korrimenti varji

(Di)attivazzjoni mhux intenzjonata

Persuna tista' faċilment tattiva jew titfi l-prodott, li jirriżulta fi tħaddim mhux mixtieq

Korrimenti varji

Inadegwatezza operattiva

L-għamla tal-prodott tipprovoka tħaddim ħażin minn persuna; jew prodott b'funzjoni protettiva ma jipprovdix il-protezzjoni mistennija

Korrimenti varji

Ma jintefiex

Persuna tkun trid titfi l-prodott iżda jibqa' jaħdem f'sitwazzjoni meta ma jkunx mixtieq

Korrimenti varji

Jixgħel bla mistenni

Il-prodott jieqaf meta jkun hemm interruzzjoni elettrika, iżda jerġa' jaqbad jaħdem b'mod perikoluż

Korrimenti varji

Inkapaċita li jintefa'

F'każ ta' emerġenza, persuna ma tkunx tista' twaqqaf il-prodott milli jaħdem

Korrimenti varji

Partijiet li ma jidħlux sew f'posthom

Il-persuna tipprova ddaħħal xi parti f'postha, dan ikun jeħtieġ wisq forza, il-prodott jinkiser; jew xi parti tkun laxka wisq u tkompli tillaxka waqt l-użu

Tfekkik jew strapazz; tiċrita, qtugħ; tbenġil; intrappolament

Protezzjoni nieqsa jew mhix imdaħħla f'postha sew

Partijiet perikolużi jistgħu jintlaħqu minn persuna

Korrimenti varji

Nuqqas ta' struzzjonijiet, sinjali u simboli ta' twissija

L-utent ma jindunax bis-sinjali tal-istruzzjonijiet ta' twissija u / jew ma jifhimx is-simboli

Korrimenti varji

Nuqqas ta' sinjali ta' twissija

L-utent ma jarax jew ma jismax sinjal ta' twissija (ottiku jew awdjo), u dan iwassal għat-tħaddim perikoluż tal-prodott

Korrimenti varji

NB: Din it-tabella hija ta' gwida biss; ix-xenarji ta' korriment tipiċi għandhom jiġu adattati meta titħejja valutazzjoni tar-riskju. Teżisti gwida speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju għall-kimiċi, il-kożmetiċi u possibbilment affarijiet oħra. Huwa rakkomandat ħafna li tintuża din il-gwida speċifika meta jiġu vvalutati prodotti bħal dawn. Ara t-taqsima 3.2.

Tabella 3

Severità tal-korriment

Introduzzjoni

Dawn il-linji gwida għall-valutazzjoni tar-riskju jiddistingwu bejn erba' livelli ta' severità ta' dannu mill-korriment. Huwa importanti li jiġi nnotat li s-severità għandha tiġi vvalutata b'oġġettività sħiħa. L-għan huwa li tiġi mqabbla s-severità tax-xenarji differenti u jiġu ffissati l-prijoritajiet, u mhux li wieħed jiġġudika l-aċċettabbiltà ta' korriment partikolari f'dan l-istadju. Ikun diffiċli li konsumatur jaċċetta kwalunkwe dannu minn korriment li seta' jiġi evitat faċilment. Madankollu l-awtoritajiet jistgħu b'mod ġustifikabbli jinvestu iżjed sforzi biex jevitaw konsegwenzi irriversibbli milli biex jevitaw skumdità temporanja.

Biex tiġi vvalutata s-severità tal-konsegwenzi (korriment akut jew danni oħra għas-saħħa), jistgħu jinstabu kriterji oġġettivi, minn naħa waħda, għal-livell tal-intervent mediku, u min-naħa l-oħra, għall-konsegwenzi fil-funzjonament ulterjuri tal-vittma. Dawn it-tnejn jistgħu jiġu espressi bħala kost, iżda l-kostijiet tal-konsegwenzi tad-danni għas-saħħa jista' jkun diffiċli li jiġu kkwantifikati.

Jekk jingħaqdu dawn il-kriterji, l-erba' livelli jistgħu jiġu ddefiniti kif ġej:

1.

Dannu, jew konsegwenza tiegħu li wara trattament bażiku (l-ewwel għajnuna, normalment mhux minn tabib) ma tfixkilx sostanzjalment il-funzjonament jew tikkawża wisq uġigħ; il-konsegwenzi fil-biċċa l-kbira jkunu riversibbli għalkollox.

2.

Dannu jew konsegwenza li tkun teħtieġ żjara fid-Dipartiment tal-Emerġenza, iżda li ġeneralment ma tkunx teħtieġ li dak li jkun jinżamm l-isptar. Il-funzjonament jista' jkun affettwat għal perjodu limitat, mhux iżjed minn xi 6 xhur, u l-irkupru jkun ftit jew wisq totali.

3.

Dannu jew konsegwenza li normalment teħtieġ żmien l-isptar u li taffettwa l-funzjonament għal iżjed minn 6 xhur jew li twassal għal nuqqas ta' funzjonament permanenti.

4.

Dannu jew konsegwenza li tkun jew tista' tkun fatali, inkluż mewt ċerebrali; konsegwenzi li jaffettwaw ir-riproduzzjoni jew lill-ulied; it-telf gravi ta' riġel jew driegħ u / jew il-funzjonament tagħhom, li jwassal għal diżabbiltà ta' iktar minn madwar 10 %.

It-tabella ta' hawn taħt, li għandha titqies bħala gwida u mhux preskrizzjoni jew lista sħiħa, tipprovdi eżempji ta' korrimenti fl-erba' livelli kollha. Jistgħu jeżistu differenzi nazzjonali, kulturali jew minħabba sistemi differenti ta' kura tas-saħħa u ta' arranġamenti finanzjarji. Madankollu, devjazzjoni mill-klassifikazzjoni proposta fit-tabella taffettwa l-valutazzjoni uniformi tar-riskji fl-UE; dan għandu jiġi ddikjarat u spjegat b'mod ċar fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskji u għandhom jingħataw raġunijiet.

Tip ta' korriment

Severità tal-korriment

1

2

3

4

Tiċrita, qtugħ

Superfiċjali

Esterna (fonda)

(twila > 10 cm fuq il-ġisem)

(tul ta' > 5 cm fuq il-wiċċ) teħtieġ il-ponti

Għerq jew f'ġog

L-abjad tal-għajn jew il-kornea

Nerv ottiku Arterja fl-għonq Trakea Organi interni

Tubu tal-bronki Esofagu Aorta

Nerv tas-sinsla (in-naħa t'isfel)

Tiċrit fil-fond ta' organi interni

Nerv tas-sinsla maqtugħ fin-naħa ta' fuq

Moħħ (leżjoni gravi/

disfunzjoni)

Tbenġil (brix/kontużjoni, nefħa, edema)

Superfiċjali

≤25 cm2 fuq il-wiċċ

≤50 cm2 fuq il-ġisem

Maġġuri

> 25 cm2 fuq il-wiċċ

> 50 cm2 fuq il-ġisem

Trakea

Organi interni (minuri)

Qalb Moħħ

Pulmun, bid-demm jew bl-arja fis-sider

Zokk enċefaliku

In-nerv tas-sinsla, jikkawża paraliżi

Konkussjoni

Inkuxjenza għal żmien qasir ħafna (minuti)

Inkuxjenza prolongata

Koma

Qbid/qris

Qarsa ħafifa

(Uża kif jixraq x'jirriżulta mit-tbenġil, tgħaffiġ, ksur, żlugar, amputazzjoni, skont kif applikabbli)

(L-istess riżultat bħal għas-soffokazzjoni/strangolazzjoni.)

Tfekkik, strapazz, problemi muskuloskeletali

Estremitajiet

Ġogi

Spina (mingħajr żlugar jew frattura)

Strapazz tal-ligamenti tal-irkoppa

Qtugħ/tiċrit ta' ligament jew għerq

Tiċrit ta' muskoli

Korriment minn skoss fl-għonq

Żlugar

Estremitajiet (swaba', id, sieq)

Minkeb

Xedaq

Ċaqliq ta' snien

Għaksa

Polz

Spalla

Ġenb

Irkoppa

Spina

Kolonna vertebrali

Frattura

Estremitajiet (swaba', id, sieq)

Polz

Driegħ

Kustilja

Sternu

Imnieħer

Sinna

Xedaq

Għadam ta' madwar l-għajnejn

Għaksa

Riġel

(femore u n-naħa ta' isfel tar-riġel)

Ġenb

Koxxa

Kranju

Spina (frattura mhux gravi kkawżat minn għafsa)

Xedaq (gravi)

Larinġi

Fratturi multippli fil-kustilji Demm jew arja fis-sider

Għonq

Kolonna vertebrali

Tgħaffiġ

Estremitajiet (swaba', id, sieq)

Minkeb

Għaksa

Polz

In-naħa ta' isfel tad-driegħ

Riġel

Spalla

Trakea

Larinġi

Pelvi

In-nerv tas-sinsla n-naħa tan-nofs u t'isfel tal-għonq Sider

(tgħaffiġ gravi)

Zokk enċefaliku

Amputazzjoni

Suba'/swaba' tal-idejn

Suba'/swaba' tas-saqajn

Id

Sieq

(Parti mid-)Driegħ

Riġel

Għajn

Iż-żewġ estremitajiet

Infid, titqib

Superfiċjali, fil-ġilda biss

Iżjed fil-fond mill-ġilda

Il-ħajt addominali (mingħajr ma jitmiss l-ebda organu)

Għajn

Organi interni

Il-ħajt tas-sider

Aorta Qalb

Tubu fil-bronki

Korrimenti fondi fl-organi (fwied, kliewi, musrana, eċċ.)

Inġestjoni

Korriment fl-organi interni

(Irreferi wkoll għas-sadd tal-passaġġ tan-nifs fejn l-oġġett li nbela' jeħel fil-parti ta' fuq tal-esofagu.)

Dannu permanenti fl-organu intern

Ostruzzjoni tal-passaġġ tal-arja intern

Il-fluss ta' ossiġenu għall-moħħ ostakolat mingħajr konsegwenzi permanenti

Il-fluss ta' ossiġenu għall-moħħ ostakolat b'konsegwenzi permanenti

Soffokazzjoni/Strangolazzjoni

Il-fluss ta' ossiġenu għall-moħħ ostakolat mingħajr konsegwenzi permanenti

Soffokazzjoni / strangolazzjoni fatali

Tgħaddis/Għarqa

Għarqa fatali

Ħruq/Samta (bis-sħana, bil-kesħa, jew b'sustanza kimika)

1°, sa 100 % tal-wiċċ tal-ġisem

2°, < 6 % tal-wiċċ tal-ġisem

2°, 6-15 % tal-wiċċ tal-ġisem

2°, 16-35 % tal-wiċċ tal-ġisem, jew 3°, sa 35 % tal-wiċċ tal-ġisem

Ħruq waqt il-ġbid tan-nifs

2° jew 3°, > 35 % tal-wiċċ tal-ġisem

Ħruq mal-ġbid tan-nifs li jeħtieġ għajnuna respiratorja

Xokk elettriku

(Ara wkoll taħt ħruq, billi kurrent elettriku wkoll jista' jikkawża ħruq.)

Effetti lokali (bugħawwieġ temporanju jew paraliżi muskolari)

Xokk elettriku

Problemi newroloġiċi

Attakki ta' epilessija provokati

Korriment fl-għajnejn, oġġett barrani fl-għajnejn

Uġigħ temporanju fl-għajn mingħajr ħtieġa ta' kura

Telf temporanju tal-vista

Telf parzjali tal-vista

Telf permanenti tal-vista (għajn waħda)

Telf permanenti tal-vista (iż-żewġ għajnejn)

Korriment fis-smigħ, oġġett barrani fil-widna

Uġigħ temporanju fil-widna mingħajr ħtieġa ta' kura

Indebboliment fis-smigħ temporanju

Telf parzjali tas-smigħ

Telf totali tas-smigħ (widna waħda)

Telf totali tas-smigħ (iż-żewġ widnejn)

Avvelenament minn sustanzi (inġestjoni, man-nifs, permezz tal-ġilda)

Dijarea, rimettar, sintomi lokali

Dannu riversibbli fl-organi interni, pereż. il-fwied, il-kliewi, anemija emolitika ħafifa

Dannu irriversibbli fl-organi interni, pereż. l-esofagu, l-istonku, il-fwied, il-kliewi, anemija emolitika, dannu riversibbli fis-sistema nervuża

Dannu irriversibbli fis-sistema nervuża

Fatalità

Irritazzjoni, dermatite, infjammazzjoni jew effett korrużiv ta' xi sustanza (man-nifs, minn ġol-ġilda)

Irritazzjoni ħafifa lokali

Dannu fl-għajnejn riversibbli

Effetti sistemiċi riversibbli

Effetti infjammatorji

Pulmuni, insuffiċjenza respiratorja, pulmonite kimika

Effetti sistemiċi irriversibbli

Telf parzjali tal-vista Effetti korrużivi

Pulmuni, ħtieġa ta' għajnuna respiratorja

Asfissija

Reazzjoni allerġika jew sensitizzazzjoni

Reazzjoni allerġika ħafifa jew lokali

Reazzjoni allerġika, dermatite mifruxa minn kuntatt allerġiku

Sensitizzazzjoni qawwija li tipprovoka allerġiji għal diversi sustanzi

Reazzjoni anafilattika, xokk

Fatalità

Dannu fit-tul minn kuntatt ma' sustanzi jew esponiment għal radjazzjoni

Dijarea, remettar, sintomi lokali

Dannu riversibbli fl-organi interni, pereż. il-fwied, il-kliewi, anemija emolitika ħafifa

Dannu fis-sistema nervuża, pereż. is-Sindromu Psiko-Organika (SPO; imsejjaħ ukoll Enċefalopatija Tossika Kronika, magħrufa wkoll bħala “l-marda tal-bajjada”). Dannu permanenti fl-organi interni, pereż. l-esofagu, l-istonku, il-fwied, il-kliewi, anemija emolitika, dannu riversibbli fis-sistema nervuża

Kanċer (lewċemija)

Effetti fuq ir-riproduzzjoni Effetti fuq l-ulied

Dipressjoni tas-Sistema Nervuża Ċentrali

Infezzjoni mikrobijoloġika

 

Dannu riversibbli

Effetti irriversibbli

Infezzjoni li teħtieġ kura fit-tul l-isptar, organiżmi li jirreżistu l-antibijotiċi

Fatalità

Tabella 4

Il-livell tar-riskju mit-taħlita tas-severità tal-korriment mal-probabbiltà

Probabbiltà ta' dannu waqt iż-żmien tal-ħajja prevedibbli tal-prodott

Severità tal-korriment

1

2

3

4

Għolja

Image 6

Baxxa

>50 %

S

S

S

> 1/10

M

S

S

S

> 1/100

M

S

S

S

> 1/1 000

B

S

S

> 1/10 000

B

M

S

> 1/100 000

B

B

M

> 1/1 000 000

B

B

B

M

< 1/1 000 000

B

B

B

B

S — Riskju Serju

Għ — Riskju għoli

M — Riskju medju

B-Riskju baxx

Glossarju ta' termini

Periklu: Sors tal-periklu li fih riskju ta' korriment jew dannu. Is-severità tal-korriment jew dannu li jistgħu jiġru huwa mezz li bih wieħed jista' jikkwantifika l-periklu fil-valutazzjoni tar-riskju.

Periklu tal-prodott: Il-periklu kkawżat mill-proprjetajiet ta' prodott.

Riskju: Taħlita bilanċjata tal-periklu u l-probabbiltà li ssir il-ħsara. Ir-riskju ma jiddeskrivi la l-periklu u lanqas il-probabbiltà, imma t-tnejn f'daqqa.

Valutazzjoni tar-riskju: Proċedura biex jiġu identifikati u vvalutati l-perikli magħmula minn tliet stadji:

1.

l-identifikazzjoni tal-gravità tal-periklu;

2.

id-determinazzjoni tal-probabbiltà li konsumatur ikorri minħabba dak il-periklu;

3.

taħlita tal-periklu mal-probabbiltà.

Livell tar-riskju: Il-grad tar-riskju, li jista' jkun “serju”, “għoli”, “medju” u “baxx”. Meta jiġi identifikat (l-ogħla) livell tar-riskju, il-valutazzjoni tar-riskju tkun kompluta.

Ġestjoni tar-riskju: Azzjoni ta' segwitu, li hi separata mill-valutazzjoni tar-riskju u li l-għan tagħha huwa li tnaqqas jew telimina r-riskju.


(1)  Fi bnadi oħrajn ta' dawn il-Linji Gwida, it-terminu “Kummissjoni” ġeneralment jirreferi għat-tim tar-RAPEX stabbilit fid-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għad-Direttiva 2001/95/KE u għas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, meta jkun xieraq.

(2)  Is-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (“ICSMS”). Din il-pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn il-korpi tas-sorveljanza tas-suq fil-pajjiżi tal-UE u tal-EFTA dwar prodotti mhux konformi.

(3)  Fil-kuntest ta' dan id-dokument, it-terminu “Stati Membri” jrid ikun interpretat bħala li ma jipprekludix l-atturi l-oħrajn kollha milli jkunu indirizzati mid-dispożizzjonijiet f'dawn il-Linji Gwida.

(4)  Ara l-aħħar Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-KE ppubblikata https://ec.europa.eu/consumers/consumers_safety/safety_products/rapex/alerts/repository/content/pages/rapex/index_en.htm

(5)  Ara l-premessa 10 tad-Direttiva 2001/95/KE.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-UE li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(8)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-UE rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(11)  Id-Direttiva 2015/1535/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(12)  Ara l-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju ġenerali tal-UE (l-Azzjoni 5 tal-Pjan ta' Azzjoni Pluriennali għas-sorveljanza tal-prodotti fl-UE (COM(2013)76) li tipprovdi gwida għall-awtoritajiet fir-rigward tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008: http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/17107/attachments/1/translations

(13)  Ara https://ec.europa.eu/consumers/consumer-safety/rag/#/screen/home

(14)  www.ec.europa.eu/rapex

(15)  Ara l-Parti I, il-Kapitolu 6.2 ta' dawn il-Linji Gwida.

(16)  Ara l-Parti II il-Kapitolu 2.2.1 ta' dawn il-Linji Gwida.

(17)  Ara l-Parti II il-Kapitolu 2.2.1 ta' dawn il-Linji Gwida.

(18)  Ara l-Parti II il-Kapitolu 2.2.2 ta' dawn il-Linji Gwida.

(19)  Ara l-Parti II il-Kapitolu 2.2.2 ta' dawn il-Linji Gwida.

(20)  Għal aktar informazzjoni dwar azzjonijiet ta' segwitu, ara l-Parti II il-Kapitolu 4.4.5 ta' dawn il-Linji Gwida.

(21)  Għal aktar informazzjoni dwar in-notifiki dwar l-aspetti ta' sigurtà suġġetti għal diskussjonijiet fil-livell tal-UE, ara l-Parti II il-Kapitoli 3.4.4 u 3.4.7.1.1 ta' dawn il-Linji Gwida.

(22)  Ara l-Punt 10 tal-Anness II tad-Direttiva 2001/95/KE.

(23)  Ara l-Punt 9 tal-Anness II tad-Direttiva 2001/95/KE.

(24)  Għal aktar informazzjoni dwar in-notifiki dwar l-aspetti ta' sigurtà soġġetti għal diskussjonijiet fil-livell tal-UE, ara l-Parti II il-Kapitoli 3.1.2 (d) u 3.4.7.1.1.

(25)  https://ec.europa.eu/consumers/consumers_safety/safety_products/rapex/alerts/?event=main.search.

(26)  Il-prattika li diġà kien hemm qbil dwarha fil-Kumitat tad-DSĠP tal-24 ta' Settembru 2012, li l-Punt ta' Kuntatt tar-RAPEX kienu infurmati biha fil-laqgħa tal-Punti ta' Kuntatt tar-RAPEX tal-4 ta' Ottubru (il-punt 4 fl-aġenda) u li ilha tapplika mill-2013.

(27)  Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2001/95/KE u l-Artikolu 23 il-paragrafu 3 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

(28)  L-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2001/95/KE.

(29)  Għal aktar informazzjoni dwar il-kriterji tan-notifika, ara l-Parti I il-Kapitolu 2.

(30)  Għal aktar informazzjoni dwar notifiki mibgħuta permezz tal-applikazzjoni tar-RAPEX qabel ma jittieħdu l-miżuri, ara l-Kapitolu 3.1.2 (b).

(31)  Għal aktar informazzjoni dwar in-notifiki fuq l-aspetti tas-sigurtà suġġetti għal diskussjonijiet fil-livell tal-UE, ara l-Parti II il-Kapitoli 3.1.2.d u 3.4.4.

(32)  Għal aktar informazzjoni dwar l-iskadenzi, ara l-Parti III l-Appendiċi 4 ta' dawn il-Linji Gwida.

(33)  L-iskadenzi kollha msemmija fil-Linji Gwida jiġu espressi fi ġranet kalendarji.

(34)  Ara l-punt 10 tal-Anness II tad-Direttiva 2001/95/KE.

(35)  Għall-fini ta' dawn il-Linji Gwida, “operatur ekonomiku” tirreferi għal kull persuna fiżika jew ġuridika definita bħala “operatur ekonomiku” fir-Regolament (KE) Nru 765/2008) jew bħala “produttur” u “distributur” fid-DSĠP.

(36)  https://webgate.ec.europa.eu/etranslation/translateDocument.html

(37)  Ma hemmx għalfejn jintbagħtu notifiki permezz tar-Rappreżentazzjoni Permanenti ta' Stat Membru tal-UE.

(38)  Ara l-Parti I, il-Kapitolu 5.3 ta' dawn il-Linji Gwida.

(39)  Il-kampi li jinsabu fil-mudell jistgħu jiġu aġġornati wara żviluppi maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(40)  Il-kampi li jinsabu fil-mudell jistgħu jiġu aġġornati wara żviluppi maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(41)  Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-metodu tal-Valutazzjoni tar-Riskji għall-prodotti armonizzati (kemm prodotti għall-konsumaturi u kemm prodotti professjonali) fir-rigward ta' kategoriji usa' ta' riskji pubbliċi protetti mil-leġiżlazzjoni armonizzata tal-UE, irreferi għall-Parti I, il-Kapitolu 5.3.

(42)  Benis HG (1990): A Product Risk Assessment Nomograph, rapport imħejji għall-Ministeru tal-Affarijiet tal-Konsumatur ta' New Zealand, bid-data ta' Frar 1990. Ikkwotat fi: Il-Kummissjoni Ewropea (2005) Establishing a Comparative Inventory of Approaches and Methods Used by Enforcement Authorities for the Assessment of the Safety of Consumer Products Covered by Directive 2001/95/EC on General Product Safety and Identification of Best Practices. Rapport imħejji minn Risk & Policy Analysts (RPA), Loddon, Norfolk, ir-Renju Unit.

(43)  Il-metodu użat mill-awtoritajiet Belġjani. Ikkwotat fi: Il-Kummissjoni Ewropea (2005) Establishing a Comparative Inventory of Approaches and Methods Used by Enforcement Authorities for the Assessment of the Safety of Consumer Products Covered by Directive 2001/95/EC on General Product Safety and Identification of Best Practices. Rapport imħejji minn Risk & Policy Analysts (RPA), Loddon, Norfolk, ir-Renju Unit.

(44)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/418/KE tad-29 ta' April 2004 li tistabbilixxi linji gwida għall-ġestjoni tal-Community Rapid Information System (Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Komunità) (RAPEX) u għan-notifikazzjonijiet ippreżentati skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 83).

(45)  Id-Direttiva 2001/95/KE.

(46)  https://webgate.ec.europa.eu/idbpa/.

(47)  

NB: l-inċertezza trid titqies dejjem meta jitqabbel riżultat ta' test ma' limitu. Ara, pereżempju:

ir-“Report on the relationship between analytical results, measurement uncertainty, recovery factors and the provisions of EU food and feed legislation …” https://ec.europa.eu/food/safety/chemical_safety/contaminants/catalogue_en

is-sommarju tar-rapport dwar il-“Preparation of a working document in support of the uniform interpretation of legislative standards and the laboratory quality standards prescribed under Directive 93/99/EEC”. http://ec.europa.eu/food/fs/scoop/9.1_sr_en.pdf

(48)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1 ).

(49)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 7.

(50)  L-istandard EN 71-1:2005, it-taqsima 8.2 +A6:2008.

(51)  L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(52)  Ir-Regolament REACH u d-dokumenti ta' gwida dwar ir-REACH, ara https://echa.europa.eu/mt/home L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (2008). Il-Gwida dwar ir-Rekwiżiti tal-Informazzjoni u l-Valutazzjoni tas-Sigurtà Kimika: https://echa.europa.eu/mt/support/guidance

(53)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013 dwar il-Linji Gwida għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 82); SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumaturi), The SCCS Notes of Guidance for the Testing of Cosmetic Ingredients and their Safety Evaluation 9th revision, id-29 ta' Settembru 2015, SCCS/1564/15, reviżjoni tal-25 ta' April 2016: http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_190.pdf

(54)  Ara l-Parti I il-Kapitolu 1.1 il-paragrafu ta' qabel tal-aħħar).

(55)  Dan meħud mid-definizzjoni ta' “prodott fis-sigurtà” fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2001/95/KE.


Top