Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0399

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/399 tas-7 ta' Marzu 2019 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 3, 4, 6, 7, 9, 10, 19, 23, 27, 38, 41, 48, 50, 51, 53, 55, 58, 62, 67, 69, 70, 73, 74, 77, 86, 87, 91, 92, 98, 104, 106, 107, 110, 112, 113, 116, 119, 122, 123 u 128, il-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.5, il-proposti għal erba' Regolamenti ġodda tan-NU, u l-proposta għal emenda għall-Iskeda 4 tal-Ftehim Rivedut tal-1958

    ST/6334/2019/INIT

    ĠU L 71, 13.3.2019, p. 24–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/399/oj

    13.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/24


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/399

    tas-7 ta' Marzu 2019

    dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 3, 4, 6, 7, 9, 10, 19, 23, 27, 38, 41, 48, 50, 51, 53, 55, 58, 62, 67, 69, 70, 73, 74, 77, 86, 87, 91, 92, 98, 104, 106, 107, 110, 112, 113, 116, 119, 122, 123 u 128, il-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.5, il-proposti għal erba' Regolamenti ġodda tan-NU, u l-proposta għal emenda għall-Iskeda 4 tal-Ftehim Rivedut tal-1958

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawk il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta' Marzu 1998.

    (2)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2000.

    (3)

    Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel (“il-Kumitati rilevanti tan-NU/KEE”) jista' jadotta l-proposti għal modifiki tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 3, 4, 6, 7, 9, 10, 19, 23, 27, 38, 41, 48, 50, 51, 53, 55, 58, 62, 67, 69, 70, 73, 74, 77, 86, 87, 91, 92, 98, 104, 106, 107, 110, 112, 113, 116, 119, 122, 123 u 128; il-proposta għal emenda għar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.5; il-proposti għal erba' Regolamenti ġodda tan-NU; u l-proposta għal emenda għall-Iskeda 4 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 (“megadeċiżjoni”).

    (4)

    Il-Kumitati rilevanti tan-NU/KEE, matul il-177 sessjoni tal-Forum Dinji li ser issir bejn il-11 u l-15 ta' Marzu 2019, iridu jadottaw megadeċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet amministrattivi u l-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-approvazzjoni ta' regolamenti tekniċi globali għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti.

    (5)

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tan-NU/KEE, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk il-modifiki fl-Iskeda 4 tal-Ftehim Rivedut tal-1958, ir-Regolamenti tan-NU, ir-Riżoluzzjoni Konsolidata u dawk ir-Regolamenti l-ġodda tan-NU, peress li r-Regolamenti, flimkien mar-Riżoluzzjoni Konsolidata, ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u kapaċi jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi.

    (6)

    Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi tal-approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura tal-approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat Regolamenti adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-UE tal-approvazzjoni tat-tip, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE 'l hawn, kulma jmur ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem iktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (7)

    Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew karatteristiki koperti permezz tar-Regolamenti tan-NU Nri 0, 3, 4, 6, 7, 9, 10, 19, 23, 27, 38, 41, 48, 50, 51, 53, 62, 67, 69, 70, 73, 74, 77, 86, 87, 91, 92, 98, 104, 106, 107, 110, 112, 113, 116, 119, 122, 123 u 128, kif ukoll permezz tar-Riżoluzzjoni Konsolidata R.E.5, jeħtieġ li jiġu emendati jew jinħarġilhom suppliment. Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet fir-Regolamenti tan-NU Nri 55, 58 u 107 jeħtieġ li jiġu kkoreġuti.

    (8)

    Sabiex jiġu ċċarati u kkonsolidati r-rekwiżiti relatati mal-komponenti li attwalment jinsabu f'diversi Regolamenti tan-NU, jeħtieġ li jiġu adottati tliet Regolamenti ġodda tan-NU dwar l-apparati għas-sinjalar bid-dawl (LSD), l-apparati tal-illuminazzjoni tat-triq (RID) u l-apparati retroriflettivi (RRD). Dawk ir-Regolamenti l-ġodda tan-NU ser jissostitwixxu, mingħajr ma jbiddlu xi wieħed mir-rekwiżiti tekniċi dettaljati diġà fis-seħħ, 20 Regolament tan-NU (Nri 3, 4, 6, 7, 19, 23, 27, 38, 50, 69, 70, 77, 87, 91, 98, 104, 112, 113, 119 u 123) li mhux ser jibqgħu jintużaw għall-approvazzjonijiet ġodda tat-tip tal-vetturi. Fis-6 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta Deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed fir-rigward ta' dawk it-23 Regolament tan-NU għas-sessjoni ta' Novembru 2018 tal-Kumitati rilevanti tan-NU/KEE (il-176 sessjoni tal-Forum Dinji). Madankollu, il-Kumitati rilevanti ma vvutawx fuq dawk ir-Regolamenti f'dik is-sessjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-177 sessjoni tal-Forum Dinji li ser isseħħ bejn il-11 u l-15 ta' Marzu 2019 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C.D. DAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

    (3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


    ANNESS

    Regolament Nru

    Titlu tal-punt fl-aġenda

    Referenza tad-dokument (1)

    0

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 0 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-Approvazzjoni Internazzjonali tat-Tip ta' Vettura Sħiħa

    ECE/TRANS/WP.29/2018/82

    3

    Proposta għas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 3 (Apparati Retroriflettivi)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/91/Rev.1

    4

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 4 (Tidwil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/92/Rev.1

    6

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 6 (Indikaturi tad-direzzjoni)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/93/Rev.1

    7

    Proposta għas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u tax-xifer aħħari)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/94/Rev.1

    9

    Proposta għas-serje 08 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 9 (Storbju ta' vetturi bi tliet roti)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/6

    10

    Proposta għal serje 06 ġdida ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 10 (Kompatibbiltà elettromanjetika)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/20

    19

    Proposta għas-serje 05 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 19 (Fanali taċ-ċpar ta' quddiem)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/95/Rev.1

    23

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 23 (Fanali tar-rivers)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/96/Rev.1

    27

    Proposta għas-serje 05 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 27 (Triangoli għat-twissija bil-quddiem)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/97/Rev.1

    38

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 38 (Fanali taċ-ċpar ta' wara)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/98/Rev.1

    41

    Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta' storbju tal-muturi)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/3

    48

    Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 06 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/99/Rev.2

    48

    Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 05 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/100/Rev.1

    48

    Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/101

    48

    Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/102

    50

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 50 (Fanali tal-indikaturi tal-pożizzjoni, tal-waqfien u tad-direzzjoni għall-mopeds u għall-muturi)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/103/Rev.1

    51

    Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 51 (Storbju tal-vetturi tal-kategorija M u N)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/4/Rev.1

    53

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/86/Rev.1

    53

    Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/87/Rev.2

    53

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/104/Rev.1

    53

    Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/105

    53

    Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/17

    53

    Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u ta' apparati għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/18

    55

    Proposta għar-Rettifika 1 tar-Reviżjoni 2 tar-Regolament tan-NU Nru 55 (Akkoppjamenti mekkaniċi)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/21

    58

    Proposta għar-Rettifika 1 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament tan-NU Nru 58 (Protezzjoni ta' wara kontra l-underrun)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/22

    62

    Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament tan-NU Nru 62 (Apparati kontra s-serq għall-mopeds/għall-muturi)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/8

    67

    Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 67 (Vetturi LPG)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/9

    67

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 67 (Vetturi LPG)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/10

    69

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 69 (Pjanċi riflettivi ta' wara għall-vetturi li jimxu bil-mod)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/106/Rev.1

    70

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 70 (Pjanċi riflettivi ta' wara għall-vetturi tqal u twal)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/107/Rev.1

    73

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 73 (Apparati għall-protezzjoni laterali)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/11

    74

    Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 74 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-mopeds)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/108/Rev.2

    77

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 77 (Fanali tal-parkeġġ)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/109/Rev.1

    86

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 86 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi agrikoli)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/110/Rev.1

    86

    Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 86 (Installazzjoni ta' apparati tat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi agrikoli)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/111

    87

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 87 (Fanali tas-sewqan binhar)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/112/Rev.1

    91

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 91 (Fanali li jimmarkaw il-ġnub)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/113/Rev.1

    92

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 92 (Sistemi ta' sostituzzjoni tas-sistemi tal-egżost għall-muturi)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/7

    98

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi tad-dawl b'disċarġ tal-gass)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/114/Rev.1

    104

    Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 104 (Immarkar retroriflettiv)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/115/Rev.1

    106

    Proposta għas-Suppliment 17 tas-serje oriġinali ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli u l-karrijiet tagħhom)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/5

    107

    Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 08 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/12

    107

    Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 4 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/23

    107

    Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 5 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/24

    107

    Proposta għar-Rettifika 3 tar-Reviżjoni 6 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/25

    107

    Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 7 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/26

    107

    Proposta għar-Rettifika 1 tar-Reviżjoni 8 tar-Regolament tan-NU Nru 107 (Vetturi M2 u M3)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/27

    110

    Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi CNG/LNG)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/13

    110

    Proposta għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 110 (Vetturi CNG u LNG)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/16

    112

    Proposta għas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament tan-NU Nru 112 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ baxx asimmetriku)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/116/Rev.1

    113

    Proposta għas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ baxx simmetriku)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/117/Rev.1

    116

    Proposta għas-Suppliment 6 tar-Regolament tan-NU Nru 116 (Sistemi kontra s-serq u sistemi ta' allarm)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/14

    119

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 119 (Fanali għall-kantunieri)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/118/Rev.1

    122

    Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament tan-NU Nru 122 (Sistemi tat-tisħin)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/15

    123

    Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 123 (Sistemi adattivi tad-dawl ta' quddiem (AFS))

    ECE/TRANS/WP.29/2018/119/Rev.1

    128

    Proposta għas-Suppliment 9 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 128 (Sorsi tad-dawl LED)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/19

    Regolament ġdid tan-NU

    Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Punti Moħbija għad-Detezzjoni tar-Roti

    ECE/TRANS/WP.29/2019/28

    Regolament ġdid tan-NU

    Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Apparati għas-Sinjalar bid-Dawl (LSD)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/157

    Regolament ġdid tan-NU

    Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Apparati għat-Tidwil tat-Toroq (RID)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/158/Rev.1

    Regolament ġdid tan-NU

    Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Apparati Retroriflettivi (RRD)

    ECE/TRANS/WP.29/2018/159/Rev.1


    Riżoluzzjoni Konsolidata Nru

    Titlu tal-punt fl-aġenda

    Referenza tad-dokument

    R.E.5

    Proposta għall-emenda 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar l-ispeċifikazzjoni komuni ta' kategoriji ta' sorsi tad-dawl (R.E.5)

    ECE/TRANS/WP.29/2019/29


    Ftehim Rivedut tal-1958

    Titlu tal-punt fl-aġenda

    Referenza tad-dokument

    L-Iskeda 4

    Proposta għal emenda għall-Iskeda 4 tal-Ftehim Rivedut tal-1958

    ECE/TRANS/WP.29/2018/165


    (1)  Id-dokumenti kollha msemmija fit-tabella huma disponibbli hawn: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/gen2018.html


    Top