EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0276

Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittivitá tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/276/oj

22.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/3


DEĊIŻJONI (UE) 2019/276 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Diċembru 2018

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittivitá tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Istrument ta' Flessibilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

(2)

Il-limitu massimu tal-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibilità jlaħħaq il-EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2), miżjud, fejn applikabbli b'ammonti li skadew li saru disponibbli f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta dak l-Artikolu.

(3)

Sabiex jissaħħu programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE u jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u theddid għas-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali sinifikanti għall-finanzjament ta' tali programmi u miżuri bħala kwistjoni ta' urġenza.

(4)

Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt il-limiti massimi ta' nefqa tas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) u l-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 lil hinn mil-limiti massimi tas-subintestatura 1a bl-ammont ta' EUR 178 715 475, għat-tisħiħ ta' programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE u tal-intestatura 3 bl-ammont ta' EUR 985 629 138 għall-finanzjament ta' miżuri fil-qasam talmigrazzjoni, ir-refuġjati u s-sigurtà.

(5)

Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità jenħtieġ li jiġu mqassma matul diversi snin finanzjarji.

(6)

Sabiex ikun permess l-użu malajr tal-fondi, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2019.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jiġi mobilizzabiex jipprovdi l-ammontta' EUR 178 715 475 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fis-subintestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) u ta' EUR 985 629 138 f'approprjazzjonijiet ta' impenji fl-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).

L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintuża għat-tisħiħ ta' programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE u għall-finanzjament ta' miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi kontinwi tal-migrazzjoni, id-dħul ta' refuġjati u t-theddid għas-sigurtà.

(2)   Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għandhom ikunu stmati kif ġej:

(a)

EUR 548 740 834 fl-2019;

(b)

EUR 257 223 207 fl-2020;

(c)

EUR 135 194 558 fl-2021;

(d)

EUR 140 942 662 fl-2022;

(e)

EUR 82 243 352 fl-2023.

L-ammonti speċifiċi ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta' Diċembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


Top