Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0143

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/143 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

    ST/10882/2018/INIT

    ĠU L 27, 31.1.2019, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/143/oj

    Related international agreement

    31.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 27/2


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/143

    tat-28 ta' Jannar 2019

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' Marzu 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati dwar soluzzjoni bi qbil reċiproku maċ-Ċina b'rabta mill-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO DS492: L-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam.

    (2)

    Dawk in-negozjati ġew konklużi u fit-18 ta' Ġunju 2018 ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina (“il-Ftehim”).

    (3)

    Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-30 ta' Novembru 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1252 (2).

    (4)

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-Ftehim. (3)

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. DAEA


    (1)  Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu fis-16 ta' Jannar 2019 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1252 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (ĠU L 237, 20.9.2018, p. 2).

    (3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top