EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019B0571
Decision (EU) 2019/571 of the Single Resolution Board of 28 March 2019 on discharge in respect of the implementation of the budget and on the closure of the accounts of the Single Resolution Board for the financial year 2017 (SRB/PS/2019/02)
Deċiżjoni (UE) 2019/571 tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni tat-28 ta' Marzu 2019 dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2017 (SRB/PS/2019/02)
Deċiżjoni (UE) 2019/571 tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni tat-28 ta' Marzu 2019 dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2017 (SRB/PS/2019/02)
ĠU L 99, 10.4.2019, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/46 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/571 TAL-BORD UNIKU TA' RIŻOLUZZJONI
tat-28 ta' Marzu 2019
dwar ir-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2017 (SRB/PS/2019/02)
IL-BORD UNIKU TA' RIŻOLUZZJONI FIS-SESSJONI PLENARJA TIEGĦU,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 50(1)(b) u 63(8) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1) (“ir-Regolament SRM”), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103, 104 u 105 tar-Regolament Finanzjarju SRB, |
— |
wara li kkunsidra l-Kontijiet Annwali finali tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017 kif approvati fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Attività tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017 kif adottat fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta' Ġunju 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri li jinkludi d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti u l-ġestjoni finanzjarja soda għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri 2017, Nru 23 “Single Resolution Board: Work on a challenging Banking Union task started, but still a long way to go” (Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni: Bdiet il-Ħidma fuq kompitu ta' sfida tal-Unjoni Bankarja, imma għad fadal xi jsir), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Awdituri skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar kwalunkwe obbligu kontinġenti (kemm jekk għall-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, għall-Kunsill, għall-Kummissjoni jew oħrajn) li jinħoloq bħala riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-SRB, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
IDDEĊIEDA LI:
1.
Jagħti lill-President tal-SRB r-rilaxx fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017;
2.
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-SRB għas-sena finanzjarja 2017;
3.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fil-mozzjoni t'hawn taħt;
4.
Jagħti struzzjonijiet lill-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni biex jinnotifika din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L), u fuq is-sit web tal-SRB.
Magħmula f'Madrid, it-28 ta' Marzu 2019.
Għall-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Klaus KUMPFMÜLLER
Membru tal-Plenarja