This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1980
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1980 of 13 December 2018 amending Implementing Regulation (EU) 2017/2325 as regards the terms of authorisation of preparations of lecithins liquid, lecithins hydrolysed and lecithins de-oiled as feed additives for all animal species (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1980 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1980 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/8428
ĠU L 317, 14.12.2018, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1980
tat-13 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
L-użi tal-preparazzjonijiet tal-leċitini likwidi, tal-leċitini idrolizzati u tal-leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf kienu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2325 (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikant ippropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet billi ppreżenta applikazzjoni biex l-ispeċifikazzjonijiet għal-leċitini bħala addittivi fl-għalf jiġu allinjati mal-ispeċifikazzjonijiet għal-leċitini bħala addittivi fl-ikel u biex l-awtorizzazzjoni għall-użu taż-żerriegħa tal-lift bħala sors addizzjonali ta' leċitini idrolizzati u ta' leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt. Mal-applikazzjoni intbagħtet ukoll id-data ta' sostenn rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). |
(4) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Ġunju 2018 (3) li l-leċitini kollha b'oriġini botanika differenti u l-forom tagħhom użati bħala addittivi fl-għalf, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-użu tal-leċitini bħala addittiv tal-ikel u li l-użu taż-żerriegħa tal-lift bħala sors addizzjonali tal-leċitini ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u li huma effikaċi bħala emulsjonant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-modifiki proposti lill-awtorizzazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. |
(6) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2325 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2325 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Miżuri Tranżizzjonali
1. L-addittivi 1c322i, 1c322ii u 1c322iii u t-taħlitiet li jkun fihom dawk l-addittivi li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta' Lulju 2019 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness I u li jiġuprodotti u ttikkettati qabel it-2 ta' Jannar 2020 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittivi kif speċifikat fl-Anness I u li jiġuprodotti u ttikkettati qabel it-2 ta' Jannar 2021 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta' Jannar 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2325 tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' leċitini likwidi, leċitini idrolizzati u leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1007 (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 17).
(3) EFSA Journal 2018; 16(6):5334
ANNESS
“ANNESS I
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg ta' leċitini/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: emulsjonanti |
|||||||||||||||||||||
1c322i |
— |
Leċitini |
Kompożizzjoni tal-addittivi Preparazzjonijiet ta':
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Leċitini, leċitini idrolizzati, leċitini li jkun tneħħielhom iż-żejt u leċitini idrolizzati li jkun tneħħielhom iż-żejt derivati mill-fażola tas-sojja, miż-żerriegħa tal-ġirasol jew miż-żerriegħa tal-lift: Nru CAS: 8002-43-5; Assaġġ:
Telf mat-tnixxif: mhux aktar minn 2 % (105 °C, 1 h) Materja li ma tinħallx fit-toluwen: mhux aktar minn 0,3 % Valur aċiduż:
Valur tal-perossidu: 10 jew inqas Metodu analitiku (1) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) u t-testijiet korrispondenti fil-monografu tal-FAO JECFA “Lecithin” (3) (4) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
Fuq it-tikketta tal-addittiv fl-għalf u tal-pretaħlitiet għandha tiġi indikata l-għamla użata/l-għamliet użati |
fis-6 ta' Lulju 2027. |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(3) FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, ‘Lecithin’, Monograph No. 4 (2007), http://www.fao.org/fileadmin/user_upload/jecfa_additives/docs/monograph4/additive-250-m4.pdf
(4) FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications - Analytical methods, test procedures and laboratory solutions used by and referenced in the food additive specifications, Vol. 4, http://www.fao.org/docrep/009/a0691e/a0691e00.htm