This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1979
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1979 of 13 December 2018 setting the weighted average of maximum mobile termination rates across the Union and repealing Implementing Regulation (EU) 2017/2311 (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1979 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1979 tat-13 ta' Diċembru 2018 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/8526
ĠU L 317, 14.12.2018, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Revokat u sostitwit bi 32019R2116
14.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1979
tat-13 ta' Diċembru 2018
li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6e(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 531/2012, mill-15 ta' Ġunju 2017, jenħtieġ li l-fornituri domestiċi ma jimponu l-ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku fuq il-klijenti tar-roaming, fi kwalunkwe Stat Membru għal kwalunkwe telefonata regolata tar-roaming irċevuta, fil-limiti permessi mill-politika tal-użu ġust. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jillimita kull ħlas supplimentari applikat għal telefonati regolati tar-roaming irċevuti għall-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311 (2) jistabbilixxi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni li trid tiġi applikata fl-2018 abbażi taċ-ċifri tad-data kif kienu fl-1 ta' Lulju 2017. |
(4) |
Il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika pprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni li ġabru l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-livell massimu tar-rati għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile li imponew, skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), f'kull suq nazzjonali għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq netwerks individwali tat-telefonija mobbli; u dwar l-għadd totali ta' abbonati fl-Istati Membri. |
(5) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni kkalkulat il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni billi mmultiplikat ir-rata massima għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile li ppermetta Stat Membru partikolari bl-għadd totali ta' abbonati f'dak l-Istat Membru; ir-riżultati ta' dawn il-multiplikazzjonijiet ta' Stati Membri differenti għoddiethom flimkien u mbagħad iddividiethom bl-għadd totali ta' abbonati fl-Istati Membri kollha, abbażi taċ-ċifri tad-data tal-1 ta' Lulju 2018. Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, ir-rata tal-kambju rilevanti hi l-medja fit-tieni kwart tal-2018 miksuba mill-bażi tad-data tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
(6) |
Għalhekk jeħtieġ tiġi aġġornata ċ-ċifra tal-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2311. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311. |
(8) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni trid tirrevedi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni kull sena. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni hi stabbilita għal EUR 0,0085 kull minuta.
Artikolu 2
Jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2311 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2292 (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 39).
(3) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(4) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Id-Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).