This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1974
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1974 of 14 December 2018 amending Regulation (EU) No 1178/2011 laying down technical requirements and administrative procedures related to civil aviation aircrew pursuant to Regulation (EU) 2018/1139 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974 tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974 tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/8514
ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1974
tal-14 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni tal-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir, għaċ-ċertifikazzjoni tal-piloti involuti fit-tħaddim ta' ċerti inġenji tal-ajru u għaċ-ċertifikazzjoni tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fit-testijiet u fil-kontrolli tal-piloti. |
(2) |
Għal dawn l-aħħar għaxar snin, l-instabbiltà jew it-telf tal-kontroll tal-ajruplani ġew identifikati bħala fost il-fatturi ta' riskju ewlenin li jistgħu jwasslu għal aċċidenti fatali f'operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-prevenzjoni tagħhom saret prijorità strateġika kemm fl-Ewropa (3) kif ukoll f'livell globali. Dan kien jinkludi rekwiżiti ġodda ta' taħriġ biex il-piloti jiġu ppreparati aħjar għal sitwazzjonijiet avversi ta' instabbiltà jew ta' telf tal-kontroll ta' inġenji tal-ajru. |
(3) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445 (4), ir-rekwiżiti eżistenti ta' taħriġ għall-piloti kummerċjali ġew aġġornati biex jinkludi taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-inġenju tal-ajru (UPRT) bħala kostitwent obbligatorju tal-għarfien teoretiku tal-piloti. Hemm bżonn ta' elementi ta' taħriġ u ta' objettivi ta' taħriġ aktar dettaljati biex jittejbu l-kompetenzi tal-piloti kemm fil-prevenzjoni ta' instabbiltà kif ukoll fl-irkuprar tal-pożizzjonament tal-ajruplan li jistgħu jwasslu għal telf ta' kontroll u, eventwalment, għal inċidenti fatali. |
(4) |
Il-UPRT għandu jiġi integrat f'diversi stadji tal-karriera ta' pilota professjonali u għandu jkun rifless fil-privileġġi ddikjarati fil-liċenzja tal-pilota individwali. Għandha tiġi żgurata kompetenza żviluppata u miżmuma sew tal-piloti professjonali fil-prevenzjoni ta' instabbiltà u fl-irkuprar tal-pożizzjonament tal-ajruplan. Il-UPRT għandu jsir parti obbligatorja mill-kors ta' taħriġ għal-liċenzja għal ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed (MPL) u mill-kors ta' taħriġ integrat għall-piloti tat-trasport tal-linji tal-ajru għall-ajruplani (ATP(A)) u minn kors ta' taħriġ għal-liċenzja ta' pilota kummerċjali għall-ajruplani (CPL(A)), kif ukoll għall-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplani b'pilota wieħed li jitħaddmu f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed, ajruplani kumplessi mhux ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed, ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed u klassifikazzjonijiet ta' ajruplani b'aktar minn pilota wieħed. Sabiex il-piloti jkunu jistgħu jiżviluppaw kompetenzi avvanzati fil-prevenzjoni ta' instabbiltà u fl-irkuprar tal-pożizzjonament, il-kors rilevanti ta' taħriġ għandu jinkludi eżerċizzji relatati fl-ajru, fl-ajruplan. |
(5) |
Wara l-introduzzjoni tal-kors il-ġdid dwar l-iżvilupp ta' kompetenzi avvanzati tal-piloti b'rabta mal-prevenzjoni ta' instabbiltà u l-irkuprar tal-pożizzjonament, ir-rekwiżiti għal ċertifikati ta' għalliem għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi żgurat li persuni li jgħallmu waqt dan il-kors ikunu kwalifikati b'mod xieraq. |
(6) |
Dan ir-Regolament jirrifletti d-dispożizzjonijiet li ġew adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fl-2014 rigward il-UPRT għal liċenzji għal ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed u klassifikazzjonijiet ta' ajruplani b'aktar minn pilota wieħed permezz tal-emenda għall-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago dwar il-Liċenzji tal-Persunal. |
(7) |
Huwa fl-interess tas-sikurezza tal-avjazzjoni li l-elementi ġodda tal-UPRT jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet tranżitorji, sabiex il-korsijiet ta' taħriġ li jkunu bdew qabel isiru effettivi dawn l-emendi relatati mal-UPRT ikunu jistgħu jitlestew mingħajr aktar adattament. F'dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat li l-piloti li jtiru għal operaturi tat-trasport kummerċjali bl-ajru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5) jeħtieġ li jgħaddu minn taħriġ għal operatur regolari li llum diġà jinkludi elementi ta' UPRT. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet ta' taħriġ tal-piloti għandhom jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni biex jadattaw il-programmi ta' taħriġ tagħhom b'mod li jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda tal-UPRT. Fi tmiem dak il-perijodu ta' tranżizzjoni, il-korsijiet ta' taħriġ rilevanti kollha għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti l-ġodda tal-UPRT. |
(8) |
Bħalissa għadhom għaddejjin negozjati bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, inkluż rigward il-konverżjoni tal-liċenzji tal-piloti u taċ-ċertifikati mediċi assoċjati. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jkomplu jirrikonoxxu liċenzji u ċertifikati mediċi minn pajjiżi terzi għal perjodu interim fid-dawl ta' dawk in-negozjati, jeħtieġ li jittawwal il-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fit-territorju tagħhom għall-piloti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkun involut fl-operazzjoni mhux kummerċjali ta' ċerti inġenji tal-ajru. |
(9) |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bagħtet abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Opinjoni tagħha Nru 06/2017. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Wara l-Artikolu 4a għandu jiddaħħal l-Artikolu 4b li ġej: “Artikolu 4b Taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament 1. It-taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament għandu jsir parti obbligatorja minn kors ta' taħriġ għal-liċenzja għal ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed (MPL), kors ta' taħriġ integrat għall-piloti tat-trasport tal-linji tal-ajru għall-ajruplani (ATP(A)), kors ta' taħriġ għal-liċenzja ta' pilota kummerċjali għall-ajruplani (CPL(A)) u korsijiet ta' taħriġ għal klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal:
skont l-Anness I (il-Parti-FCL). 2. Għall-korsijiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 li jibdew qabel l-20 ta' Diċembru 2019 f'organizzazzjoni tat-taħriġ approvata (ATO), it-taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament m'għandux ikun obbligatorju sakemm:
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tista', fuq l-evalwazzjoni tagħha stess u skont rakkomandazzjoni minn ATO, tagħti kreditu għal kull taħriġ għall-prevenzjoni ta' instabbiltà u għall-irkuprar tal-pożizzjonament li jkun tlesta qabel l-20 ta' Diċembru 2019 u li jkun sar skont ir-rekwiżiti nazzjonali tat-taħriġ.” |
(2) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. B'deroga mill-paragrafu 1, sal-20 ta' Ġunju 2020 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-piloti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz li jkun involut fl-operat mhux kummerċjali ta' inġenji tal-ajru kif speċifikat fl-Artikolu 2(1)(b), il-punti (i) jew (ii), tar-Regolament (UE) 2018/1139. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawk id-deċiżjonijiet.”; |
(3) |
Il-paragrafu 8 tal-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “8. B'deroga mill-paragrafu 1, il-punt FCL.315.A, it-tieni sentenza tal-paragrafu (a) tal-punt FCL.410.A u l-paragrafu (c) tal-punt FCL.725.A tal-Anness I (il-Parti-FCL) għandhom japplikaw mill-20 ta' Diċembru 2019.” |
(4) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu:
(a) |
L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-20 ta' Diċembru 2019. |
(b) |
L-Artikolu 1(4) għandu japplika mill-20 ta' Diċembru 2019. |
(c) |
Minkejja l-punt (b) ta' hawn fuq, il-punti (2), (4), (5) u (12) tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-31 ta' Jannar 2022. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal- Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni 2018-2022, pt. 5.3.1, p. 33.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445 tas-17 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 74, 18.3.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 (il-Parti-FCL) huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt FCL.010 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-punt FCL.310 huwa sostitwit b'dan li ġej: “FCL.310 CPL — Eżamijiet tal-għarfien teoretiku L-applikanti għall-ħruġ ta' CPL għandhom juru livell ta' għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:
|
(3) |
Il-punt FCL.410.A huwa sostitwit b'dan li ġej: “FCL.410.A MPL – Kors ta' taħriġ u eżamijiet tal-għarfien teoretiku (a) Rotta L-applikanti għall-ħruġ ta' MPL għandhom ikunu lestew kors ta' taħriġ tal-għarfien teoretiku u tat-tagħlim fit-titjir f'ATO skont l-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL). (b) Eżaminazzjoni L-applikanti għall-ħruġ ta' MPL għandhom juru livell ta' għarfien teoretiku adattat għad-detenturi ta' ATPL(A), skont FCL.515, u għall-klassifikazzjoni tat-tip b'aktar minn pilota wieħed.”; |
(4) |
Il-punt FCL.515 huwa sostitwit b'dan li ġej: “FCL.515 ATPL – Kors ta' taħriġ u eżamijiet tal-għarfien teoretiku (a) Rotta L-applikanti għal ATPL għandhom ikunu lestew kors ta' taħriġ f'ATO. Il-kors għandu jkun kors ta' taħriġ integrat jew kors modulari, skont l-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL). (b) Eżaminazzjoni L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL għandhom juru livell ta' għarfien adattat għall-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:
|
(5) |
Il-punt FCL.615 huwa sostitwit b'dan li ġej: “FCL.615 IR — Għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir (a) Rotta L-applikanti għal IR għandhom ikunu lestew kors ta' għarfien teoretiku u ta' tagħlim fit-titjir f'ATO. Il-kors għandu jkun:
(b) Eżaminazzjoni L-applikanti għandhom juru livell ta' għarfien teoretiku xieraq skont il-privileġġi mogħtija fis-suġġetti li ġejjin:
|
(6) |
Il-paragrafu (d) tal-punt FCL.725 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(7) |
Il-punt FCL.720.A huwa sostitwit b'dan li ġej: “FCL.720.A Rekwiżiti tal-esperjenza u prerekwiżiti għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip — ajruplani Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD), l-applikanti għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-esperjenza u l-prerekwiżiti għall-ħruġ tal-klassifikazzjoni rilevanti li ġejjin: (a) Ajruplani b'pilota wieħed L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip fuq ajruplan b'pilota wieħed li jkunu qed ifittxu li jiksbu l-privileġġ li jħaddmu l-ajruplan f'operazzjonjiet b'aktar minn pilota wieħed għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti (b)(4) u (b)(5). Barra minn hekk, għal: (1) Ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed. L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip fuq ajruplan b'pilota wieħed u b'aktar minn magna waħda għandhom ikunu għamlu mill-inqas 70 siegħa bħala PIC fuq l-ajruplani. (2) Ajruplani mhux kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed. Qabel jibdew it-taħriġ fit-titjir, l-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip għal ajruplan b'pilota wieħed klassifikat bħala ajruplan ta' prestazzjoni għolja:
(3) Ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed. L-applikanti għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan kumpless b'pilota wieħed klassifikat bħala ajruplan ta' prestazzjoni għolja, minbarra li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (2), irid ikollhom jew irid ikun kellhom IR(A) għal ajruplani b'magna waħda jew b'aktar minn magna waħda, skont kif xieraq u kif stabbilit fis-Subparti G, u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (b)(5). (b) Ajruplani b'aktar minn pilota wieħed. L-applikanti għall-ħruġ tal-ewwel kors ta' klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b'aktar minn pilota wieħed għandhom ikunu piloti studenti li attwalment ikunu qed iwettqu taħriġ f'kors ta' taħriġ tal-MPL, jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(c) Minkejja l-punt (b), Stat Membru jista' joħroġ klassifikazzjoni tat-tip bi privileġġi limitati għal ajruplan b'aktar minn pilota wieħed li tippermetti li d-detenturi ta' klassifikazzjoni bħal din jaġixxu bħala kopiloti għal cruise relief 'il fuq mil-Livell tat-Titjira FL 200, sakemm żewġ membri oħra tal-ekwipaġġ ikollhom klassifikazzjoni tat-tip skont il-punt (b). (d) Meta jiġi stabbilit hekk fl-OSD, l-eżerċitar tal-privileġġi ta' klassifikazzjoni tat-tip jista' inizjalment ikun limitat għal titjiriet taħt is-sorveljanza ta' għalliem. Is-sigħat ta' titjir taħt sorveljanza għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord jew f'rekord ekwivalenti tal-pilota, u dan għandu jiġi ffirmat mill-għalliem. Il-limitazzjoni għandha titneħħa meta l-piloti juru li jkunu għamlu s-sigħat ta' titjir taħt sorveljanza meħtieġa mill-OSD.”; |
(8) |
Il-punt FCL.725.A huwa sostitwit b'dan li ġej: “FCL.725.A Għarfien teoretiku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-klassi u tat-tip — ajruplani Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012:
|
(9) |
Jiddaħħal punt FCL.745.A ġdid, kif ġej: “FCL.745.A Kors ta' livell avvanzat fil-UPRT — ajruplani
|
(10) |
Il-punt (b)(1) tal-punt FCL.900 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Tali ċertifikat għandu jkun limitat għat-titjiriet ta' taħriġ meħtieġa għall-introduzzjoni tat-tip ġdid ta' inġenju tal-ajru jew tal-kors ta' taħriġ il-ġdid, u l-validità tiegħu m'għandhiex, fi kwalunkwe każ, tkun ta' aktar minn sena.”; |
(11) |
Il-punt FCL.915 huwa emendat kif ġej: “FCL.915 Rekwiżiti u prerekwiżiti ġenerali għall-għalliema (a) Elementi ġenerali L-applikanti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' għalliem għandu jkollhom mill-inqas 18-il sena. (b) Rekwiżiti addizzjonali għall-għalliema li jipprovdu tagħlim fit-titjir fl-inġenji tal-ajru L-applikanti għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' għalliem, jew id-detenturi tagħhom bil-privileġġi li jipprovdu tagħlim fit-titjir f'inġenju tal-ajru:
(c) Kreditu biex jinkisbu aktar klassifikazzjonijiet u għal validazzjoni mill-ġdid
(d) Il-kreditu għal estensjoni għal tipi oħra għandu jqis l-elementi rilevanti kif definiti fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD). (e) Rekwiżiti addizzjonali għat-tagħlim waqt kors ta' taħriġ skont FCL.745.A:
|
(12) |
L-Appendiċi 1 hija sostitwita b'dan li ġej: “Appendiċi 1 Ikkreditar tal-għarfien teoretiku IKKREDITAR TAL-GĦARFIEN TEORETIKU FL-ISTESS KATEGORIJA JEW F'KATEGORIJA OĦRA TA' INĠENJU TAL-AJRU — TAGĦLIM TA' INTEGRAZZJONI U R-REKWIŻITI TAL-EŻAMI 1. LAPL, PPL, BPL u SPL 1.1. Għall-ħruġ ta' LAPL, id-detenturi ta' LAPL f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu ikkreditati bis-sħiħ bl-għarfien teoretiku dwar is-suġġetti komuni stabbiliti f'FCL.120(a). 1.2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1.1., għall-ħruġ ta' LAPL, PPL, BPL jew SPL, id-detenturi ta' liċenzja f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandhom jingħataw tagħlim fl-għarfien teoretiku u għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku fil-livell adattat fis-suġġetti li ġejjin:
1.3. Għall-ħruġ ta' PPL, BPL jew SPL, id-detenturi ta' LAPL fl-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru għandhom jiġu ikkreditati bis-sħiħ bl-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tagħlim u l-eżami tal-għarfien teoretiku. 1.4. Minkejja l-punt 1.2, għall-ħruġ ta' LAPL(A), id-detenturi ta' LAPL(S) b'estensjoni għal TMG għandu jkollhom livell xieraq ta' għarfien teoretiku għall-klassi SEP(tal-art) skont FCL.135.A(a)(2). 2. CPL 2.1. L-applikanti għall-ħruġ ta' CPL li jkollhom CPL f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu ngħataw tagħlim ta' integrazzjoni fl-għarfien teoretiku waqt kors approvat f'ATO skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi tas-CPL għal kategoriji differenti ta' inġenji tal-ajru. 2.2. L-applikanti għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku kif definit f'dan l-Anness (il-Parti-FCL) għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija xierqa ta' inġenju tal-ajru:
2.3. L-applikanti għall-ħruġ ta' CPL li jkunu għaddew mill-eżamijiet rilevanti tal-għarfien teoretiku għal IR fl-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru jiġu ikkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fil-prestazzjoni umana u l-meteoroloġija, sakemm ma jkunux lestew il-kors ta' taħriġ għal IR skont l-Appendiċi 6, it-Taqsima A, ta' dan l-Anness (il-Parti-FCL). 2.4. L-applikanti għal CPL li jkunu għaddew mill-eżamijiet rilevanti tal-għarfien teoretiku għal IR jew EIR fl-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet. 3. ATPL 3.1. L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL li jkollhom ATPL f'kategorija oħra ta' inġenju tal-ajru għandhom ikunu ngħataw tagħlim ta' integrazzjoni fl-għarfien teoretiku waqt kors approvat f'ATO skont id-differenzi identifikati bejn is-sillabi tal-ATPL għal kategoriji differenti ta' inġenji tal-ajru. 3.2. L-applikanti għandhom jgħaddu mill-eżamijiet tal-għarfien teoretiku kif definit f'dan l-Anness (il-Parti-FCL) għas-suġġetti li ġejjin fil-kategorija xierqa ta' inġenju tal-ajru:
3.3. L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(A) li jkunu għaddew mill-eżami teoretiku rilevanti għal CPL(A) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet. 3.4. L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(H) li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġetti li ġejjin:
3.5. L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(A) li jkunu għaddew mill-eżami teoretiku rilevanti għal IR(A) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġett tal-komunikazzjonijiet. 3.6. L-applikanti għall-ħruġ ta' ATPL(H) b'IR(H) li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL(H) jiġu kkreditati fir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġetti li ġejjin:
4. IR 4.1. L-applikanti għall-ħruġ ta' IR jew EIR li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal CPL fl-istess kategorija ta' inġenju tal-ajru jiġu kkreditatifir-rigward tar-rekwiżiti tal-għarfien teoretiku fis-suġġetti li ġejjin:
4.2. Applikanti għall-ħruġ ta' IR(H) li jkunu għaddew mill-eżamijiet teoretiċi rilevanti għal ATPL(H) VFR huma meħtieġa jgħaddu minn eżami fis-suġġetti li ġejjin:
|
(13) |
It-Taqsima A tal-Appendiċi 3 hija emendata kif ġej:
|
(14) |
L-Appendiċi 5 hija emendata kif ġej:
|
(15) |
L-Appendiċi 9 hija sostitwita b'dan li ġej: “Appendiċi 9 Taħriġ, test tal-aptitudni u kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi MPL, ATPL, u kontroll tal-profiċjenza għal IRs A. Elementi ġenerali 1. L-applikanti għal test tal-aptitudni għandhom ikunu ngħataw tagħlim fuq l-istess klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru li għandu jintuża fit-test. It-taħriġ għal klassifikazzjonijiet tat-tip jew tal-klassi MPA u PL għandu jsir f'FFS, jew f'kombinament ta' FSTD(s) u FFS. It-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjonijiet tat-tip MPA u PL u għall-ħruġ ta' ATPL u MPL għandu jsir f'FFS, jekk ikun disponibbli. It-taħriġ, it-test tal-aptitudni jew il-kontroll tal-profiċjenza għall-klassifikazzjonijiet tal-klassi jew tat-tip għal SPA u ħelikopters għandhom jitwettqu:
Jekk jintużaw FSTDs waqt it-taħriġ, l-ittestjar jew il-kontrolli, l-adegwatezza tal-FSTDs użati għandha tiġi verifikata billi tiġi mqabbla mat-“Tabella tal-funzjonijiet u tat-testijiet suġġettivi” applikabbli u mat-“Tabella tat-testijiet ta' validazzjoni tal-FSTD” li tinsab fid-dokument ta' referenza primarja applikabbli għall-apparat użat. Għandhom jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet kollha indikati fuq iċ-ċertifikat ta' kwalifika tal-apparat. 2. Fil-każ li l-applikant ma jgħaddix mit-taqsimiet kollha tat-test f'żewġ tentattivi, dan ikollu jieħu taħriġ ulterjuri. 3. Ma hemm l-ebda limitu fuq in-numru ta' testijiet tal-aptitudni li jistgħu jsiru. KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA 4. Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor fid-data tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont l-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 (OSD), is-sillabu tat-tagħlim fit-titjir, it-test tal-aptitudni u l-kontroll tal-profiċjenza għandhom ikunu konformi ma' din l-Appendiċi. Is-sillabu, it-test tal-aptitudni u l-kontroll tal-profiċjenza jistgħu jitnaqqsu biex jingħata kkreditar għal esperjenza preċedenti fuq tipi simili ta' inġenji tal-ajru, kif determinat fl-OSD. 5. Għajr fil-każ ta' testijiet tal-aptitudni għall-ħruġ ta' ATPL, meta jkun definit b'dan il-mod fl-OSD għall-inġenju tal-ajru speċifiku, jista' jingħata kreditu għal punti tat-test tal-aptitudni li huma komuni għal tipi oħrajn jew għal varjanti oħrajn meta l-pilota jkun kwalifikat. TWETTIQ TAT-TEST/TAL-KONTROLL 6. L-eżaminatur jista' jagħżel bejn xenarji differenti ta' testijiet tal-aptitudni jew ta' kontrolli tal-profiċjenza li jinkludu operazzjonijiet rilevanti simulati. Għandhom jintużaw simulaturi ta' titjira sħiħa u apparat ieħor tat-taħriġ, kif stabbilit f'dan l-Anness (il-Parti-FCL). 7. Matul il-kontroll tal-profiċjenza, l-eżaminatur għandu jivverifika li d-detenturi tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip iżommu livell adgewat ta' għarfien teoretiku. 8. Jekk l-applikanti jagħżlu li jtemmu test tal-aptitudni għal raġunijiet meqjusin bħala mhux xierqa mill-eżaminatur, l-applikanti għandhom jerġgħu jagħmlu t-test tal-aptitudni kollu. Jekk it-test jiġi terminat għal raġunijiet meqjusin xierqa mill-eżaminatur, dawk it-taqsimiet li ma jkunux ġew terminati biss għandhom jiġu ttestjati f'titjira oħra. 9. Għad-diskrezzjoni tal-eżaminatur, kull manuvra jew proċedura tat-test tista' tiġi ripetuta darba mill-applikanti. L-eżaminatur jista' jwaqqaf it-test fi kwalunkwe stadju jekk iqis li l-ħiliet tat-titjir tal-applikant jeħtieġu li jsir test sħiħ mill-ġdid. 10. L-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jtajru l-inġenju tal-ajru minn pożizzjoni fejn jistgħu jitwettqu l-funzjonijiet tal-PIC jew tal-kopilota, kif rilevanti. Taħt kundizzjonijiet ta' pilota wieħed, it-test għandu jitwettaq bħallikieku ma kien hemm l-ebda membru ieħor tal-ekwipaġġ preżenti. 11. Matul it-tħejjija ta' qabel it-titjira għat-test, l-applikanti huma meħtieġa jistabbilixxu l-parametri tal-potenza u l-veloċitajiet. L-applikanti għandhom jindikaw lill-eżaminatur il-kontrolli u l-kompiti mwettqa, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet tar-radju. Il-kontrolli għandhom jiġu kkompletati skont il-lista ta' kontroll awtorizzata għall-inġenju tal-ajru li fih ikun qed isir it-test u, jekk applikabbli, skont il-kunċett tal-MCC. Id-data tal-prestazzjoni għall-qtugħ mill-art, l-avviċinament u l-illandjar għandha tiġi kkalkulata mill-applikanti skont il-manwal tal-operazzjonijiet jew skont il-manwal tat-titjira għall-inġenju tal-ajru użat. L-għoli/altitudnijiet deċiżjonali, l-għoli/altitudnijiet ta' nżul minimi u l-punt ta' avviċinamenti mingħajr suċċess għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-eżaminatur. 12. L-eżaminatur m'għandux jieħu sehem fit-tħaddim tal-ajruplan, għajr meta jkun meħtieġ intervent fl-interess tas-sigurtà jew sabiex jiġi evitat dewmien mhux aċċettabbli għal traffiku ieħor. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TEST TAL-APTITUDNI/GĦALL-KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA GĦAL KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU B'AKTAR MINN PILOTA WIEĦED, GĦAL KLASSIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA' INĠENJU TAL-AJRU B'PILOTA WIEĦED, META MĦADDMA F'OPERAZZJONIJIET B'AKTAR MINN PILOTA WIEĦED, GĦAL MPL U ATPL 13. It-test tal-aptitudni għal inġenju tal-ajru b'aktar minn pilota wieħed jew għal inġenju tal-ajru b'pilota wieħed meta mħaddem f'operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed għandu jsir f'ambjent b'ekwipaġġ b'aktar minn membru wieħed. Applikant ieħor jew pilota ikkwalifikat bi klassifikazzjoni tat-tip oħra jista' joqgħod bħala t-tieni pilota. Jekk jintuża inġenju tal-ajru, it-tieni pilota għandu jkun l-eżaminatur jew għalliem. 14. L-applikanti għandhom jaġixxu bħala PF matul it-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni, għajr għal proċeduri anormali u ta' emerġenza, li jistgħu jsiru bħala PF jew PM skont l-MCC. L-applikanti għall-ħruġ inizjali ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru b'aktar minn pilota wieħed jew ATPL għandhom juru wkoll il-kapaċità li jaġixxu bħala PM. L-applikanti jistgħu jagħżlu jew il-post fuq in-naħa tal-lemin jew dak fuq in-naħa tax-xellug għat-test tal-aptitudni jekk il-punti kollha jkunu jistgħu jitwettqu mill-post magħżul. 15. Il-kwistjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu kkontrollati speċifikament mill-eżaminatur għall-applikanti għall-ATPL jew għal klassifikazzjoni tat-tip għal inġenju tal-ajru b'aktar minn pilota wieħed jew għal operazzjonijiet b'aktar minn pilota wieħed f'ajruplan b'pilota wieħed li jestendu għad-dmirijiet ta' PIC, irrispettivament minn jekk l-applikanti jaġixxux bħala PF jew PM:
16. It-test jew il-kontroll għandu jsir taħt IFR, jekk il-klassifikazzjoni tal-IR tkun inkluża, u kemm jista' jkun għandu jitwettaq f'ambjent tat-trasport tal-ajru kummerċjali simulat. Element essenzjali li għandu jiġi kkontrollat huwa l-kapaċità li wieħed jippjana u jwettaq it-titjira minn materjal ta' briefing ta' rutina. 17. Meta l-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip ikun inkluda inqas minn sagħtejn ta' taħriġ fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru, it-test tal-aptitudni jista' jsir f'FFS u jista' jitlesta qabel it-taħriġ fit-titjir fuq l-inġenju tal-ajru. It-taħriġ fit-titjir approvat għandu jitwettaq minn għalliem kwalifikat taħt ir-responsabbiltà ta':
Ċertifikat ta' tlestija tal-kors tal-klassifikazzjoni tat-tip, inkluż it-taħriġ tat-titjir fuq l-inġenju tal-ajru, għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti qabel il-klassifikazzjoni tat-tip ġdida tiddaħħal fil-liċenzja tal-applikanti. 18. Għat-taħriġ għall-irkuprar tal-pożizzjonament tal-ajruplan waqt instabbiltà, “avveniment ta' waqfien” tfisser jew avviċinament għal waqfien, jew waqfien. L-ATO tista' tuża FFS biex tħarreġ fl-irkupru minn waqfien, jew biex jintwerew il-karatteristiċi speċifiċi għat-tip ta' waqfien, jew it-tnejn li huma, sakemm:
B. Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan MARKI MINIMI MEĦTIEĠA 1. Fil-każ ta' ajruplani b'pilota wieħed, bl-eċċezzjoni ta' ajruplani ta' prestazzjoni għolja ta' pilota wieħed, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. Jekk l-applikanti ma jiksbux il-marki minimi meħtieġa fi kwalunkwe punt fit-taqsima, dan ifisser li jeħlu mit-taqsima kollha. Jekk jeħlu biss minn taqsima waħda, għandhom jirrepetu dik it-taqsima biss. Applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn taqsima waħda jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. Jekk jeħlu minn kwalunkwe taqsima fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew kontroll mill-ġdid, inklużi dawk it-taqsimiet li jkunu għaddew minnhom fit-test preċedenti, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. Għal ajruplani b'aktar minn magna waħda u b'pilota wieħed, l-applikant għandu jgħaddi mit-Taqsima 6 tat-test jew tal-kontroll rilevanti, li tindirizza t-titjir asimmetriku. 2. Fil-każ ta' ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'aktar minn pilota wieħed u dawk b'pilota wieħed, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. Applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. Applikanti li ma jgħaddux minn 5 punti jew inqas għandhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk jeħlu minn kwalunkwe punt fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew kontroll mill-ġdid, inklużi dawk il-punti li jkunu għaddew minnhom fit-test preċedenti, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. It-Taqsima 6 mhijiex parti mit-test tal-aptitudni tal-ATPL jew MPL. Jekk l-applikanti ma jgħaddux mit-Taqsima 6 biss, jew ma jagħmluhiex, il-klassifikazzjoni tat-tip tinħareġ mingħajr privileġġi ta' CAT II jew CAT III. Biex il-privileġġi tal-klassifikazzjoni tat-tip jiġu estiżi għal CAT II jew CAT III, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsima 6 fuq it-tip ta' inġenju tal-ajru xieraq. TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA 3. L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:
4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-prestazzjoni tal-ajruplan użat:
KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA 5. Ajruplani b'pilota wieħed, għajr għal ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja
6. Ajruplani b'aktar minn pilota wieħed u ajruplani kumplessi ta' prestazzjoni għolja b'pilota wieħed
7. Klassifikazzjoni tal-klassi — baħar It-Taqsima 6 għandha tiġi kompluta għall-validazzjoni mill-ġdid ta' ajruplani b'iktar minn magna waħda bi klassifikazzjoni tal-klassi tal-baħar, VFR biss, fejn l-esperjenza meħtieġa ta' 10 setturi tar-rotot fit-12-il xahar preċedenti ma tkunx tlestiet.
C. Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ħelikopters 1. Fil-każ ta' test tal-aptitudni jew ta' kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip u għall-ATPL, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 4 u 6 (skont il-każ) tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. L-applikanti li ma jgħaddux minn ħames punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk applikant ma jgħaddix minn punt wieħed meta jerġa' jagħmel it-test jew meta jsir kontroll mill-ġdid f'punti oħra li jkun diġà għadda minnhom, l-applikant ikollu jerġa' jagħmel it-test jew il-kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. 2. Fil-każ ta' kontroll tal-profiċjenza għal IR, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsima 5 tal-kontroll tal-profiċjenza. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn aktar minn 3 punti, ikollhom jerġgħu jagħmlu t-Taqsima 5 kollha. L-applikanti li ma jgħaddux minn 3 punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn punt wieħed meta jerġa' jsir il-kontroll mill-ġdid, jew jekk ma jgħaddux minn kwalunkwe punti oħra tat-Taqsima 5 li jkunu diġà għaddew minnhom, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA 3. L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:
4. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-prestazzjoni tal-ħelikopter użat.
KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA ĠENERALI 5. Is-simboli li ġejjin ifissru:
6. It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta' tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (---->). It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:
7. Il-punti li għandhom stilla (*) magħhom għandhom jittajru f'IMC proprja jew simulat, minn applikanti li jixtiequ jġeddu jew jerġgħu jivvalidaw IR(H), jew jestendu l-privileġġi ta' dik il-klassifikazzjoni għal tip ieħor biss. 8. Il-proċeduri ta' titjir bl-istrumenti (Taqsima 5) għandhom jitwettqu minn biss applikanti li jixtiequ jġeddu jew jerġgħu jivvalidaw IR(H) jew jestendu l-privileġġi ta' dik il-klassifikazzjoni għal tip ieħor. Għal dan l-għan jistgħu jintużaw FFS jew FTD 2/3. 9. Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tindika eżerċizzju obbligatorju. 10. Għandu jintuża FSTD għal taħriġ prattiku u ttestjar jekk l-FSTD jagħmel parti minn kors ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kors:
ĦELIKOPTERS B'AKTAR MINN pilota WIEĦED 11. L-applikanti għat-test tal-aptitudni għall-ħruġ ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' ħelikopter b'aktar minn pilota wieħed u ATPL(H) għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 4 biss u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6. 12. L-applikanti għall-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid tal-kontroll tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' ħelikopter b'aktar minn pilota wieħed għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 4 biss u, jekk applikabbli, mit-Taqsima 6.
D. Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift 1. Fil-każ ta' testijiet tal-aptitudni jew kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenji tal-ajru bil-powered-lift, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u 6 (jekk applikabbli) tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. L-applikanti li ma jgħaddux minn ħames punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn punt wieħed fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew meta jerġa' jsir il-kontroll mill-ġdid, jew jekk ma jgħaddux minn kwalunkwe punti oħra li jkunu diġà għaddew minnhom, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA 2. L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:
3. Dawn il-limiti għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti biex jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ta' turbulenza u l-kwalitajiet ta' mmaniġġjar u prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru bil-powered-lift użat.
KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA 4. Is-simboli li ġejjin ifissru:
5. It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta' tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (---->). 6. It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:
7. Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tindika eżerċizzju obbligatorju. 8. FSTDs għandhom jintużaw għal taħriġ u għal ittestjar prattiku jekk jagħmlu parti minn kors approvat ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-kors:
E. Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija ta' ġifen tal-ajru 1. Fil-każ ta' testijiet ta' ħila jew kontrolli tal-profiċjenza għal klassifikazzjoni tat-tip ta' ġifen tal-ajru, l-applikanti għandhom jgħaddu mit-Taqsimiet 1 sa 5 u 6 (jekk applikabbli) tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza. L-applikanti li ma jgħaddux minn aktar minn ħames punti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. L-applikanti li ma jgħaddux minn ħames punti jew inqas ikollhom jerġgħu jagħmlu l-punti li ma jkunux għaddew minnhom. Jekk l-applikanti ma jgħaddux minn punt wieħed fil-każ ta' ttestjar mill-ġdid jew meta jerġa' jsir il-kontroll mill-ġdid, jew jekk ma jgħaddux minn kwalunkwe punti oħra li jkunu diġà għaddew minnhom, l-applikanti jkollhom jerġgħu jagħmlu t-test jew il-kontroll kollu. It-taqsimiet kollha tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza għandhom jiġu kkompletati fi żmien 6 xhur. TOLLERANZA WAQT IT-TEST TAT-TITJIRA 2. L-applikanti għandhom juru l-kapaċità li:
3. Il-limiti li ġejjin għandhom japplikaw, hekk kif inhuma kkoreġuti sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet turbulenti u l-kwalitajiet tat-trattament u tal-prestazzjoni tal-ġifen tal-ajru użat.
KONTENUT TAT-TAĦRIĠ/TEST TAL-APTITUDNI/KONTROLL TAL-PROFIĊJENZA 4. Is-simboli li ġejjin ifissru:
5. It-taħriġ prattiku għandu jsir mill-inqas fil-livell ta' tagħmir ta' taħriġ muri bħala (P), jew jista' jsir sa kull livell ta' tagħmir ogħla muri bil-vleġġa (---->). 6. It-taqsiriet li ġejjin jintużaw biex jiġi indikat it-tagħmir ta' taħriġ użat:
7. Fejn tidher l-ittra “M” fil-kolonna tat-test tal-aptitudni jew tal-kontroll tal-profiċjenza, din tindika eżerċizzju obbligatorju. 8. FSTDs għandhom jintużaw għal taħriġ u għal ittestjar prattiku jekk jagħmlu parti minn kors ta' klassifikazzjoni tat-tip. Il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kors:
|