This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1973
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1973 of 7 December 2018 amending Implementing Regulation (EU) No 909/2013 on the technical specifications for the electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS) referred to in Directive 2005/44/EC of the European Parliament and of the Council
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1973 tas-7 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1973 tas-7 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2018/7988
ĠU L 324, 19.12.2018, p. 1–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1973
tas-7 ta' Diċembru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (1), u b'mod partikulari l-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-għan tal-użu tas-sistema elettronika ta' viżwalizzazzjoni ta' mapep u ta' informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) huwa li jikkontribwixxi lejn is-sikurezza u l-effiċjenza tan-navigazzjoni interna. Għal dik ir-raġuni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 (2) għat-tagħmir tal-ECDIS interna u għall-Mappa Elettronika għan-Navigazzjoni Interna (ENC Interna) jenħtieġ li jkomplu jiġu riveduti u ċċarati. |
(2) |
Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi riveduti jqisu kif xieraq il-progress teknoloġiku u l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013. |
(3) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ECDIS Interna jenħtieġ li jissejsu fuq il-prinċipji tekniċi stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2005/44/KE. |
(4) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi riveduti għandhom iqisu kif xieraq l-iktar standards riċenti adottati internazzjonalment u l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom, fosthom l-istandards rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), tal-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali (IHO), tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) u ta' entitajiet internazzjonali oħra. |
(5) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi riveduti għall-ECDIS Interna jenħtieġ li jqisu kif xieraq il-ħidma mwettqa mill-grupp ta' esperti dwar l-ECDIS Interna, li hu magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ECDIS Interna u membri uffiċjali minn entitajiet governattivi oħrajn kif ukoll minn osservaturi mill-industrija. |
(6) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi riveduti għall-ENC Interna jenħtieġ li jqisu kif xieraq il-ħidma mwettqa mill-Grupp ta' Armonizzazzjoni tal-ENC Interna (IEHG), li huwa magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet, tal-industrija u tad-dinja akkademika. |
(7) |
Ir-referenza għall-istandards tan-NU/KEE jew għal standards oħra f'dan ir-Regolament ma għandha toħloq l-ebda preċedent għal standards futuri tal-Unjoni marbutin man-navigazzjoni interna, mas-servizzi tal-informazzjoni dwar ix-xmajjar, jew mal-ECDIS Interna. |
(8) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 iddefinixxa speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ECDIS Interna għall-modalità tan-navigazzjoni. Madankollu, f'ċerti passaġġi fuq l-ilma, l-awtoritajiet kompetenti wkoll daħħlu fis-seħħ rekwiżiti tal-ġarr għall-apparati tal-ECDIS Interna għall-modalità tal-informazzjoni. Sabiex jiġu armonizzati l-apparati użati f'dawk il-passaġġi fuq l-ilma u sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni, jenħtieġ li jiġu adottati rekwiżiti minimi obbligatorji għall-apparati tal-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma li jġorru b'mod obbligatorju l-ECDIS Interna. Fil-passaġġi fuq l-ilma mingħajr ġarr obbligatorju tal-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni, jenħtieġ li r-rekwiżiti minimi għall-modalità tal-informazzjoni jservu bħala rakkomandazzjonijiet. |
(9) |
Jenħtieġ li informazzjoni aġġornata u affidabbli marbuta mal-profondità tal-ilma (informazzjoni batimetrika) fl-ENCs tiġi ppubblikata f'waqtha sabiex tikkontribwixxi għas-sikurezza u l-effiċjenza tan-navigazzjoni interna. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-għoti ta' informazzjoni dwar il-profondità tal-ilma jiġi standardizzat. |
(10) |
Huwa meħtieġ li titwessa' l-lista tal-kodiċijiet tal-passaġġi fuq l-ilma stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkodifikaw l-oġġetti tal-passaġġi fuq l-ilma b'mod konsistenti fil-passaġġi fuq l-ilma rilevanti. Kodiċijiet addizzjonali tal-passaġġi fuq l-ilma jistgħu jintalbu b'mod elettroniku mill-Grupp ta' Armonizzazzjoni tal-ENC Interna, rikonoxxut mill-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali. |
(11) |
Skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2005/44/KE, għall-konformità mal-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimplimentaw ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(12) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 909/2013 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 tal-10 ta' Settembru 2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 28.9.2013, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).
ANNESS
SISTEMA ELETTRONIKA TA' VIŻWALIZZAZZJONI TA' MAPEP U TA' INFORMAZZJONI GĦAN-NAVIGAZZJONI INTERNA
(ECDIS Interna)
WERREJ
TAQSIMA 1: STANDARD TAL-PRESTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA | 6 |
1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 6 |
2. |
Referenzi | 7 |
3. |
Kontenuti, forniment u aġġornament tal-informazzjoni tal-mapep | 8 |
3.1. |
Kontenuti u forniment tal-ENCs Interni u tal-ENCs Interni batimetriċi | 8 |
3.2. |
Aġġornamenti | 8 |
4. |
Preżentazzjoni tal-informazzjoni | 9 |
4.1. |
Rekwiżiti tal-viżwalizzazzjoni | 9 |
4.2. |
Meded tal-viżwalizzazzjoni (skali) | 9 |
4.3. |
Ippożizzjonar u orjentazzjoni tal-immaġni | 9 |
4.4. |
Viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni tas-SENC | 9 |
4.5. |
Viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni tar-radar | 10 |
4.6. |
Viżwalizzazzjoni ta' informazzjoni oħra tan-navigazzjoni | 10 |
4.7. |
Kuluri u simboli | 11 |
4.8. |
Preċiżjoni tad-data u tal-viżwalizzazzjoni | 11 |
5. |
Operat | 11 |
5.1. |
Modalità tal-informazzjoni | 11 |
5.2. |
Modalità tan-navigazzjoni | 13 |
5.3. |
Elementi ta' operat u ta' kontroll | 14 |
6. |
Konnessjoni ma' tagħmir ieħor | 14 |
7. |
Indikazzjonijiet u allarmi | 14 |
7.1. |
Tagħmir tal-Ittestjar Integrat (Built in Test Equipment — BITE) | 14 |
7.2. |
Malfunzjonijiet | 14 |
8. |
Arranġamenti ta' riżerva | 15 |
8.1. |
Preċiżjoni insuffiċjenti tal-ippożizzjonar tas-SENC | 15 |
8.2. |
Difetti | 15 |
9. |
Provvista tal-elettriku fil-modalità tan-navigazzjoni | 15 |
TAQSIMA 2: STANDARD TAD-DATA GĦALL-ENCs INTERNI | 15 |
1. |
Daħla | 15 |
2. |
Mudell teoretiku tad-data | 15 |
3. |
Struttura tad-data | 15 |
4. |
Speċifikazzjoni tal-prodott għall-ENCs Interni u għall-ENCs Interni batimetriċi | 15 |
TAQSIMA 2 A: KODIĊIJIET GĦAL PRODUTTURI U PASSAĠĠI FUQ L-ILMA (FLIMKIEN MAL-KODIĊIJIET GĦALL-PRODUTTURI TAL-ENC IHO–S-62) | 16 |
TAQSIMA 3: STANDARD TAL-PREŻENTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA | 20 |
1. |
Daħla | 20 |
2. |
Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna | 20 |
2.1. |
Komponenti tal-S-52 u tal-Librerija tal-Preżentazzjoni tal-ECDIS Interna | 20 |
2.2. |
Tabelli ta' konsultazzjoni | 21 |
2.3. |
Proċeduri ta' simboloġija kundizzjonali (CS) | 22 |
2.4. |
Kuluri | 22 |
2.5. |
Preżentazzjoni tas-sinjali ta' avviżi | 22 |
TAQSIMA 4: REKWIŻITI TAL-OPERAT U TAL-PRESTAZZJONI, METODI TA' TTESTJAR U RIŻULTATI TA' TESTIJIET MEĦTIEĠA | 22 |
1. |
Daħla | 22 |
2. |
Modalitajiet tal-operat u konfigurazzjoni tas-sistema | 22 |
2.1. |
Modalitajiet tal-operat | 22 |
2.2. |
Konfigurazzjonijiet tas-sistema | 23 |
2.2.1. |
Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija waħedha mingħajr konnessjoni mar-radar | 23 |
2.2.2. |
Tagħmir tal-ECDIS Interna, istallazzjoni parallela u konnessjoni mar-radar | 23 |
2.2.3. |
Tagħmir tal-ECDIS Interna, moniter komuni konness ma' tagħmir tar-radar | 23 |
2.2.4. |
Tagħmir tar-radar b'funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata | 23 |
3. |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni | 23 |
3.1. |
Prestazzjoni tal-hardware | 23 |
3.2. |
Prestazzjoni tas-software | 23 |
3.3. |
Prestazzjoni tal-kontrolli tal-operat | 23 |
3.4. |
Prestazzjoni tal-viżwalizzazzjoni | 23 |
3.4.1. |
Qisien tal-viżwalizzazzjoni | 24 |
3.4.2. |
Orjentazzjoni tal-viżwalizzazzjoni | 24 |
3.4.3. |
Riżoluzzjoni tal-viżwalizzazzjoni | 24 |
3.4.4. |
Kuluri tal-viżwalizzazzjoni | 24 |
3.4.5. |
Luminożità tal-viżwalizzazzjoni | 24 |
3.4.6. |
Tiġdid tal-immaġni | 24 |
3.4.7. |
Teknoloġija tal-viżwalizzazzjoni | 24 |
4. |
Funzjonijiet operattivi | 24 |
4.1. |
Modalità tal-operat | 24 |
4.2. |
Parametri predefiniti tat-tagħmir (store/recall) fil-modalità tan-navigazzjoni | 24 |
4.3. |
Preżentazzjoni tal-informazzjoni tas-SENC fil-modalità tan-navigazzjoni | 24 |
4.4. |
Orjentazzjoni, ippożizzjonar u ċaqliq tal-mappa | 25 |
4.5. |
Pożizzjoni u orjentazzjoni tal-bastiment proprju | 25 |
4.6. |
Densità tal-informazzjoni | 25 |
4.7. |
Meded/Ċrieki ta' meded | 25 |
4.8. |
Luminożità tal-immaġni fil-modalità tan-navigazzjoni | 25 |
4.9. |
Kuluri tal-immaġni | 26 |
4.10. |
Rapport tal-għażliet | 26 |
4.11. |
Karatteristiċi ta' kejl | 26 |
4.12. |
Dħul u editjar tal-entrati fil-mappa proprja tal-kaptan | 26 |
4.13. |
Tlugħ u aġġornar tas-SENCs | 26 |
4.14. |
Preżentazzjoni u sovrappostazzjoni tal-immaġni tar-radar | 26 |
4.15. |
Funzjonijiet tal-ECDIS Interna b'aċċess immedjat | 27 |
4.16. |
Parametri ta' funzjoni dejjem viżibbli | 27 |
5. |
Funzjonijiet ta' manutenzjoni | 27 |
5.1. |
Korrezzjoni statika tal-pożizzjoni fuq il-mappa | 27 |
5.2. |
Korrezzjoni statika tal-orjentazzjoni tal-mappa | 27 |
5.3. |
Konfigurazzjoni tal-interfaċċi | 27 |
6. |
Test tal-hardware u ċertifikati meħtieġa | 28 |
6.1. |
Reżistenza għall-kundizzjonijiet ambjentali fil-modalità tan-navigazzjoni | 28 |
6.2. |
Dokumentazzjoni tat-tagħmir | 28 |
6.3. |
Interfaċċi | 28 |
6.4. |
Karatteristiċi tal-kontrolli tal-operat | 28 |
6.5. |
Karatteristiċi tal-viżwalizzazzjoni fil-modalità tan-navigazzjoni | 28 |
7. |
Test tal-preżentazzjoni, tal-operat u tal-funzjonalità tal-mappa | 28 |
7.1. |
Tħejjija tat-Tagħmir Soġġett għall-Ittestjar (EUT) | 28 |
7.2. |
Test tal-modalitajiet tal-operat | 28 |
7.3. |
Test tal-karatteristiċi viżwalizzati | 28 |
7.4. |
Test tad-densità tal-informazzjoni skont l-iskala (SCAMIN) | 29 |
7.5. |
Test tal-varjazzjoni fil-luminożità | 29 |
7.6. |
Test tal-kuluri | 29 |
7.7. |
Test tal-funzjonijiet ta' kejl | 29 |
7.8. |
Test tal-funzjoni tal-aġġornar tal-mappa | 29 |
7.9. |
Test tal-karatteristiċi viżwalizzati f'aktar minn ċellola waħda għall-istess żona | 29 |
8. |
Test tal-preżentazzjoni u tal-operat tal-immaġni tar-radar | 29 |
8.1. |
Tħejjijiet | 29 |
8.2. |
Test tal-immaġni tar-radar mingħajr mappa sottoposta | 30 |
8.3. |
Test tal-immaġni tar-radar, tal-informazzjoni sovrapposta minn bastimenti oħra u tal-mappa sottopposta | 30 |
8.3.1. |
Test tas-sovrappostazzjoni tar-radar | 30 |
8.3.2. |
Test tal-ippożizzjonar u tal-orjentazzjoni tal-mappa | 30 |
8.3.3. |
Test tal-konformità tal-iskala | 31 |
9. |
Test tal-allarmi u tal-indikazzjonijiet | 31 |
10. |
Test tal-arranġamenti ta' riżerva fil-modalità tan-navigazzjoni | 31 |
TAQSIMA 4 A: MIŻURI GĦALL-IŻGURAR TAL-KWALITÀ TAS-SOFTWARE | 31 |
1. |
Rekwiżiti ġenerali | 31 |
1.1. |
Rekwiżiti tad-disinn tas-software | 31 |
1.2. |
Rekwiżiti tal-implimentazzjoni | 31 |
1.3. |
Rekwiżiti tat-testijiet | 32 |
1.4. |
Rekwiżiti tal-komponenti ta' parti terza | 32 |
1.5. |
Rekwiżiti tas-servizzi addizzjonali fil-modalità tan-navigazzjoni | 32 |
1.6. |
Lingwa | 32 |
1.7. |
Rekwiżiti tad-dokumentazzjoni għall-utenti | 33 |
2. |
Metodi ta' ttestjar u riżultati meħtieġa | 33 |
2.1. |
Test tal-operat tal-modalità tan-navigazzjoni | 33 |
2.1.1. |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni | 33 |
2.1.1.1. |
Pożizzjoni | 33 |
2.1.1.2. |
Direzzjoni | 33 |
2.1.2. |
Malfunzjoni tas-sensuri | 33 |
2.1.3. |
Interfaċċa tat-test tal-prestazzjoni | 33 |
2.2. |
Testijiet ġenerali tas-software | 34 |
2.2.1. |
Dokumentazzjoni tat-tagħmir | 34 |
2.2.2. |
Test tar-reżistenza għall-modalità tan-navigazzjoni | 34 |
3. |
Bidliet fis-sistemi ta' navigazzjoni ċċertifikati | 34 |
3.1. |
Rekwiżiti ġenerali | 34 |
3.2. |
Bidliet fil-hardware u fis-software | 34 |
TAQSIMA 4B: KONFIGURAZZJONIJIET TAS-SISTEMA (GRAFIĊI) | 35 |
TAQSIMA 5: GLOSSARJU TAT-TERMINI | 37 |
Appendiċi 1: Tqabbil tal-istrutturi tal-istandard għall-ECDIS (Marittima) u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ECDIS Interna | 43 |
TAQSIMA 1
STANDARD TAL-PRESTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA
1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
(a) |
Is-sistema elettronika ta' viżwalizzazzjoni ta' mapep u ta' informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) hija magħmula minn hardware, software għas-sistema operattiva, u software ta' applikazzjoni. |
(b) |
L-ECDIS Interna għandha l-għan li tikkontribwixxi għas-sikurezza u l-effiċjenza tat-tbaħħar intern. |
(c) |
L-ECDIS Interna tista' tkun iddisinjata għall-modalità tal-informazzjoni u għall-modalità tan-navigazzjoni flimkien, kif ukoll għall-modalità tal-informazzjoni biss. Ir-rekwiżiti minimi għat-tagħmir tal-ECDIS Interna ddisinjat għall-modalità tal-informazzjoni biss, speċifikati fil-Kapitolu 4.1 tat-Taqsima 1 u fit-Taqsima 4 ta' dan l-Anness, huma obbligatorji f'dawk il-passaġġi fuq l-ilma fejn ir-rekwiżiti tat-trasportazzjoni jiddaħħlu fis-seħħ mill-istrutturi leġiżlattivi responsabbli. F'reġjunijiet oħra, ir-rekwiżiti minimi huma rakkomandati. |
(d) |
Għall-modalità tan-navigazzjoni, l-ECDIS Interna (software tas-sistema operattiva, software ta' applikazzjoni u hardware) kif speċifikata fit-Taqsima 4 ta' dan l-Anness għandu jkollha livell għoli ta' affiddabbiltà u ta' disponibbiltà; għandha tkun tal-anqas tal-istess livell bħal metodi oħra ta' navigazzjoni. |
(e) |
L-ECDIS Interna għandha tuża l-informazzjoni kartografika kif speċifikat fit-Taqsimiet 2 u 3 ta' dan l-Anness. |
(f) |
Huwa rakkomandat għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-entitajiet internazzjonali li jqisu dispożizzjonijiet tranżitorji meta jdaħħlu rekwiżiti tat-trasportazzjoni għall-ECDIS Interna. |
(g) |
L-ECDIS Interna għandha tilħaq ir-rekwiżiti kollha tal-istandard tal-prestazzjoni tal-ECDIS Interna stabbilit f'dan l-Anness. |
(h) |
It-termini “kaptan” u “kaptan tal-vapur” użati f'dan l-Anness għandhom jitqies ekwivalenti għat-terminu “kaptan tal-bastiment” użat fil-Linji gwida tar-RIS — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 (1). |
(i) |
Il-produttur jew il-fornitur tas-software tal-ECDIS Interna għandu jiddokumenta, fil-manwal tal-utent tas-software, liema rekwiżiti għat-tagħmir (hardware) imsemmijin fil-punt (c) jeħtieġ jiġu ssodisfati għall-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni f'passaġġi fuq l-ilma fejn ir-rekwiżiti tat-trasportazzjoni jiddaħħlu fis-seħħ mill-entitajiet leġiżlattivi responsabbli. |
(j) |
Fejn it-tagħmir tal-ECDIS Interna jipprovdi servizzi essenzjali kif inhu ddefinit fid-Direttiva (UE) 2016/1148 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni msemmija japplikaw. |
(k) |
L-AIS hija sistema ta' identifikazzjoni awtomatika għall-bastimenti marittimi li tikkonforma mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni stipulati fil-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS (is-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar), kif inhu ddefinit fid-dokument imsemmi fil-punt 2(r) tat-Taqsima 1. L-AIS Interna tirreferi għas-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika għall-bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni kif stipulat fid-dokument imsemmi fil-punt 2(p) tat-Taqsima 1. F'dan l-Anness, kull fejn tissemma l-AIS, tirreferi kemm għall-AIS marittima kif ukoll għall-AIS Interna, għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor. |
2. REFERENZI
(a) |
Pubblikazzjoni Speċjali tal-IHO Nru S-57 “IHO Transfer Standard for Digital Hydrographic Data”, Edizzjoni 3.1, Suppliment Nru 2, Ġunju 2009, bl-Appendiċijiet u l-Annessi kollha. |
(b) |
Pubblikazzjoni Speċjali tal-IHO Nru S-62 “ENC Producer Codes”, Edizzjoni 2.5, Diċembru 2009. |
(c) |
Pubblikazzjoni Speċjali tal-IHO Nru S-52 “Specifications for Chart Content and Display Aspects of ECDIS”, is-6 Edizzjoni, Marzu 2010, bl-Appendiċijiet u l-Annessi kollha, inklużi:
|
(d) |
Ir-Riżoluzzjoni MSC.232(82) tal-IMO “Revised Performance Standards for Electronic Chart Display and Information Systems (ECDIS)”, Diċembru 2006 — Appendiċi 3 ELEMENTI U PARAMETRI TAN-NAVIGAZZJONI. |
(e) |
Il-Linja Gwida 61174 tal-IEC, Edizzjoni 3.0 “ECDIS — Operational and performance requirements, methods of testing and required test results”, 2008-9. |
(f) |
Anness 5, Taqsimiet I sa III tal-istandard ES-TRIN 2017: Rekwiżiti applikabbli għall-installazzjonijiet tar-radar u għall-indikaturi tar-rata tad-dawran. |
(g) |
Pubblikazzjoni speċjali tal-IHO Nru S-32 Appendiċi 1 “Glossary of ECDIS-related Terms”. |
(h) |
L-Edizzjoni 2.4 tal-Appendiċi 1 “Product Specification for Inland ENCs” tar-Riżoluzzjoni 48 tan-NU/KEE “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)”, inkluż l-Appendiċi 1.1 “IENC Feature catalogue” u 1.2 “Inland Electronic Navigational Chart Encoding Guide”. |
(i) |
L-Edizzjoni 2.4 tal-Appendiċi 2 “Status of Presentation Library for Inland ECDIS” tar-Riżoluzzjoni 48 tan-NU/KEE “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)”. |
(j) |
L-Edizzjoni 2.4 tal-Appendiċi 3 “Product Specification for Inland ENCs” tar-Riżoluzzjoni 48 tan-NU/KEE “Recommendation on electronic chart display and information system for inland navigation (Inland ECDIS)”, inkluż l-Appendiċi 3.1 “Bathymetric IENC Feature catalogue, edition 1.0”. |
(k) |
EN 60945 (2002) + corr1 (2010): “Marine navigational equipment; General requirements — Methods of testing and required test results”. |
(l) |
IEC 61162 hija ġabra ta' standards għal “Digital interfaces for navigational equipment within a ship”. L-istandards 61162 huma żviluppati fil-Grupp ta' Ħidma 6 (WG6) tal-Kumitat Tekniku 80 (TC80) tal-IEC. |
(m) |
Id-Dominju IENC fir-Reġistru S-100. |
(n) |
Speċifikazzjoni tal-Prodott tal-IEHG għall-ENCs Interni. |
(o) |
Katalgu ta' Karatteristiċi tal-IEHG tal-ENC Interna. |
(p) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għas-sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni ta' bastimenti (ĠU L 105, 23.4.2007, p. 35). |
(q) |
L-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118). |
(r) |
Id-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10). |
3. KONTENUTI, FORNIMENT U AĠĠORNAR TAL-INFORMAZZJONI KARTOGRAFIKA
3.1. Kontenuti u forniment tal-Mapep Elettroniċi tan-Navigazzjoni Interna (ENCs Interni) u tal-ENCs Interni batimetriċi
(a) |
L-informazzjoni kartografika li għandha tintuża fl-ECDIS Interna għandha tkun l-aħħar edizzjoni tal-informazzjoni. |
(b) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex l-utent ma jitħalliex ibiddel il-kontenuti ta' edizzjonijiet oriġinali tal-ENC Interna u tal-ENC Interna batimetrika. |
(c) |
Għandhom jiġu inklużi fl-ENC tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin:
Jekk il-produttur tal-mappa jkun qed juża fajls ta' sovrappożizzjoni jew ENCs Interni batimetriċi, il-karatteristiċi jistgħu jiġu inklużi f'ċelloli differenti tal-mappa, iżda l-pakkett sħiħ għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi elenkati fl-inċiżi ta' hawn fuq. |
(d) |
Fejn il-mappa tkun maħsuba biex tintuża għall-modalità tan-navigazzjoni (il-Kapitolu 5.2 ta' din it-Taqsima), l-awtorità kompetenti rispettiva għandha tiddeċiedi għal kull passaġġ fuq l-ilma jew port liema mill-karatteristiċi msemmija fil-punt (c) għandhom jiġu vverifikati. Wara l-verifika, l-awtorità kompetenti rispettiva għandha tiddikjara liema ENCs Interni u liema ENCs Interni batimetriċi huma approvati għall-modalità tan-navigazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika ta' responsabbiltà tagħha (għad-dettalji ara t-Taqsima 2 A ta' dan l-Anness). |
(e) |
Il-Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni ta' Sistema (SENC) għandha tinħażen fl-ECDIS Interna. |
3.2. Aġġornamenti
(a) |
L-ECDIS Interna għandha tkun kapaċi taċċetta aġġornamenti għad-data tal-ENC Interna mogħtija skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-ENCs Interni, kif ukoll aġġornamenti tal-informazzjoni dwar il-fond skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-ENCs Interni batimetriċi. Dawn l-aġġornamenti għandhom jiġu applikati awtomatikament għas-SENC. Il-proċedura ta' implimentazzjoni tal-aġġornament ma għandhiex tfixkel il-viżwalizzazzjoni li tkun qed tintuża. |
(b) |
L-ECDIS Interna għandha tippermetti l-viżwalizzazzjoni ta' aġġornamenti, sabiex il-kaptan ikun jista' jirrevedi l-kontenuti u jaċċerta li ddaħħlu fis-SENC. |
(c) |
L-ECDIS Interna għandha tkun kapaċi tħassar l-aġġornamenti applikati awtomatikament tad-data tal-ENC Interna. |
(d) |
L-edizzjonijiet oriġinali tal-ENC Interna u l-aġġornamenti suċċessivi ma għandhom qatt jitħalltu. |
(e) |
L-ENC Interna u l-aġġornamenti kollha tagħha għandhom jintwerew mingħajr ebda degradazzjoni fil-kontenut tal-informazzjoni tagħhom. |
(f) |
Id-data tal-ENC Interna u l-aġġornamenti tagħha għandhom jintgħarfu b'mod ċar minn kull informazzjoni oħra. |
(g) |
L-ECDIS Interna għandha tiżgura li l-ENC Interna u l-aġġornamenti kollha tagħha jkunu ttellgħu sew fis-SENC. |
(h) |
L-ECDIS Interna għandha tirreġistra l-aġġornamenti, inkluż il-ħin tal-applikazzjoni tagħhom fis-SENC. |
(i) |
Il-kontenuti tas-SENC li jkunu se jintużaw għandhom ikunu adegwati u aġġornati għall-vjaġġ intenzjonat. |
4. PREŻENTAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI
4.1. Rekwiżiti tal-viżwalizzazzjoni
(a) |
Il-metodu ta' viżwalizzazzjoni għandu jiżgura li l-informazzjoni murija tkun viżibbli għal aktar minn osservatur wieħed b'mod ċar, f'kundizzjonijiet tipiċi tad-dawl fil-kabina tat-tmun ta' bastiment binhar u billejl. |
(b) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, id-daqs tal-viżwalizzazzjoni tal-preżentazzjoni tal-mapep għandu jkun mill-inqas 270 mm b'270 mm għal tagħmir iddisinjat u ċċertifikat għall-użu fil-modalità tan-navigazzjoni. |
(c) |
Fil-modalità tal-informazzjoni, id-daqs għandu jiġi ddeterminati minn aspetti ergonomiċi. L-informazzjoni murija għandha tkun viżibbli faċilment mill-post tal-kmand. Il-viżwalizzazzjoni dijagonali għandha tkun daqs jew ikbar minn 199 mm (7,85 pulzieri). Fil-kundizzjonijiet kollha, il-kaptan tal-bastiment għandu jkun kapaċi jipperċepixxi l-informazzjoni murija b'mod suffiċjenti, skont linji gwida għall-interfaċċa bniedem-magna. Jekk is-software jinbiegħ mingħajr viżwalizzazzjoni, id-dokumentazzjoni tal-manifattur għandha tinkludi l-informazzjoni li s-software jista' jintuża biss għala ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni jekk il-viżwalizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu 4.1. |
(d) |
Il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fil-modalità tan-navigazzjoni kif ukoll fil-modalità tal-informazzjoni:
|
(e) |
Ir-rekwiżiti tal-viżwalizzazzjoni għandhom jiġu ssodisfati, kemm fil-format mimdud (landscape) kif ukoll dak wieqaf (portrait). |
(f) |
Fil-modalità tal-informazzjoni, għad-daqs tal-viżwalizzazzjoni, huwa rakkomandat li jintuża d-daqs kif speċifikat għall-modalità tan-navigazzjoni. F'każ li l-ispazju għall-istallazzjoni tal-viżwalizzazzjoni jkun problema, id-daqs tal-viżwalizzazzjoni jista' jiċkien billi titqies id-distanza nomina ta' viżjoni għall-viżwalizzazzjoni. |
4.2. Meded tal-viżwalizzazzjoni (skali)
(a) |
Fil-modalità tal-informazzjoni (ara l-Kapitolu 5.1 ta' din it-Taqsima), kull skala u medda hija permessa. |
(b) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni (ara l-Kapitolu 5.2 ta' din it-Taqsima), jistgħu jintużaw biss il-meded (skali) li jistgħu jinbidlu suċċessivament, kif stipulati fil-Kapitolu 4.7 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness. |
4.3. Ippożizzjonar u orjentazzjoni tal-immaġni
(a) |
Fil-modalità tal-informazzjoni, kull tip ta' orjentazzjoni tal-mapep huwa permess (ara l-Kapitolu 5.1 ta' din it-Taqsima). |
(b) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-mappa għandha tippożizzjona u torjenta ruħha awtomatikament fil-moviment relattiv, b'mod li tħares 'il fuq, bil-pożizzjoni tal-bastiment proprju fiċ-ċentru tal-iskrin, jew mhux iċċentrata (ara l-Kapitolu 5.2 ta' din it-Taqsima). |
4.4. Viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni tas-SENC
(a) |
Il-viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni tas-SENC għandha tinqasam fit-tliet kategoriji ta' wiri li ġejjin:
L-allokazzjoni tal-klassijiet ta' karatteristiċi għall-kategoriji ta' viżwalizzazzjoni tingħata fid-dettall fit-Tabelli ta' Konsultazzjoni tad-dokument imsemmi fil-punt 2(i) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. |
(b) |
Il-kategorija tal-Viżwalizzazzjoni Bażi għandu jkun fiha tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(c) |
Il-kategorija tal-Viżwalizzazzjoni Standard (Densità tal-Informazzjoni Standard) għandu jkun fiha tal-anqas il-karatteristiċi li ġejjin:
|
(d) |
Il-kategorija tal-Viżwalizzazzjoni Sħiħa għandha turi l-karatteristiċi kollha inklużi fis-SENC Inland, individwalment u meta jintalbu. |
(e) |
Meta tinxtegħel l-ECDIS Interna, għandha turi d-Densità tal-Informazzjoni Standard, kif iddefinita fid-dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 u l-Glossarju ta' Termini fit-Taqsima 5 ta' dan l-Anness. |
(f) |
L-ECDIS Interna għandha tkun tista' tinbidel għad-Densità tal-Informazzjoni Standard f'kull ħin u b'azzjoni waħda tal-operatur. |
(g) |
L-ECDIS Interna għandha tindika biċ-ċar f'kull ħin id-densità tal-informazzjoni li tkun qed tintuża. |
(h) |
L-informazzjoni dwar il-fond fl-ENC li tkun tevolvi mal-ħin għandha tintwera indipendentement mit-tliet kategoriji ta' viżwalizzazzjoni msemmija fil-punt (a). |
4.5. Viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni tar-radar
(a) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, l-immaġni tar-radar għandu jkollha l-ogħla prijorità ta' viżwalizzazzjoni, u tista' tiġi ppreżentata biss fil-moviment relattiv u b'mod li tħares 'il fuq. Jekk is-sistema hija wkoll approvata għat-tip għall-ECDIS marittima, tista' tiġi implimentata l-modalità tal-moviment reali u bit-Tramuntana 'l fuq, iżda biss fil-modalità tal-informazzjoni. |
(b) |
Is-SENC sottoposta trid tkun taqbel fil-pożizzjoni, fil-medda u fl-orjentazzjoni. L-immaġni tar-radar u l-pożizzjoni mis-sensur ta' ppożizzjonar iridu jkunu t-tnejn aġġustabbli għall-antenna lejn id-direzzjoni tat-treġija tal-bastiment. |
(c) |
L-immaġni sovrapposta tar-radar għandha tikkonforma mar-rekwiżiti minimi kif speċifikati fil-Kapitolu 4.14 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness. |
(d) |
L-immaġni sovrapposta tar-radar tista' tinkludi informazzjoni addizzjonali tan-navigazzjoni. Madankollu, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali tan-navigazzjoni, u kwalunkwe simbolu tal-monitoraġġ u tal-lokalizzazzjoni, ma għandhom bl-ebda mod jiddegradaw il-viżwalizzazzjoni tal-kontenut oriġinali tar-radar. |
4.6. Viżwalizzazzjoni ta' informazzjoni oħra tan-navigazzjoni
(a) |
L-ECDIS Interna u l-informazzjoni addizzjonali tan-navigazzjoni (AIS Interna) għandhom jużaw sistema konvenzjonali komuni ta' referenza ta' koordinati ġeodetiċi. |
(b) |
Għandu jkun possibbli li tintwera l-pożizzjoni tal-bastiment proprju tal-kaptan fuq l-iskrin. |
(c) |
Il-kaptan għandu jkun jista' jagħżel il-limiti ta' fond għas-sikurezza. |
(d) |
L-ECDIS Interna għandha tindika n-nuqqasijiet fil-limiti ta' fond għas-sikurezza. |
4.7. Kuluri u simboli
(a) |
Il-viżwalizzazzjoni ta' kuluri i simboli biex jirrappreżentaw informazzjoni tas-SENC għandhom tal-anqas ikunu konformi mar-regolamenti tat-Taqsima 3 ta' dan l-Anness. Flimkien ma' dawn jistgħu jintużaw settijiet ta' simboli oħrajn magħżula mill-utent. |
(b) |
Għandhom jintużaw kuluri u simboli oħrajn barra dawk imsemmija fil-punt 4.7(a) ta' din it-Taqsima, biex jirrappreżentaw elementi u parametri tan-navigazzjoni kif elenkati fid-dokument imsemmi fil-punt 2(d) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. |
4.8. Preċiżjoni tad-data u tal-viżwalizzazzjoni
(a) |
Il-preċiżjoni tad-data kkalkulata li tiġi ppreżentata għandha tkun indipendenti mill-karatteristiċi tal-viżwalizzazzjoni, u għandha tkun konsistenti mal-preċiżjoni tas-SENC. |
(b) |
L-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni għandha tipprovdi indikazzjoni ta' jekk l-iskrin jużax medda tal-viżwalizzazzjoni iżgħar minn dik li toffri l-preċiżjoni tad-data tal-ENC Interna (indikazzjoni ta' skala akbar). |
(c) |
Il-preċiżjoni tal-kalkoli kollha mwettqa mill-ECDIS Interna għandha tkun indipendenti mill-karatteristiċi tal-apparat tal-viżwalizzazzjoni, u għandha tkun konsistenti mal-preċiżjoni tas-SENC. |
(d) |
L-orjentazzjonijiet u d-distanzi mpinġija fuq l-iskrin, jew dawk imkejla bejn karatteristiċi diġà murija fuq l-iskrin, ma għandux ikollhom anqas preċiżjoni minn dik li tippermetti r-riżoluzzjoni tal-viżwalizzazzjoni. |
5. OPERAT
5.1. Modalità tal-informazzjoni
(a) |
Il-modalità tal-informazzjoni għandha tintuża biss għall-informazzjoni u mhux għan-navigazzjoni. |
(b) |
Fil-modalità tal-informazzjoni jista' jsir kull tip ta' orjentazzjoni, rotazzjoni, iżżumjar u ppannjar tal-mapep. Madankollu, huwa rrakkomandat li jintużaw l-istess meded fissi bħal fil-modalità tan-navigazzjoni u l-orjentazzjoni tal-mappa, kemm jekk:
|
(c) |
Għandu jkun possibbli li wieħed jiskrollja l-mappa manwalment fuq l-iskrin mal-assi tal-kanal navigabbli skont l-assi vertikali tal-iskrin. |
(d) |
L-ECDIS Interna tista' titqabbad ma' sensur tal-ippożizzjonar biex l-immaġni tal-mappa tkun tista' tiġi skrolljata awtomatikament, u biex tintwera s-sezzjoni tal-mappa li taqbel mal-ambjent tal-madwar attwali, speċifikament fil-medda magħżula mill-operatur. |
(e) |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħra, miġbura permezz ta' links ta' komunikazzjoni bħall-AIS, għandha tintwera biss jekk hija aġġornata (kważi f'ħin reali) u preċiża. Jekk id-direzzjoni ta' bastimenti oħra ma tkunx disponibbli, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' dawk il-bastimenti l-oħra ma għandhomx jiġu ppreżentati bi:
F'dan il-każ, huwa rrakkomandat l-użu ta' simbolu ġeneriku. Il-valuri tal-ħin li ġejjin huma rrakkomandati (minn IEC 62388):
Il-miri tal-AIS għandhom jiġu mmarkati bħala skaduti jekk l-informazzjoni tal-ippożizzjonar ta' bastimenti mexjin hija eqdem minn 30 sekonda. L-informazzjoni dwar l-intenzjoni (sinjal blu) jew in-numru ta' koni blu ta' bastimenti oħra, l-istatus tas-sinjali, it-twissijiet dwar it-temp (minn Meteoalarm: www.meteoalarm.eu) u l-livell tal-ilma riċevuti permezz tal-AIS Interna jistgħu jintwerew. L-informazzjoni dwar l-intenzjoni (sinjal blu) għandha tintwera biss fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu, jekk id-direzzjoni tal-bastiment hija disponibbli. Jekk ebda l-informazzjoni dwar id-direzzjoni mhi disponibbli, l-informazzjoni għandha tintwera biss f'forma indipendenti mid-direzzjoni. It-tabella li ġejja tipprovdi eżempju għall-viżwalizzazzjoni:
|
(f) |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' stazzjonijiet ta' bażi tal-AIS, tal-għajnuniet għan-navigazzjoni tal-AIS (ATON) u tat-trażmettituri ta' tiftix u salvataġġ tal-AIS (SART) tista' tintwera, jekk is-simboli jkunu jingħarfu minn simboli oħra (eż. is-simboli 2.10 u 2.11 tal-IEC 62288, Edizzjoni 2, it-Tabella A.2). |
(g) |
Għandha tintwera l-informazzjoni riċevuta minn apparat tal-AIS u rikjesta mir-regolamenti tal-pulizija lokali. |
(h) |
Għandu jkun possibbli li tintwera l-informazzjoni kollha trażmessa minn AIS fuq talba tal-utent. |
5.2. Modalità tan-navigazzjoni
(a) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-viżwalizzazzjoni tal-ECDIS Interna għandha tkun integrata mal-informazzjoni tar-radar tal-bastiment proprju. L-informazzjoni tar-radar għandha tkun tingħaraf b'mod ċar mill-informazzjoni tas-SENC. |
(b) |
Il-viżwalizzazzjoni integrata għandha tkun skont ir-rekwiżiti tar-radar għal passaġġi fuq l-ilma interni kif stipulati fil-Kapitolu 4.14 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness. |
(c) |
Il-mappa u l-immaġni tar-radar għandhom ikunu jaqblu fid-daqs, fil-pożizzjoni u fl-orjentazzjoni, fil-limiti speċifikati fil-Kapitoli 3.4 u 8.3.2 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness. |
(d) |
Il-viżwalizzazzjoni integrata għandha tidher biss fl-orjentazzjoni li tħares 'il fuq. Orjentazzjonijiet oħra huma permessi f'sistemi b'approvazzjoni tat-tip addizzjonali tal-ECDIS marittima. Jekk tali sistema tintuża fil-modalità ta' moviment reali u/jew bit-Tramuntana 'l fuq f'passaġġi fuq l-ilma interni Ewropej, titqies li qed taħdem fil-modalità tal-informazzjoni. |
(e) |
Għandu jkun possibbli għall-operatur li jaġġusta l-valuri tal-ispostament (off-set) bejn il-pożizzjonijiet tas-sensur tal-ippożizzjonar u l-antenna tar-radar tal-bastiment sabiex il-viżwalizzazzjoni tas-SENC taqbel mal-immaġni tar-radar. |
(f) |
Għandu jkun possibbli li titneħħa temporanjament jew l-ECDIS jew inkella l-informazzjoni tar-radar, b'azzjoni waħda tal-operatur. |
(g) |
Il-pożizzjoni tal-bastiment għandha tittieħed permezz ta' sistema kontinwa ta' ppożizzjonar, bi preċiżjoni li tkun konsistenti mar-rekwiżiti tan-navigazzjoni sikura. |
(h) |
Il-modalità tan-navigazzjoni għandha tindika meta jkun hemm waqfien fl-input mis-sistema tal-iffissar tal-pożizzjoni. Il-modalità tan-navigazzjoni għandha wkoll tirrepeti, dejjem bħala indikazzjoni biss, kwalunkwe allarm jew indikazzjoni li tkun irċeviet mingħand sistema tal-iffissar tal-pożizzjoni. |
(i) |
Is-sistema tal-ippożizzjonar u s-SENC għandhom ikunu bbażati fuq l-istess datum ġeodetiku. |
(j) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, id-data msemmija fil-Kapitolu 3.1(c), bejn l-ewwel u s-seba' inċiż ta' din it-Taqsima, u l-elementi li ġejjin għandhom ikunu dejjem viżibbli, u ma għandhomx ikunu moħbija minn oġġetti oħra:
Għaldaqstant, it-trasparenza tas-sovrappożizzjoni tar-radar għandha tkun iddefinita mill-utent. Għandu jkun possibbli li t-tikketti tal-AIS Interna jinqalbu, jew b'mod manwali jew abbażi ta' valur ikkonfigurat ta' ħin ta' skadenza. |
(k) |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħrajn, miġbura permezz ta' links oħra ta' komunikazzjoni barra r-radar tal-bastiment proprju, tista' tintwera biss jekk hija aġġornata (kważi f'ħin reali) u hija preċiża skont kif meħtieg għas-sostenn tal-funzjonijiet tattiċi u operattivi tan-navigazzjoni. Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment proprju li tasal mingħand stazzjon ripetitur m'għandhiex tintwera. |
(l) |
Billi l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-lokalizzazzjoni (pereżempju l-AIS) ta' bastimenti oħra hija utli għall-ippjanar tal-mogħdija maġenb xulxin, iżda bla ebda utilità waqt li fil-fatt ikun qegħdin jgħaddu, is-simboli tal-monitoraġġ u tal-lokalizzazzjoni (tal-AIS) m'għandhomx ifixxklu l-immaġni tar-radar waqt il-mogħdija, u għalhekk għandhom jiġu sfumati sa jgħibu. L-applikazzjoni preferibbilment għandha tippermetti lill-kaptan jiddefinixxi ż-żona fejn is-simbolu jiġi sfumat u jgħib. |
(m) |
Jekk id-direzzjoni ta' bastimenti oħra ma tkunx disponibbli, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' dawk il-bastimenti l-oħra jistgħu jiġu ppreżenati bi:
Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jintuża simbolu ġeneriku (huwa rrakkomandat ottagonu, ma għandux jintuża ċirku għal applikazzjonijiet li huma ċċertifikati skont l-istandards marittimi). |
(n) |
L-informazzjoni li bastiment ieħor qed iġorr koni jew dwal blu tista' tintwera b'kulur differenti mis-simbolu tal-bastiment. L-għadd ta' koni/dwal blu għandu jintwera biss fir-rapport tal-għażliet. |
(o) |
L-informazzjoni dwar l-intenzjoni ta' bastiment ieħor li jgħaddi fuq in-naħa tal-lemin (sinjal blu) tista' tintwera biss fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu tat-trijangolu orjentat jew tal-forma skalata jekk id-direzzjoni ta' dan il-bastiment hija disponibbli. Jekk ebda informazzjoni dwar id-direzzjoni mhi disponibbli, l-informazzjoni għandha tintwera biss f'forma indipendenti mid-direzzjoni. |
(p) |
Informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' stazzjonijiet ta' bażi tal-AIS, tal-għajnuniet għan-navigazzjoni tal-AIS (ATON) u tat-trażmettituri ta' tiftix u salvataġġ tal-AIS (SART) tista' tintwera, jekk is-simboli jkunu jingħarfu minn simboli oħra (eż. is-simboli 2.10 u 2.11 tal-IEC 62288, Edizzjoni 2, it-Tabella A.1). |
5.3. Elementi ta' operat u ta' kontroll
(a) |
L-ECDIS Interna għandha tiġi ddisinjata skont prinċipji ergonomiċi għat-tħaddim faċli mill-utent. |
(b) |
It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jkollu minimu ta' elementi ta' operat u ta' kontroll (ara t-Taqsima 4 ta' dan l-Anness). |
(c) |
Elementi ta' operat u ta' kontroll, u indikaturi għal sensuri konnessi, jistgħu jiġu integrati fl-ECDIS Interna. |
(d) |
Il-parametri, kemm dawk standard kif ukoll dawk definiti mill-utent, għandhom ikunu jistgħu jinstabu faċilment. |
6. KONNESSJONI MA' TAGĦMIR IEĦOR
(a) |
L-ECDIS Interna ma għandha tolqot ħażin il-prestazzjoni ta' ebda tagħmir konness. B'mod simili, il-konnessjoni ta' tagħmir fakultattiv ma għandhiex tnaqqas il-prestazzjoni tal-ECDIS Interna. |
(b) |
L-ECDIS Interna għandha tkun kapaċi tiġġenera informazzjoni lil sistemi oħrajn, eż. għall-iskop ta' rappurtar elettroniku. |
(c) |
Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti tal-kontrolli u l-indikaturi għat-tagħmir konness. |
7. INDIKAZZJONIJIET U ALLARMI
7.1. Tagħmir tal-Ittestjar Integrat (Built in Test Equipment — BITE)
Fil-modalità tan-navigazzjoni, l-ECDIS Interna għandu jkollha mezzi biex twettaq testijiet abbord tal-funzjonijiet ewlenin, kemm b'mod awtomatiku kif ukoll b'mod manwali. F'każ ta' test fallut, għandu jiġi indikat il-modulu li jkun bil-ħsara.
7.2. Malfunzjonijiet
(a) |
L-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni għandha tipprovdi allarm jew indikazzjoni adegwata ta' malfunzjonijiet tas-sistema (ara l-Kapitolu 9 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness). |
(b) |
L-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni għandha tipprovdi allarm jew indikazzjoni adegwata ta' input nieqes mir-riċevitur GNSS, mill-AIS u mill-apparat tad-direzzjoni, jekk ikunu konnessi. |
(c) |
L-ECDIS Interna għandha tipprovdi allarmi jew indikazzjonijiet adegwati għall-malfunzjoni tat-tagħmir fir-rigward tal-informazzjoni murija. |
8. ARRANĠAMENTI TA' RIŻERVA
8.1. Preċiżjoni insuffiċjenti tal-ippożizzjonar tas-SENC
Fil-modalità tan-navigazzjoni, is-SENC għandha tintefa' awtomatikament, jekk l-ippożizzjonar tas-SENC ma jkunx jaqbel mal-immaġni tar-radar fil-limiti stipulati fil-Kapitoli 5.1 u 5.2 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness.
8.2. Difetti
(a) |
Jekk is-sistema tal-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni jkollha difett evidenti, għandha tagħti allarm adegwat (ara l-Kapitoli 4.16 u 9 tat-Taqsima 4 ta' dan l-Anness). |
(b) |
Għandhom jiġu pprovduti sistemi li jiffaċilitaw it-trasferiment sikur tal-funzjonijiet tal-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni, biex ikun żġurat li ħsara fl-ECDIS Interna ma twassalx għal sitwazzjoni kritika. |
9. PROVVISTA TAL-ELETTRIKU FIL-MODALITÀ TAN-NAVIGAZZJONI
L-ECDIS Interna għandu jkollha provvista tal-elettriku separata tagħha bil-fjusis.
TAQSIMA 2
STANDARD TAD-DATA GĦALL-ENCs INTERNI
1. DAĦLA
(a) |
L-Istandard tad-Data għall-ENCs Interni jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintużaw:
|
(b) |
Dan l-Istandard tad-Data għandu jintuża għall-produzzjoni tal-ENCs Interni u tal-ENCs Interni batimetriċi. It-trasferiment u d-distribuzzjoni tal-ENCs Interni u tal-ENCs Interni batimetriċi għandhom isiru b'mod li tiġi żgurata l-integrità tad-data. |
(c) |
Dan l-Istandard tad-Data huwa bbażat fuq id-dokument imsemmi fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 (“S-57”). |
(d) |
Dan l-Istandard tad-Data jiddeskrivi ż-żidiet u l-kjarifiki meħtieġa għall-S-57 u l-applikazzjoni tal-S-57 għall-iskop tal-użu fl-applikazzjonijiet tal-ECDIS Interna. |
(e) |
L-Istandard tad-Data għandu jkun konformi mal-istandards u r-regolamenti indikati fil-punti 2(h) u (j) tat-Taqsima 1. |
2. MUDELL TEORETIKU TAD-DATA
Id-deskrizzjoni tal-mudell teoretiku tad-data fil-Parti 2 tal-S-57 għandha tapplika għall-mudell teoretiku tad-data tal-ENCs Interni u tal-ENCs Interni batimetriċi.
3. STRUTTURA TAD-DATA
Id-deskrizzjoni tal-istruttura tad-data fil-Parti 3 tal-S-57 għandha tapplika għall-mudell teoretiku tad-data tal-ENCs Interni u tal-ENCs Interni batimetriċi.
4. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-PRODOTT GĦALL-ENCs INTERNI U GĦALL-ENCs INTERNI BATIMETRIĊI
L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott għall-ENCs Interni u għall-ENCs Interni batimetriċi jippermettu lill-produtturi tal-mapep jipproduċu ENC Interna jew ENC Interna batimetrika konsistenti, u jippermettu lill-manifatturi jużaw dik id-data b'mod effiċjenti f'ECDIS Interna li tissodisfa l-Istandard tal-Prestazzjoni tal-ECDIS Interna stabbilit fit-Taqsima 1.
Id-data għall-ENCs għandha tkun disponibbli għall-manifatturi kollha tal-applikazzjonijiet. ENC Interna għandha tiġi prodotta skont ir-regoli stipulati fid-dokument imsemmi fil-punt 2(h) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness, u għandha tiġi kkodifikata bl-użu tad-dokumenti li ġejjin imsemmija fih:
(a) |
il-Katalgu tal-Karatteristiċi tal-ENC Interna, u |
(b) |
ir-regoli deskritti fil-Gwida ta' Kodifika għall-ENC Interna. |
ENC Interna batimetrika għandha tiġi prodotta skont ir-regoli stipulati fid-dokument imsemmi fil-punt 2(j) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness, u għandha tiġi kkodifikata bl-użu tad-dokumenti li ġejjin imsemmija fih:
(c) |
il-Katalgu tal-Karatteristiċi tal-ENC Interna batimetrika, imsemmi fil-punt 2(j) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness, u |
(d) |
ir-regoli deskritti fil-Gwida ta' Kodifika għall-ENC Interna, imsemmija fil-punt 2(h) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. |
L-ENCs Interni u l-ENCs Interni batimetriċi approvati għall-modalità tan-navigazzjoni għandhom jiġu prodotti skont l-“Istandard tad-Data” u l-“Ispeċifikazzjoni tal-Prodott” imsemmija f'din it-Taqsima.
TAQSIMA 2 A
KODIĊIJIET GĦAL PRODUTTURI U PASSAĠĠI FUQ L-ILMA (FLIMKIEN MAL-KODIĊIJIET GĦALL-PRODUTTURI IHO–S-62 TAL-ENC)
Il-kodiċijiet għall-produtturi tal-ENCs Interni, kif ukoll il-proċedura ta' reġistrazzjoni, huma dawk imsemmija fid-dokument imsemmi fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness (“IHO S-62”).
L-amministrazzjonijiet jew il-kumpaniji privati li jipproduċu ENCs Interni u li mhumiex diġà msemmija fl-IHO-S-62, u l-amministrazzjonijiet jew il-kumpaniji privati li jiddeċiedu jipproduċu ENCs Interni, għandhom jirreġistraw kodiċi tal-produttur fir-reġistru S-100 tal-IHO, fuq http://registry.iho.int.
Billi kodiċi tal-produttur waħdu mhuwiex biżżejjed biex wieħed jidentifika jekk ENC Interna hijiex xierqa għall-modalità tan-navigazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/44/KE għandhom iżommu u jipprovdu, permezz tas-sit elettroniku uffiċjali tagħhom, lista aġġornata tal-ENCs Interni approvati għall-modalità tan-navigazzjoni fi ħdan iż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Il-lista għandha tinkludi l-isem tal-fajl taċ-ċellola tal-ENC, il-firxa tal-passaġġ fuq l-ilma intern koperta, in-numru tal-edizzjoni, id-data tal-pubblikazzjoni, u lista tal-fajls ta' aġġornament disponibbli għall-edizzjoni valida u attwali, flimkien mad-dati tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-lista għandha tinkludi kull ENC Interna li magħha ċ-ċellola tikkonforma fir-rigward tar-rekwiżiti u fir-rigward tal-kontenut minimu, u għalhekk hija approvata għall-modalità tan-navigazzjoni.
In-notifika tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/44/KE għandha tinkludi informazzjoni dwar iż-żona ġeoġrafika ta' responsabbiltà u s-sit elettroniku uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil.
Il-Kodiċijiet għall-Passaġġi fuq l-Ilma li ġejjin huma rrakkomandati għall-użu fil-fajl bl-isem tal-IENCs:
Kodiċi tal-Passaġġ fuq l-Ilma |
Isem il-Passaġġ fuq l-Ilma |
Kumment |
AC |
Albertkanaal/Canal Albert |
|
AKL |
Afleidingskanaal van de Leie |
|
BA |
Balaton |
|
BCR |
Branche de la Croyère |
|
BED |
Benedendijle |
|
BEN |
Beneden-Nete |
|
BEZ |
Beneden-Zeeschelde |
|
BH |
Kanaal Bocholt — Herentals |
|
BK |
Boudewijn Kanaal |
|
BLO |
Branche de La Louvière |
|
BME |
Basse-Meuse |
|
BN |
Kanaal Briegden — Neerharen |
|
BOS |
Bovenschelde |
|
BOZ |
Boven-Zeeschelde |
|
BRW |
Beetzsee-Riewendsee-Wasserstraße |
|
BSK |
Berlin-Spandauer Schifffahrtskanal |
inkluż Westhafenkanal u Charlottenburger Verbindungskanal |
BZ |
Beneden Zeeschelde |
|
CCB |
Canal Charleroi-Bruxelles |
|
CCG |
Canal du Centre à Grand Gabarit |
|
CHV |
Canal de Haccourt à Visé |
|
CLA |
Canal de Lanaye |
|
CMO |
Canal de Monsin |
|
CPC |
Canal Pommeroeul-Condé |
|
D |
Danube |
inkluża l-fergħa ta' Sulina |
DA |
Danube Chilia branch |
|
DAW |
Dahme-Wasserstraße |
|
DB |
Dunare Borcea |
|
DCC |
Danube Cernovoda canal |
|
DE |
Dortmund-Ems Kanal |
|
DEN |
Dender |
|
DHK |
Datteln-Hamm-Kanal |
|
DDT |
Dijledoortocht |
|
DKW |
Kanaal Dessel — Kwaadmechelen |
|
DR |
Drava |
|
DTS |
Kanaal Dessel — Turnhout — Schoten |
|
DUK |
Ráckevei-Duna |
|
DUM |
Mosoni-Duna |
|
DUR |
Gekanaliseerde Durme (Beneden-Durme) |
|
DUS |
Szentendrei-Duna |
|
DV |
Dunarea Veche |
|
EL |
Elbe |
|
ELK |
Elbe-Lübeck-Kanal |
|
EH |
Elbe-Havel-Kanal |
|
EMS |
Ems |
|
EPP |
Embranchement Principal |
|
ES |
Elbe-Seiten-Kanal |
|
EV |
Estuaire Vaart |
Tbaħħir fl-estwarju bejn Zeebrugge u l-fruntiera tan-Netherlands |
GA |
Sf. Gheorghe-Arm |
|
GMO |
Grand Large de Mons |
|
GPE |
Grand Large de Péronnes |
|
HES |
Haut-Escaut |
|
HO |
Havel-Oder-Wasserstraße |
|
HVK |
Havelkanal |
|
IJZ |
Ijzer |
|
KB |
Kanaal naar Beverlo |
|
KBK |
Kanaal Bossuit — Kortrijk |
|
KGO |
Kanaal Gent-Oostende |
|
KGT |
Kanaal Gent-Terneuzen |
|
KK |
Küstenkanal |
|
KLD |
Kanaal Leuven — Dijle |
|
KND |
Kanaal Nieuwpoort — Duinkerken |
|
KPN |
Kanaal Plassendale- Nieuwpoort |
|
KRL |
Kanaal Roeselare — Leie |
|
KTR |
Kanaltrave |
|
KVE |
Kanaal van Eeklo |
|
LA |
Lahn |
|
LOK |
Lokanaal |
|
LR |
Leie/Lys River |
|
MA |
Main |
|
MD |
Main-Donau-Kanal |
|
ME |
Mueritz-Elde-Wasserstraße |
|
MEU |
Meuse |
|
ML |
Mittelland-Kanal |
|
MMI |
Meuse Mitoyenne Sud |
|
MO |
Mosel |
|
MOE |
Moervaart |
|
N |
Dnipro |
|
NBP |
Canal Nimy-Blaton-Péronnes |
|
NE |
Neckar |
|
ND |
Desna |
|
NOK |
Nord-Ostsee-Kanal |
|
NPR |
Prypiat |
|
NSU |
Sula |
|
NTK |
Netekanaal |
|
NVO |
Vorskla |
|
OD |
Oder |
|
OL |
Olt |
|
PE |
Peene |
|
PHV |
Potsdamer Havel |
|
PK |
Plassendale Kanaal |
|
RH |
Rhine |
|
RHK |
Rhein-Herne-Kanal |
|
RL |
Nederrijn/Lek |
|
ROG |
Ringvaart om Gent |
|
RU |
Ruhr |
|
RUP |
Rupel |
|
SA |
Sava |
|
SAM |
Sambre |
|
SE |
Schelde |
|
SI |
Sió-csatorna |
|
SKH |
Stichkanal Mittelland-Kanal — Hildesheim |
|
SKL |
Stichkanal Mittelland-Kanal — Hannover-Linden |
|
SKO |
Stichkanal Mittelland-Kanal — Osnabrück |
|
SKS |
Stichkanal Mittelland-Kanal — Salzgitter |
|
SL |
Saale |
|
SM |
Smeermaas |
|
SO |
Spree-Oder-Wasserstraße |
|
SPI |
Spierekanaal |
|
SR |
Saar |
|
SRV |
Schelde-Rijnverbinding |
|
TEK |
Teltowkanal |
|
TI |
Tisza |
|
TLE |
Toeristische Leie (Leie) |
|
UH |
Untere Havel-Wasserstraße |
|
UWE |
Unterweser |
minn UWE 0,00 km |
VKN |
Verbindingskanaal Nieuwpoort |
|
WA |
Waal |
|
WDK |
Wesel-Datteln-Kanal |
|
WE |
Mittelweser |
sa km 366,65/UWE 0,00 |
WOD |
Westoder |
|
ZBS |
Zeekanaal Brussel-Schelde |
|
ZUL |
Vertakking van Zulte |
|
ZWV |
Zuid-Willemsvaart |
|
TAQSIMA 3
STANDARD TAL-PREŻENTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA
1. DAĦLA
(a) |
L-Istandard tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jintużaw għall-preżentazzjoni tad-data tal-ECDIS Interna. Il-preżentazzjoni għandha ssir b'tali mod li ma jintilef xejn mill-informazzjoni. |
(b) |
Dan l-Istandard tal-Preżentazzjoni huwa bbażat fuq id-dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 (“S-52”). |
(c) |
Dan l-Istandard tal-Preżentazzjoni jiddeskrivi ż-żidiet u l-kjarifiki meħtieġa għall-S-52 u l-applikazzjoni tal-S-52 għall-iskop tal-użu fl-applikazzjonijiet tal-ECDIS Interna. |
(d) |
Il-preżentazzjoni tad-data tal-ECDIS Interna għandha tilħaq ir-rekwiżiti tal-Istandard tal-Preżentazzjoni deskritt fit-Taqsima 3 u fil-Librerija tal-Preżentazzjoni msemmija fil-punt 2(i) tat-Taqsima 1. |
(e) |
Id-definizzjonijiet tat-termini jinsabu f'dawn li ġejjin:
|
2. IL-LIBRERIJA TAL-PREŻENTAZZJONI GĦALL-ECDIS INTERNA
Is-settijiet tad-data tal-S-57 jiddeskrivi l-istandard tad-data għall-ENCs Interni, iżda ma fihom ebda informazzjoni dwar kif id-data se tiġi ppreżentata. Il-preżentazzjoni tal-mappa hija ġġenerata online fl-applikazzjoni tal-ECDIS Interna. Għal dak il-għan, l-applikazzjoni tal-ECDIS Interna tuża struzzjonijiet bis-simbolizzazzjoni li tinqara minn magni, għal kull karatteristika, li titpinġa fuq l-iskrin. Għall-preżentazzjon tal-ENCs, l-istandard S-52 tal-IHO huwa obbligatorju. L-istandard S-52 fih ir-regoli kollha meħtieġa għas-simbolizzazzjoni u għall-preżentazzjoni tal-ENCs fuq l-iskrin.
Billi l-karatteristiċi, l-attribwiti u l-valuri tal-attribwiti tal-ENCs ġew estiżi għall-ENCs Interni u għall-ENCs Interni batimetriċi, hemm il-ħtieġa ta' estensjoni tal-istandard S-52 sabiex ikunu jistgħu jintwerew ukoll il-karatteristiċi speċifiċi għan-navigazzjoni interna. L-estensjonijiet kollha japplikaw għad-dokument imsemmi fir-raba' inċiż tal-punt 2(c) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.
2.1. Komponenti tal-S-52 u tal-Librerija tal-Preżentazzjoni tal-ECDIS Interna
2.1.1. Il-komponenti ewlenin tal-librerija tal-preżentazzjoni tal-S-52 huma:
— |
librerija ta' simboli, stili ta' linji u stili ta' mili (fill styles), |
— |
skema ta' kodifikazzjoni tal-kuluri li tinkludi t-tabelli tal-kuluri tal-IHO għal binhar, għall-għabex u għal billejl, |
— |
sett ta' kliem ta' kmand tas-simboloġija li bih jistgħu jinbnew struzzjonijiet li jinqraw minn magni. Dan jirriżulta fi struzzjoni tas-simboloġija, li mbagħad tiġi pproċessata biex tissimbolizza karatteristiċi tal-ENC, |
— |
sett ta' proċeduri ta' simboloġija kundizzjonali li jiddeċiedu s-simbolizzazzjoni adattata f'każijiet determinati mill-għażla tan-navigant (eż. profil tas-sikurezza) jew għal simboli kumplessi (eż. sinjali tal-wiċċ fuq bagi u sinjalaturi), |
— |
sett ta' tabelli ta' konsultazzjoni li jgħaqqdu d-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi mill-ENC mal-istruzzjonijiet tas-simboloġija adattati, skont jekk: |
— |
il-konnessjoni hijiex sempliċi, jiġifieri relazzjoni diretta bejn id-deskrizzjoni ta' karatteristika u l-preżentazzjoni tagħha, bħal baga jew żona tal-art. F'dan il-każ, it-tabella ta' konsultazzjoni tipprovdi l-istruzzjoni tas-simboloġija ta' kif jintwera simbolu, kif timtela żona, jew stil ta' linja, |
— |
il-konnessjoni hijiex kundizzjonali, jiġifieri tiddependi miċ-ċirkustanzi, pereżempju żona ta' fond, li l-kulur li timtela bih jiddependi mill-għażla tal-profil tas-sikurezza. F'dan il-każ it-tabella ta' konsultazzjoni tirreferi d-deċiżjoni lil proċedura ta' simboloġija kundizzjonali li tagħżel l-istruzzjonijiet tas-simboloġija adattati aktar 'l quddiem. |
2.1.2. L-ECDIS Interna għandha tuża l-komponenti kollha tal-S-52 flimkien ma' estensjonijiet:
— |
fit-tabelli ta' konsultazzjoni |
— |
fil-librerija tas-simboli |
— |
fil-proċeduri ta' simboloġija kundizzjonali. |
L-estensjonijiet huma deskritti fid-dokument imsemmi fil-punt 2(i) tat-Taqsima 1.
2.2. Tabelli ta' konsultazzjoni
2.2.1. Hemm tabella ta' konsultazzjoni separata għal kull tip ta' ġeometrija (punt, linja, żona). Kull entrata f'tabella ta' konsultazzjoni tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:
(a) |
Kodiċi ta' 6 karattri tal-klassi tal-karatteristika (akronimu); |
(b) |
Taħlita ta' attribwiti; |
(c) |
Struzzjonijiet għas-simbolizzazzjoni; |
(d) |
Prijorità tal-viżwalizzazzjoni, 0-9 (li tista' titqabbel mas-saffi tat-tpinġija); |
(e) |
Kodiċi għar-radar; |
(f) |
Kategorija tal-viżwalizzazzjoni (viżwalizzazzjoni bażi, standard, sħiħa); |
(g) |
“Grupp ta' viżwalizzazzjoni”, klassifikazzjoni tal-karatteristiċi aktar irfinuta mill-kategoriji tal-viżwalizzazzjoni. |
Grafika 1
Eżempju ta' entrata f'tabella ta' konsultazzjoni
F'dan il-każ, il-karatteristika LNDMRK tidher bis-simbolu TOWERS01 bil-prijorità 7, jekk l-attribwit CATLMK huwa ekwivalenti għal 17. Il-karrateristika qiegħda fuq ir-radar.
Il-preżentazzjoni ta' karatteristiċi f'żona speċifika li jinsabu f'ċelloli differenti bl-istess użu ssegwi l-entrati fit-tabelli ta' konsultazzjoni.
2.2.2. Il-Librerija tal-Preżentazzjoni tipprovdi ħames tabelli ta' konsultazzjoni:
— |
simboli għal punti fuq il-mappa tal-karta, |
— |
simboli għal punti simplifikati, |
— |
simboli ta' linji, |
— |
simboli ta' konfini ta' żona watja, |
— |
simboli ta' konfini ta' żona simbolizzata. |
2.3. Proċeduri ta' simboloġija kundizzjonali (CS)
Il-proċeduri ta' CS jiġu ġġenerati għall-karatteristiċi li s-simbolizzazzjoni tagħhom
— |
tiddependi fuq il-parametri tal-applikazzjoni, eż. il-profil tas-sikurezza, |
— |
tiddependi fuq karatteristiċi oħra, eż. sinjali tal-wiċċ u l-istruttura tagħhom, |
— |
hija kumplessa wisq biex tiġi ddefinita b'entrata diretta f'tabella ta' konsultazzjoni. |
Il-proċeduri ta' CS, li jiġu modifikati jew implimentati f'ECDIS Interna flimkien mal-proċeduri ta' CS tal-S-52. huma deskritti fid-dokument imsemmi fil-punt 2(i) tat-Taqsima 1.
2.4. Kuluri
Il-kuluri użati fl-ECDIS huma ddefiniti b'mod assolut, irrispettivament mill-moniter użat (bl-użu ta' koordinati tas-CIE). Dan jiżgura li l-mapep tal-ECDIS jidhru simili fuq moniters ta' fornituri differenti. Il-valuri CIE jiġu kkonvertiti f'valuri RGB permezz ta' software għall-kalibrar tal-kuluri li għandu jintuża mill-manifattur.
L-iskrins kummerċjali li ta' spiss jintużaw f'dan is-settur jitqiesu li jilħqu dawn ir-rekwiżiti.
Peress li l-kundizzjonijiet tad-dawl jistgħu jvarjaw fuq il-pont ta' bastiment, jeħtieġ li jkun hemm preżentazzjonijiet b'livelli differenti ta' luminożità. Teżisti tabella separata tal-kuluri għal kull livell.
L-iskema tal-kuluri rrappreżentata għandha tintagħżel fuq il-bażi ta' fatturi ergonomiċi u fiżjologiċi, u r-rappreżentazzjoni ta' indikazzjonijiet b'kuluri differenti ma għandhiex tirriżulta f'kuluri mħallta billi jitqiegħdu fuq xulxin (sovrappostazzjoni).
2.5. Preżentazzjoni tal-avviżi
L-avviżi li jinsabu max-xatt ta' xmara huma rrappreżentati fil-mappa bil-wiri ta' simboli ġeneriċi (notmrk01, notmrk02 u notmrk03). Dan ma japplikax għall-avviżi fuq pontijiet.
Barra minn hekk, jeħtieġ li l-applikazzjonijiet ikunu jistgħu juru s-simbolu dettaljat, li huwa simili għall-indikazzjoni fid-dinja reali, kif ukoll is-sett sħiħ tal-informazzjoni tal-oġġetti ta' avviż magħżul mill-utent.
L-avviżi li jinsabu ma' pontijiet għandhom ikunu ssimbolizzati skont l-orjentazzjoni tal-pont.
L-avviżi li jispeċifikaw distanzi jew veloċità ma għandhomx jiġu simbolizzati bin-numru nnifsu, iżda biss b'dak is-simbolu li jagħti r-regolament jew tagħrif ġenerali.
TAQSIMA 4
REKWIŻITI TAL-OPERAT U TAL-PRESTAZZJONI, METODI TA' TTESTJAR U RIŻULTATI TA' TESTIJIET MEĦTIEĠA
1. DAĦLA
Din it-Taqsima tispeċifika r-rekwiżiti minimi li jinsabu fit-Taqsima 1 ta' dan l-Anness, u tiddeskrivi l-proċeduri tat-testijiet u r-riżultati meħtieġa dwar il-hardware, is-software, il-funzjonijiet, l-operat, il-viżwalizzazzjoni u l-interfaċċi ma' tagħmir ieħor abbord il-bastimenti.
2. MODALITAJIET TAL-OPERAT U KONFIGURAZZJONI TAS-SISTEMA
2.1. Modalitajiet tal-operat
(a) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna jiddistingwu bejn żewġ modalitajiet tal-operat: il-modalità tan-navigazzjoni u l-modalità tal-informazzjoni. |
(b) |
It-tagħmir tal-ECDIS Interna ddisnijat għall-operat fil-modalità tan-navigazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Anness u l-istandards għat-tagħmir tar-radar navigazzjonali u l-indikaturi tar-rata tad-dawran. Għall-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni, jeħtieġ approvazzjoni tat-tip mill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-punt 2(q) tat-Taqsima 1. |
(c) |
Għat-tagħmir tal-ECDIS Interna ddisinjat għall-modaltià tal-informazzjoni biss, ir-rekwiżiti ta' din it-Taqsima 4 għandhom jinftiehmu bħala rekwiżiti tekniċi (tal-operat u tal-prestazzjoni). Il-produttur għandu jiddokumenta l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti tekniċi. Approvazzjoni tat-tip mhijiex meħtieġa għall-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni. Id-dokumentazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-utenti fuq talba tagħhom. |
2.2. Konfigurazzjonijiet tas-sistema
2.2.1. Konfigurazzjoni tas-sistema 1: Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija waħedha mingħajr konnessjoni mar-radar
F'din il-konfigurazzjoni tas-sistema, l-operat fil-modaltià tal-informazzjoni biss huwa possibbli (ara t-Taqsima 4B, Grafika 1).
2.2.2. Konfigurazzjoni tas-sistema 2: Tagħmir tal-ECDIS Interna, istallazzjoni parallela u konnessjoni mar-radar
Din il-konfigurazzjoni tas-sistema tippermetti l-operat kemm fil-modalità tal-informazzjoni kif ukoll fil-modalità tan-navigazzjoni (ara t-Taqsima 4B, Grafika 2).
2.2.3. Konfigurazzjoni tas-sistema 3: Tagħmir tal-ECDIS Interna, moniter komuni konness ma' tagħmir tar-radar
F'din il-konfigurazzjoni tas-sistema, il-moniter tat-tagħmir tar-radar jinqasam mat-tagħmir tal-ECDIS Interna. Prerekwiżit għal din il-modalità huwa li jkun hemm parametri grafiċi korrispondenti kemm għas-sinjali tal-vidjo kif ukoll għas-swiċċ tal-vidjo, li jippermettu li s-sorsi tal-vidjo jinqalbu malajr (ara t-Taqsima 4B, Grafika 3).
Din il-konfigurazzjoni tas-sistema tippermetti l-operat kemm fil-modalità tal-informazzjoni kif ukoll fil-modalità tan-navigazzjoni.
2.2.4. Konfigurazzjoni tas-sistema 4: Tagħmir tar-radar b'funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata
Din il-konfigurazzjoni tas-sistema hija istallazzjoni tar-radar b'funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata li tista' titħaddem kemm fil-modalità tal-informazzjoni kif ukoll fil-modalità tan-navigazzjoni (ara t-Taqsima 4B, Grafika 4).
3. REKWIŻITI TAL-PRESTAZZJONI
3.1. Prestazzjoni tal-hardware
(a) |
It-tagħmir tal-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni għandu jiġi ddisinjat u mmanifatturat biex jiflaħ għal kundizzjonijiet ambjentali tipiċi abbord bastiment bla ebda tnaqqis fil-kwalità u fl-affidabbiltà. Barra minn hekk, ma għandux ifixkel tagħmir ieħor tal-komunikazzjoni jew tan-navigazzjoni. |
(b) |
Fil-konfigurazzjoni kif deskritta fil-Kapitolu 2.2.4 ta' din it-Taqsima, il-komponenti kollha tat-tagħmir tal-ECDIS Interna li jinsabu istallati fil-kabina tat-tmun, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klassi b) tagħmir “protett mit-temp” kif speċifikat fl-istandard EN 60945, bl-eċċezzjoni li l-firxa tat-temperatura tal-ittestjar hija limitata bejn 0 °C u + 40 °C (filwaqt li l-firxa tat-temperatura tal-ittestjar fl-EN 60945 hija speċifikata minn – 15 °C sa + 55 °C), sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan l-Anness. Għall-konfigurazzjonijiet deskritti fil-Kapitoli 2.2.2 u 2.2.3 ta' din it-Taqsima, il-konformità mal-KE hija biżżejjed. |
3.2. Prestazzjoni tas-software
Is-software għall-operat, għall-viżwalizzazzjoni u għall-funzjonalità tat-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jkun iddisinjat, żviluppat, implimentat u ttestjat skont ir-rekwiżiti tas-software deskritti fit-Taqsima 4 A ta' dan l-Anness.
3.3. Prestazzjoni tal-kontrolli tal-operat
(a) |
L-operat tas-sistema għandu jkun faċli, adattat u konformi ma' standards komuni applikabbli għall-interfaċċi tal-utenti. L-istat operattiv tas-sistema u tat-tagħmir tekniku sekondarju konness għandu jiġi indikat b'mod ċar. |
(b) |
L-għadd ta' kontrolli tal-operat għandu jkun baxx kemm jista' jkun u ristrett għall-għadd meħtieġ. |
(c) |
Mhumiex permessi kontrolli telekomandati bla fili. |
(d) |
Is-swiċċ ON/OFF għandu jkun jaħdem, u għandu jkun imqiegħed b'tali mod li ma jkunx possibbli li jitħaddem bi żball. |
(e) |
Is-simboli tal-kontrolli tal-operat ma għandux ikollhom karattri iżgħar minn 4 mm, u għandhom jinqraw faċilment fi kwalunkwe kundizzjoni li tista' teżisti f'kabina tat-tmun. |
(f) |
Il-luminożità u l-mod kif jinxtegħlu l-kontrolli tal-operat għandhom ikunu aġġustabbli għall-valur meħtieġ. |
3.4. Prestazzjoni tal-viżwalizzazzjoni
Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli minn 3.4.2 sa 3.4.7 huma rakkomandati għall-ECDIS Interna fil-modalità tal-informazzjoni.
3.4.1. Qisien tal-viżwalizzazzjoni
(a) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, l-erja minima tal-viżwalizzazzjoni tal-mappa u tar-radar għandha tkun tal-inqas 270 mm × 270 mm. |
(b) |
Fil-modalità tal-informazzjoni, japplikaw ir-rekwiżiti fil-punt 4.1(c) tat-Taqsima 1. |
3.4.2. Orjentazzjoni tal-viżwalizzazzjoni
(a) |
Skrin rettangolari jista' jiġi istallat f'orjentazzjoni mimduda (landscape) jew wieqfa (portrait), bil-prerekwiżit li l-qisien minimi stipulati fit-Taqsima 3.4.1. jintlaħqu. |
(b) |
Minħabba l-ispazju limitat f'kabina tat-tmun tipika ta' bastiment tan-navigazzjoni interna, u minħabba l-fatt li bastiment normalment isegwi l-assi tal-kanal navigabbli, preferibbilment l-iskrin għandu jiġi istallat fl-orjentazzjoni wieqfa. |
3.4.3. Riżoluzzjoni tal-viżwalizzazzjoni
Hija meħtieġa riżoluzzjoni tal-viżwalizzazzjoni ta' 5 m fil-medda ta' 1 200 m. Din twassal għall-qisien massimi ta' pixel ta' 2,5 m × 2,5 m, jiġifieri madwar 1 000 pixel fuq il-ġenb dejjaq tal-iskrin.
3.4.4. Kuluri tal-viżwalizzazzjoni
Is-sistema għandha tkun kapaċi turi kombinazzjonijiet ta' kuluri pprovati ergonomikament għal binhar u billejl.
3.4.5. Luminożità tal-viżwalizzazzjoni
Il-luminożità tal-viżwalizzazzjoni għandha tkun aġġustabbli għal kull valur operattiv meħtieġ. Dan jgħodd speċjalment għall-valur l-aktar baxx waqt it-tħaddim billejl.
3.4.6. Tiġdid tal-immaġni
(a) |
Ir-rata tat-tiġdid tal-immaġni ma għandhiex tkun iqsar minn dik tal-immaġni tar-radar (≥ 24 immaġni kull minuta). |
(b) |
Bejn żewġ tiġdidiet konsekuttivi, il-luminożità ma għandhiex tvarja. |
(c) |
Fl-iskrins tar-“raster scan”, ir-rata ta' ripetizzjoni tal-kwadru ma għandhiex tkun aktar baxxa minn 60 Hz. |
3.4.7. Teknoloġija tal-viżwalizzazzjoni
Għandhom jintużaw sistemi ta' viżwalizzazzjoni li mhumiex sensittivi għall-kampijiet manjetiċi li jista' jkun hemm fil-kabina tat-tmun ta' bastiment tan-navigazzjoni interna.
4. FUNZJONIJIET OPERATTIVI
4.1. Modalità tal-operat
(a) |
Jekk it-tagħmir huwa kapaċi jitħaddem fiż-żewġ modalitajiet tal-operat, għandu jippermetti l-possibbiltà li jaqleb bejn il-modalità tan-navigazzjoni u l-modalità tal-informazzjoni. |
(b) |
Għandha tintwera l-modalità tal-operat li tkun qed tintuża. |
(c) |
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ma tkunx tista' tintefa bi żball il-modalità tan-navigazzjoni. |
4.2. Parametri predefiniti tat-tagħmir (store/recall) fil-modalità tan-navigazzjoni
(a) |
Wara li jinxtegħel, it-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jittella' b'luminożità moderata predefintia li la tagħma f'ambjent imdallam u lanqas ma tirrendi l-immaġni inviżibbli f'ambjent imdawwal. |
(b) |
Parametri oħra jistgħu jittellgħu bil-valuri tagħhom kif kienu qabel ma ntefa t-tagħmir jew bil-valuri ssettjati li kienu ssejvjati. |
4.3. Preżentazzjoni tal-informazzjoni tas-SENC fil-modalità tan-navigazzjoni
(a) |
L-immaġni tar-radar għandha tkun tingħaraf b'mod ċar mill-mappa, irrispettivament mit-tabella tal-kuluri magħżula. |
(b) |
Hija permessa biss preżentazzjoni monokroma tal-immaġni tar-radar reali. |
(c) |
Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni kartografika ma għandhiex taħbi jew tiddegrada partijiet importanti tal-immaġni tar-radar. Dan irid jiġi żgurat permezz ta' entrati adegwati fit-tabelli ta' konsultazzjoni (ara t-Taqsima 3 ta' dan l-Anness, il-Kapitolu 2.2, l-element “kodiċi tar-radar”). Għaldaqstant, it-trasparenza tas-sovrappożizzjoni tar-radar għandha tkun iddefinita mill-utent. |
(d) |
Il-preżentazzjoni tal-mappa u tal-immaġni tar-radar għandu jkollha l-istess skala. |
(e) |
Il-linja tad-direzzjoni għandha tkun dejjem viżibbli. |
(f) |
Barra minn hekk, għandhom ikunu jistgħu jiddaħħlu l-profil tal-bastiment proprju tan-navigant u l-profili tas-sikurezza. |
4.4. Orjentazzjoni, ippożizzjonar u ċaqliq tal-mappa
(a) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-preżentazzjoni tal-orjentazzjoni tal-mappa (“relative motion, head up”) b'moviment relattiv li tħares 'il fuq, dik iċċentrata (centred) u dik mhux iċċentrata (“off centred”) biss huma permessi, kif meħtieġ għall-immaġni tar-radar. |
(b) |
Fil-modalità tan-informazzjoni, huma rrakkomandati bħala minimu l-orjentazzjonijiet u l-ippożizzjonar tal-mappa bit-Tramuntana 'l fuq (“north”) u parallela mal-assi tal-passaġġ fuq l-ilma (“parallel to the waterway axis”). Billi jitqabbad sensur ta' ppożizzjonar, il-parti tal-mappa murija tista' ssegwi awtomatikament il-pożizzjoni tal-bastiment proprju tan-navigant. |
4.5. Pożizzjoni u orjentazzjoni tal-bastiment proprju
(a) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-pożizzjoni tal-bastiment proprju għandha tkun dejjem viżibbli fl-immaġni tal-iskrin, tkunx iċċentrata jew mhux iċċentrata, kif stipulat fid-dokument imsemmi fil-punt 2(f) tat-Taqsima 1. |
(b) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, il-linja tad-direzzjoni, li twassal miċ-ċentru tal-viżwalizzazzjoni sa fuq nett u li għandha tkun dejjem viżibbli, għandha tirrappreżenta d-direzzjoni tal-bastiment proprju tan-navigant. |
4.6. Densità tal-informazzjoni
Id-densità tal-informazzjoni għandha tkun bħala minimu aġġustabbli bejn it-tliet livelli: “Bażi”, “Standard” u “Sħiħa”. Tal-aħħar jippermetti li jintwerew il-karatteristiċi l-oħra kollha flimkien mal-viżwalizzazzjoni “Standard”, b'mod individwali u fuq talba. Il-karatteristiċi viżibbli kollha korrispondenti huma ddefiniti fl-“Istandard tal-Prestazzjoni” u fl-“Istandard tal-Preżentazzjoni” (inkluż il-“Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna”) (Taqsimiet 1 u 3 ta' dan l-Anness).
4.7. Meded/Ċrieki ta' meded
(a) |
Fil-modalità tan-navigazzjoni, skont ir-regolamenti tar-radar huma preskritti dawn il-meded u ċrieki ta' meded li ġejjin:
|
(b) |
Meded iżgħar u akbar b'minimu ta' erba' ċrieki ta' meded u b'massimu ta' sitt ċrieki ta' meded huma permessi. |
(c) |
It-tagħmir tal-ECDIS Interna fil-modalità tan-navigazzjoni għandu jkollu ċrieki ta' meded fissi fl-intervalli msemmija fil-punt (a) u (b), u tal-anqas markatur varjabbli wieħed tal-medda (Variable Range Marker/VRM). |
(d) |
Il-markaturi tal-meded fissi u varjabbli għandhom jinxtegħlu jew jintfew indipendentement minn xulxin, u l-viżwalizzazzjoni tagħhom għandha tkun identifikabbli b'mod ċar. |
(e) |
Il-pożizzjoni tal-VRM u d-distanza murija korrispondenti għandhom jużaw l-istess inkrementi u riżoluzzjoni. |
(f) |
Il-funzjonijiet tal-VRM u tal-linja tal-orjentazzjoni elettronika (Electronic Bearing Line/EBL) jistgħu wkoll jinkisbu permezz ta' cursor u b'viżwalizzazzjoni numerika korrispondenti, li turi l-medda u l-orjentazzjoni tal-pożizzjoni tal-cursor. |
4.8. Luminożità tal-immaġni fil-modalità tan-navigazzjoni
(a) |
Il-luminożità tal-iskrin għandha tkun aġġustabbli għall-valur operattiv meħtieġ. Dan japplika, b'mod partikolari, għall-użu fid-dlam. |
(b) |
Il-mappa u l-immaġni tar-radar għandu jkollhom kontrolli separati tal-luminożità. |
(c) |
Minħabba d-differenza kbira fil-luminożità tal-ambjent ta' binhar imdawwal u ta' billejl mudlam, għandu jkun hemm kontroll ieħor għal-luminożità bażika tal-iskrin flimkien mat-tabelli tal-kuluri fil-menù. |
4.9. Kuluri tal-immaġni
Għandhom ikunu offruti tal-anqas il-kombinazzjonijiet tal-kuluri inklużi fil-Librerija tal-Preżentazzjoni 6.0 (tabelli tal-kulur) ta' IHO-S-52 għal binhar, għall-għabex u għal billejl.
4.10. Rapport tal-għażliet
(a) |
Għandu jkun possibbli li tinġieb l-informazzjoni testwali u/jew grafika kollha sottostanti dwar l-għażliet li jagħmel l-utent mill-karatteristiċi murija fil-mappa. |
(b) |
Din l-informazzjoni testwali u/jew grafika addizzjonali ma għandhiex tfixkel id-dehra tal-passaġġ fuq l-ilma fil-mappa tan-navigazzjoni. |
4.11. Karatteristiċi ta' kejl
(a) |
Jeħtieġ karatteristiċi ta' kejl tad-distanzi u tal-orjentazzjonijiet. |
(b) |
Ir-riżoluzzjoni u l-preċiżjoni għandhom ikunu tal-anqas l-istess bħal tal-viżwalizzazzjoni, iżda ma jistgħux jissuġġerixxu valuri aħjar minn dawk tad-data tal-mapep. |
4.12. Dħul u editjar tal-entrati fil-mappa proprja tal-kaptan
(a) |
It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jippermetti d-dħul, il-ħżin, il-modifika u t-tħassir ta' informazzjoni addizzjonali tal-mapep mill-kaptan (karatteristiċi proprji tal-kaptan), kemm fil-modalità tan-navigazzjoni kif ukoll fil-modalità tal-informazzjoni. |
(b) |
Dawn l-entrati fil-mappa proprja għandhom jintgħarfu mid-data tas-SENC, u ma għandhomx ikunu ssovrapposti jew jiddegradaw l-immaġni tar-radar fil-modalità tan-navigazzjoni. |
4.13. Tlugħ u aġġornar tas-SENCs
(a) |
L-attivitajiet manwali kollha li jikkonċernaw it-tlugħ jew l-aġġornar tal-mapep għandhom ikunu possibbli biss barra l-modalità tan-navigazzjoni. |
(b) |
L-aġġornament awtomatiku ma għandux inaqqas il-prestazzjoni tal-viżwalizzazzjoni tan-navigazzjoni. |
(c) |
Funzjoni ta' treġija lura għandha tkun implimentata biex tippermetti li terġa tittella' l-aħħar kombinazzjoni operattiva. |
4.14. Preżentazzjoni u sovrappostazzjoni tal-immaġni tar-radar
(a) |
Ir-rappreżentazzjoni tal-immaġni tar-radar hija obbligatorja għall-użu fil-modalità tan-navigazzjoni. |
(b) |
Il-qisien, ir-riżoluzzjoni u l-attribwiti tal-preżentazzjoni tar-radar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-radar. |
(c) |
L-immaġni tar-radar ma għandhiex tiġi ddegradata b'kontenuti oħra tal-immaġni (ara wkoll il-punt 4.3(c) ta' din it-Taqsima). |
(d) |
Sakemm ir-rekwiżiti funzjonali jiġu ssodisfati, jistgħu jiġu sovrapposti saffi differenti ta' informazzjoni. |
(e) |
Is-sovrappostazzjoni ta' informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħra tista' ssir biss meta:
|
(f) |
L-informazzjoni sovrapposta misluta mill-apparat ta' monitoraġġ u ta' lokalizzazzjoni fir-rigward tal-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħra għandha tiġi sfumata sakemm tgħib, f'medda definita mill-utent. L-attivazzjoni ta' din il-karatteristika, u l-medda magħżula taż-żona ristretta, għandhom jiġu indikati fuq l-iskrin. |
(g) |
Biss jekk id-direzzjoni ta' bastimenti oħra tkun disponibbli, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' dawk il-bastimenti l-oħra jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta':
Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jintuża simbolu ġeneriku (huwa rrakkomandat ottagonu, filwaqt li ċirku għandu jintuża għall-applikazzjonijiet interni biss). |
(h) |
Għandu jkun possibbli li jintfew il-mappa u kwalunkwe saff ieħor ta' informazzjoni, kif ukoll li tintwera l-immaġni tar-radar biss permezz ta' element ta' kontroll wieħed jew żona tal-menù faċilment aċċessibbli. |
(i) |
Jekk il-monitoraġġ tal-kwalità u dak tal-kredibbiltà tat-tagħmir tal-ECDIS Interna jindikaw li l-mappa ma tistax tiġi orjentata u/jew ippożizzjonata bil-preċiżjoni meħtieġa skont dan l-Anness, għandu jintwera allarm fuq l-iskrin, u l-mappa għandha tintefa awtomatikament. Jekk ma jkunx hemm sinjal tar-radar, għandha tintwera l-modalità tal-informazzjoni. Fiż-żewġ każijiet għandu jingħata allarm jew twissija. Il-qlib għandu jkun possibbli dejjem b'azzjoni manwali. |
4.15. Funzjonijiet tal-ECDIS Interna b'aċċess immedjat
(a) |
Il-funzjonijiet tal-operat li ġejjin jeħtieġu aċċess dirett:
|
(b) |
Dawn il-funzjonijiet għandu jkollhom jew elementi ta' kontroll proprji tagħhom jew żoni tal-menù proprji, li jkunu rranġati fl-ogħla livell tal-menù u li jkunu dejjem viżibbli. |
4.16. Parametri ta' funzjoni dejjem viżibbli
Il-parametri ta' funzjoni li ġejjin għandhom ikunu dejjem viżibbli:
— |
MEDDA reali |
— |
STATUS tas-sensur (fil-modalità tan-navigazzjoni: l-issettjar tar-radar, il-kwalità tal-pożizzjoni, l-allarmi; fil-modalità tal-informazzjoni: jekk konness, ir-riċevitur GNSS, l-AIS u d-direzzjoni) |
— |
LIVELL TAL-ILMA magħżul (jekk disponibbli) |
— |
FOND TA' SIKUREZZA magħżul (jekk disponibbli) |
— |
DENSITÀ TAL-INFORMAZZJONI magħżula |
5. FUNZJONIJIET TA' MANUTENZJONI
Il-funzjonijiet ta' manutenzjoni għandhom ikunu protetti b'password jew miżuri oħra xierqa kontra l-aċċess mhux awtorizzat. Ma għandhomx ikunu jistgħu jintgħażlu fil-modalità tan-navigazzjoni.
Ir-rekwiżiti tal-Kapitolu minn 5.1 sa 5.3 japplikaw biss għall-modalità tan-navigazzjoni.
5.1. Korrezzjoni statika tal-pożizzjoni fuq il-mappa
(a) |
Il-pożizzjoni tal-bastiment proprju tan-navigant għandha tiġi ppreżentata “ċċentrata” jew “mhux iċċentrata” fil-viżwalizzazzjoni skont ir-rekwiżiti tar-radar. Il-pożizzjoni fuq il-mappa trid taqbel mal-immaġni tar-radar. Bl-ipotesi ta' dħul ta' pożizzjoni assoluta, id-differenza statika permissibbli ta' bejn il-pożizzjoni reali tar-radar u ċ-ċentru tar-radar kif muri ma għandhiex taqbeż 1 m. |
(b) |
Għandu jkun possibbli li jiġi kkoreġut żball ta' spustar (id-distanza bejn il-pożizzjonijiet tas-sensur tal-ippożizzjonar u s-sensur tar-radar). |
5.2. Korrezzjoni statika tal-orjentazzjoni tal-mappa
(a) |
Id-differenza bejn l-orjentazzjoni tal-linja tad-direzzjoni u l-assi tal-bastiment ma għandhiex tkun akbar minn ± 1,0 grad. |
(b) |
L-immaġni tal-mappa u dik tar-radar għandu jkollhom l-istess orjentazzjoni. L-iżball direzzjonali statiku ta' bejn il-linja tad-direzzjoni u l-orjentazzjoni tal-mappa għandu jkun anqas minn ± 0,5 grad. |
5.3. Konfigurazzjoni tal-interfaċċi
(a) |
Għandu jkun possibbli li l-interfaċċi jiġu kkonfigurati għal sensuri, atturi u sinjali konnessi. |
(b) |
L-interfaċċi għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċa eżistenti, kif iddefiniti fid-dokument imsemmi fil-punt 2(l) tat-Taqsima 1, u mal-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċa għall-indikaturi tar-rata tad-dawran (20 mV/grad/min), kif iddefiniti fid-dokument imsemmi fil-punt 2(d) tat-Taqsima 1. |
6. TEST TAL-HARDWARE U ĊERTIFIKATI MEĦTIEĠA
(a) |
It-test għandu jikkonsisti fi tqabbil bejn it-tagħmir soġġett għat-test (Equipment Under Test/EUT) u r-rekwiżiti ta' dan l-Anness. |
(b) |
Testijiet ekwivalenti pprovati, u riżultati ta' testijiet ipprovati u ddokumentati, għandhom jiġu aċċettati mingħajr aktar testijiet ġodda. |
(c) |
Il-Kapitolu 6 sħiħ huwa validu għall-modalità tan-navigazzjoni, iżda r-rekwiżiti li ma fihomx referenza speċifika għall-modalità tan-navigazzjoni huma validi wkoll għall-modalità tal-informazzjoni. |
6.1. Reżistenza għall-kundizzjonijiet ambjentali fil-modalità tan-navigazzjoni
(a) |
It-tagħmir tal-ECDIS Interna, kif deskritt fil-Kapitolu 2.2.4 ta' din it-Taqsima, għandu jissodisfa r-rekwiżiti tad-dokument imsemmi fil-punt 2(k) tat-Taqsima 1 dwar ir-reżistenza għall-kundizzjonijiet ambjentali (umdità, vibrazzjoni u temperatura); din tal-aħħar imnaqqsa skont il-Kapitolu 3.1 ta' din it-Taqsima) u dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika. |
(b) |
Il-fornitur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq dikjarazzjoni tal-konformità rilevanti minn laboratorju akkreditat. |
6.2. Dokumentazzjoni tat-tagħmir
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tiġi vverifikata biex jiġi żgurat li hija kompluta, adattata, u li tinftiehem, u li hija suffiċjenti għall-istallazzjoni, il-konfigurazzjoni u l-operat tat-tagħmir mingħajr probemi.
6.3. Interfaċċi
(a) |
Kull interfaċċa għandha tiġi ddokumentata b'mod korrett u komplut. |
(b) |
Iċ-ċirkwiti elettroniċi għandhom jiġu ddisinjati b'mod li ssirilhomx ħsara, kemm mekkanikament kif ukoll elettronikament, u ma għandux ikollhom effetti li jiddegradaw it-tagħmir li jkun imqabbad magħhom. |
6.4. Karatteristiċi tal-kontrolli tal-operat
Kull kontroll tal-operat għandu jiġi vverifikat skont il-modalità ergonomika u funzjonali tal-operat, u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
6.5. Karatteristiċi tal-viżwalizzazzjoni fil-modalità tan-navigazzjoni
Il-viżwalizzazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan l-Anness fir-rigward tal-qisien, tal-kuluri li jistgħu jintwerew, tar-riżoluzzjoni u tal-varjazzjoni tal-luminożità.
7. TEST TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-MAPPA, TAL-OPERAT U TAL-FUNZJONALITÀ
7.1. Tħejjija tat-Tagħmir Soġġett għall-Ittestjar (EUT)
L-EUT għandu jiġi istallat, armat u mqabbad skont il-manwal ta' istallazzjoni. Wara li jinxtegħel, għandha tittella' s-SENC tal-ittestjar.
7.2. Test tal-modalitajiet tal-operat
Il-modalitajiet tal-operat kollha kif deskritti fil-manwal tal-operat għandhom jittellgħu wieħed wara l-ieħor u jiġu ttestjati. Ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 ta' din it-Taqsima għandhom jiġu ssodisfati.
7.3. Test tal-karatteristiċi viżwalizzati
Għandu jiġi ttestjat jekk il-karatteristiċi inklużi fis-SENC tal-ittestjar humiex viżibbli u murija b'mod korrett. Għal dan it-test, id-densità tal-informazzjoni għandha tinqaleb għal “il-karatteristiċi kollha”. Is-sistema għandha tkun kapaċi turi, bħala minimu, il-karatteristiċi kollha skont l-Istandard tal-Preżentazzjoni tal-ECDIS Interna (it-Taqsima 3 ta' dan l-Anness). Flimkien ma' dawn jistgħu jintużaw settijiet ta' simboli oħrajn magħżula mill-utent.
Jekk simboli li jiddevjaw mid-dokument imsemmi fil-punt 2(i) tat-Taqsima 1, il-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna, jintużaw għall-preżentazzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni kartografika, f'dan il-każ għandhom:
— |
ikunu jistgħu jinqraw faċilment, |
— |
ikunu ċerti u mhux ambigwi fit-tifsiriet tagħhom, |
— |
ikunu ta' daqs suffiċjenti biex jippermettu d-distanza tal-vista nominali. |
Simboli miżjuda mal-Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS għandhom ikunu jistgħu jintgħarfu b'mod ċar mis-simboli tal-Librerija tal-Preżentazzjoni.
7.4. Test tad-densità tal-informazzjoni skont l-iskala (SCAMIN)
(a) |
Għandu jiġi ttestjat jekk il-funzjonalità tal-iSCAMIN (l-iskala minima li fiha tista' tintuża l-karatteristika għall-preżentazzjoni tal-ECDIS) ġietx istallata b'mod korrett. |
(b) |
Għal dan it-test, għandha tintuża l-medda li fiha l-karatteristika tkun viżibbli skont l-enumerazzjoni tagħha tal-iSCAMIN (ara l-Kapitolu 8.4 tad-dokument imsemmi fil-punt 2(h) tat-Taqsima 1). |
7.5. Test tal-varjazzjoni fil-luminożità fil-modalità tan-navigazzjoni
It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jitħaddem f'kamra mudlama, u l-luminożità għandha titniżżel għal-livell l-aktar baxx tagħha. Il-luminożità tal-karatteristiċi ma għandhiex taqbeż valur ta' 15 cd/m2, u l-isfond valur ta' 0,5 cd/m2.
7.6. Test tal-kuluri
Kull tabella tal-kuluri tal-S-52 li tista' tintgħażel mill-utent għandha tiġi ttestjata waħda wara l-oħra għall-konformità ma' dan l-Anness.
7.7. Test tal-funzjonijiet ta' kejl
(a) |
Kull valur numeriku muri tal-linja ta' orjentazzjoni elettronika (EBL) u tal-markatur tad-distanza varjabbli (VRM) għandu jkun jaqbel eżatt mal-pożizzjonijiet analogi tal-EBL u tal-VRM (jew jikkorrispondi mal-koordinati tal-cursor). |
(b) |
Ir-riżoluzzjoni u l-inkrementi tal-viżwalizzazzjoni numerika għandhom ikunu identiċi mal-valuri analogi tal-EBL u tal-VRM. |
7.8. Test tal-funzjoni tal-aġġornar tal-mappa
Qabel u wara kull pass tat-test, għandhom jitfakkru n-numri tal-verżjoni tas-SENCs u l-aġġornamenti mtellgħin, kif deskritti fil-manwal tal-operat u murija fuq l-iskrin.
— |
Pass 1: Tlugħ tas-SENC tal-ittestjar, |
— |
Pass 2: Aġġornament tas-SENC tal-ittestjar, |
— |
Pass 3: Test tal-funzjoni ta' treġija lura (roll-back), |
— |
Pass 4: Tlugħ ta' SENC ġdida. |
Wara aġġornament, għandu jkun possibbli li titfakkar u tintwera kull karatteristika kkonċernata.
7.9. Test tal-karatteristiċi murija f'aktar minn ċellola waħda għall-istess żona
(a) |
Għandu jiġi ttestjat jekk il-karatteristiċi kollha inklużi fis-SENC tal-ittestjar u fis-SENC tal-ittestjar sovrapposta addizzjonali humiex viżibbli u murija b'mod korrett. Għal dan it-test, id-densità tal-informazzjoni għandha tinqaleb għal “il-karatteristiċi kollha”. |
(b) |
Għandu jiġi ttestjat jekk hux possibbli li tintgħażel ċellola speċifika waħda jew aktar għall-preżentazzjoni jekk ikun hemm diversi ċelloli minn produtturi differenti għall-istess żona bl-istess użu. |
(c) |
Għandu jiġi ttestjat jekk l-ENC Interna batimetrika tal-ittestjar hijiex murija b'mod korrett flimkien mas-SENC bażi skont il-Kapitolu 6 tad-dokument imsemmi fil-punt 2(i) tat-Taqsima 1. |
8. TEST TAL-PREŻENTAZZJONI U L-OPERAT TAL-IMMAĠNI TAR-RADAR FIL-MODALITÀ TAN-NAVIGAZZJONI
8.1. Tħejjijiet
(a) |
Għall-iskopijiet tat-test, il-manifattur jew il-fornitur għandu jipprovdi interfaċċa tas-serje fis-sistema li għandha tiġi approvata (EUT) li tagħti l-istess valuri reali (fil-forma ta' strings konformi mad-dokument imsemmi fil-punt 2(l) tat-Taqsima 1) ta' pożizzjoni u ta' direzzjoni li jintużaw għall-ippożizzjonar u għall-orjentazzjoni tal-mappa. |
(b) |
Matul it-test, għandha tintuża sistema ta' referenza li l-valuri tal-pożizzjoni u tad-direzzjoni tagħha jitqabblu ma' dawk tal-EUT. |
(c) |
L-EUT għandu jitqabbad ma' kwalunkwe tagħmir tar-radar ta' tip approvat (skont l-għażla tal-fornitur). |
(d) |
L-immaġni tar-radar għandha tiġi aġġustata fil-medda u fl-orjentazzjoni skont il-linja tad-direzzjoni. |
8.2. Test tal-immaġni tar-radar mingħajr mappa sottoposta
(a) |
Jekk it-tagħmir tal-ECDIS Interna juri l-immaġni tar-radar iżda l-kontroll tal-operat tar-radar jibqa' fit-tagħmir tar-radar (ara l-Grafiki 2 u 3 tat-Taqsima 4B), l-immaġni tar-radar tat-tagħmir tal-ECDIS Interna għandha titqies bħala l-“viżwalizzazzjoni sekondarja” ta' oġġett ta' tagħmir tar-radar. F'dak il-każ, l-immaġni tar-radar għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-viżwalizzazzjoni u tar-rilevanza għall-immaġni tar-rekwiżiti dwar ir-radar u l-indikaturi tar-rata tad-dawran, kif iddefiniti fid-dokument imsemmi fil-punt 2(f) tat-Taqsima 1. |
(b) |
Jekk l-EUT huwa istallazzjoni tar-radar b'funzjonalità integrata tal-ECDIS Interna (ara l-Grafika 4 tat-Taqsima 4B), għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha tal-istandards għal tagħmir tar-radar u tal-indikaturi tar-rata tad-dawran kif iddefiniti fid-dokument imsemmi fil-punt 2(f) tat-Taqsima 1. |
8.3. Test tal-immaġni tar-radar, tal-informazzjoni sovrapposta minn bastimenti oħra u tal-mappa sottopposta
It-tagħmir tal-ECDIS Interna għandu jiġi istallat f'ambjent ta' referenza. Dan jista' jkun reali (fuq bastiment) jew simulat. L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħra (skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-AIS Interna) għandha tiġi applikata b'għadd ta' livelli tal-età tal-informazzjoni.
8.3.1. Test tas-sovrappostazzjoni tar-radar
(a) |
L-immaġni tar-radar ma għandhiex tiġi ddegradata bl-immaġni tal-mappa (ara l-punt 4.3(c) ta' din it-Taqsima). |
(b) |
Is-sovrappostazzjoni ta' informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħra tista' tintwera biss meta:
|
(c) |
L-informazzjoni sovrapposta li toħroġ mill-apparat ta' monitoraġġ u ta' lokalizzazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' bastimenti oħra għandha tiġi sfumata sakemm tgħib f'medda ddefinita mill-utent. L-attivazzjoni ta' din il-karatteristika, u l-medda magħżula taż-żona ristretta, għandhom jiġu indikati fuq l-iskrin. |
(d) |
Jekk id-direzzjoni ta' bastimenti oħra hija disponibbli, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni ta' dawk il-bastimenti l-oħra jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta':
Għall-bastimenti l-oħra kollha għandu jintuża simbolu ġeneriku (huwa rrakkomandat ottagonu, ċirku għandu jintuża għall-applikazzjonijiet interni biss). |
(e) |
Għandu jkun possibbli li jintfew il-mappa u kwalunkwe saff ieħor ta' informazzjoni, kif ukoll li tintwera l-immaġni tar-radar biss permezz ta' element ta' kontroll wieħed jew żona tal-menù faċilment aċċessibbli. |
(f) |
L-immaġni tal-mappa għandha tiġġedded mhux aktar tard mill-immaġni tar-radar. |
8.3.2. Test tal-ippożizzjonar u tal-orjentazzjoni tal-mappa
(a) |
L-ispustar statiku tal-pożizzjoni tal-mappa għandu jkun anqas minn ± 5 m għall-meded kollha sa 2 000 m. |
(b) |
L-iżball ta' spustar tal-orjentazzjoni ażimut statika ta' bejn l-immaġni tar-radar u tal-mappa għandu jkun anqas minn ± 0,5 grad. |
(c) |
Il-korrezzjoni tal-parametri msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tintwera fil-modalità tal-manutenzjoni. |
(d) |
Id-devjazzjoni dinamika tal-orjentazzjoni tal-mappa f'rati tad-dawran ta' inqas minn ± 60 grad/min għandha tkun anqas minn ± 3 gradi. |
(e) |
Dawn it-testijiet għandhom isiru b'mod viżiv jew b'evalwazzjoni tad-data mkejla. |
8.3.3. Test tal-konformità tal-iskala
L-informazzjoni tal-mappa għandha tiġi mqabbla ma' punti ta' referenza magħrufin sew li jinsabu fl-immaġni tar-radar, sabiex jiġi ttestjat jekk l-iskala tal-mappa hijiex konformi biżżejjed mal-iskala tar-radar.
9. TEST TAL-ALLARMI U TAL-INDIKAZZJONIJIET
(a) |
L-allarmi ġġenerati mit-tagħmir tal-ECDIS Interna kif ukoll l-allarmi mogħtija permezz tas-sensuri mqabbda mal-ECDIS għandhom jiġu ttestjati. |
(b) |
Il-proċedura tal-ittestjar fil-modalità tan-navigazzjoni għandha tkopri s-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(c) |
Il-proċedura tal-ittestjar fil-modalità tal-informazzjoni għandha tkopri s-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
Il-manifatturi tal-ECDIS Interna għandhom jikkonfermaw fid-dokumentazzjoni tas-sistema tagħhom li s-sistema tinkludi dawk il-proċeduri tal-ittestjar u indikaturi tas-sinjali fil-modalità tal-informazzjoni.
10. TEST TAL-ARRANĠAMENT TA' RIŻERVA FIL-MODALITÀ TAN-NAVIGAZZJONI
(a) |
Dan it-test għandu juri r-reazzjoni tat-tagħmir tal-ECDIS Interna għal ħsara ta' kwalunkwe komponent intern jew estern, u l-azzjonijiet possibbli u meħtieġa mill-operatur. |
(b) |
Barra minn hekk, il-manwal tal-operat għandu jiġi vverifikat biex jiġi determinat jekk il-miżuri meħtieġa mill-operatur humiex deskritti b'mod adegwat u b'mod xieraq. |
TAQSIMA 4 A
MIŻURI GĦALL-IŻGURAR TAL-KWALITÀ TAS-SOFTWARE
1. REKWIŻITI ĠENERALI
Is-software użat fil-modalità tan-navigazzjoni huwa parti rilevanti għas-sikurezza ta' sistema tan-navigazzjoni. Il-fornituri ta' sistemi tan-navigazzjoni għandhom jiżguraw li kull komponent ta' software użat fil-modalità tan-navigazzjoni jippermetti navigazzjoni sikura fi kwalunkwe sitwazzjoni.
Ir-rekwiżiti fil-Kapitoli minn 1.1 sa 1.5 japplikaw biss fil-modalità tan-navigazzjoni, filwaqt li r-rekwiżiti fil-Kapitoli 1.6 u 1.7 japplikaw għall-modalità tan-navigazzjoni flimkien mal-modalità tal-informazzjoni.
1.1. Rekwiżiti tad-disinn tas-software
Il-komponenti tas-software għandhom ikunu ddisinjati b'mod ċar permezz ta' metodi stabbiliti tad-disinn tas-software. L-ispeċifikazzjoni tad-disinn għandha tindika kif jiġu indirizzati rekwiżiti tas-sikurezza fid-disinn tas-software.
Għandha tiġi pprovduta gwida tal-istil tas-software li tispeċifika stil ta' kitba tal-kodiċi, stil ta' dokumentazzjoni, modularizzazzjoni, analiżi ta' konflitti u ttestjar ta' komponenti tas-software. Għal kull komponent tas-software, jeħtieġ dokumenti li jiddeskrivu l-ispeċifikazzjoni u d-disinn.
1.2. Rekwiżiti tal-implimentazzjoni
L-implimentazzjoni tal-moduli tas-software għandha ssir minn żviluppaturi kwalifikati, li jifhmu kompletament ir-rekwiżiti tad-disinn u tas-sikurezza.
Jekk iktar minn żviluppatur wieħed ikun qed jaħdem fuq is-software tas-sistema tan-navigazzjoni, għandha tintuża sistema ta' kontroll tal-verżjonijiet li tiggarantixxi żvilupp mingħajr kunflitti.
L-implimentazzjoni għandha ssir skont l-ispeċifikazzjoni tad-disinn u skont il-gwida tal-istil tas-software. Barra minn hekk, għandhom jiġu indirizzati l-aktar problemi ta' implimentazzjoni magħrufin (skont il-lingwa użata) waqt l-implimentazzjoni. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
— |
trattament tal-vleġġa null (null pointer handling), |
— |
varjabbli mhux inizjalizzati, |
— |
verifika tal-meded, |
— |
verifika tad-daqs tas-serje (array size verification), |
— |
allokazzjoni tal-memorja u t-tneħħija tagħha, |
— |
trattament tal-eċċezzjonijiet. |
Jekk jintuża pproċessar parallel (eż. ħjut, kompiti jew proċessi multipli), il-problemi ta' pproċessar mingħajr kunflitt għandhom jiġu indirizzati waqt l-implimentazzjoni. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
— |
kundizzjonijiet ta' kunflitt fil-qari jew kitba tad-data (race conditions), |
— |
problemi ta' rientratura, |
— |
inverżjoni tal-prijorità, |
— |
imblokki (deadlocks). |
1.3. Rekwiżiti tat-testijiet
Il-moduli tas-software għandhom jiġu ttestjati skont l-ispeċifikazzjoni tad-disinn. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jitqabblu mal-linji gwida tad-disinn u għandhom jiġu ddokumentati fir-rapporti tat-testijiet.
It-testijiet għandhom jinkludu testijiet kemm tal-moduli kif ukoll tas-sistema. Il-fornituri ta' sistema tan-navigazzjoni għandhom jużaw testijiet estensivi bbażati fuq simulatur biex jiżguraw l-istabbiltà tas-sistema tagħhom. Is-simulatur għandu jippermetti s-simulazzjoni ta' ambjent komplet tan-navigazzjoni, inklużi s-sensuri esterni kollha meħtieġa.
1.4. Rekwiżiti tal-komponenti ta' parti terza
Il-komponenti ta' parti terza, bħal prodotti ta' OEM (Original Equipment Manufacturer), jinkludu software li mhuwiex żviluppat mill-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
— |
libreriji b'konnessjoni statika jew dinamika, |
— |
għodod ta' disinn u ta' inġinerija megħjuna bil-kompjuter li jipproduċu kodiċi ta' sors jew ta' oġġett, |
— |
sistemi operattivi. |
Il-komponenti tas-software ta' parti terza għandhom jintgħażlu skont ir-rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza. Il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni għandu jagħti prova li l-komponenti ta' parti terza jilħqu l-istandards għoljin meħtieġa għal navigazzjoni sikura, jew billi jipprovdi ċertifikati ta' kwalità aċċettabbli, jew billi jittestja l-komponenti b'mod estensiv u li jista' jiġi ppruvat.
1.5. Rekwiżiti tas-servizzi addizzjonali fil-modalità tan-navigazzjoni
Is-sistemi tan-navigazzjoni jistgħu jilqgħu servizzi addizzjonali fil-modalità tan-navigazzjoni jekk dawn ikunu utli. Dawn is-servizzi ma għandhomx ifixklu rekwiżiti oħra fil-modalità tan-navigazzjoni.
Il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni huwa responsabbli għat-tagħmir tal-ittestjar addizzjonali, meħtieg biex jivverifika l-ispeċifikazzjoni tal-interfaċċa, l-ispeċifikazzjoni tal-protokoll u t-testijiet tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna.
1.6. Lingwa
Il-verżjonijiet nazzjonali addizzjonali ta' ECDIS Interna ta' tip approvat għandhom jerġgħu japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip biex jiġu vverifikati għat-traduzzjoni tal-interfaċċa tal-utent. Il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip huwa previst biss għas-sistemi fil-modalità tan-navigazzjoni.
L-istituzzjoni kkwalifikata li twettaq il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip ta' sistema tal-ECDIS Interna tista' titlob l-għarfien espert minn traduttur ċċertifikat rigward it-traduzzjoni korretta f'lingwa speċifika mill-manifattur tas-sistema.
1.7. Rekwiżiti tad-dokumentazzjoni għall-utenti
Id-dokumentazzjoni (manwali) għandha tinkludi informazzjoni komprensiva dwar it-tagħmir, l-istallazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tas-sistema tan-navigazzjoni. Il-preżentazzjoni ta' informazzjoni rilevanti għall-utent għandha tkun ċara, tinftiehem u mingħajr termini teknici mhux meħtieġa. Il-manwal tal-utent għandu jkun disponibbli tal-anqas bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bin-Netherlandiż. Huwa permess li d-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tkun disponibbli bl-Ingliż biss.
2. METODI TA' TTESTJAR U RIŻULTATI MEĦTIEĠA
2.1. Test tal-operat tal-modalità tan-navigazzjoni
2.1.1. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tagħti stimi affidabbli tal-pożizzjoni u tad-direzzjoni. Barra minn hekk, l-istimi tal-pożizzjoni u tad-direzzjoni għandhom jiġu vverifikati mis-sistema għall-konformità mal-preċiżjoni meħtieġa.
L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u d-direzzjoni għandha tiġi kkalkulata u murija għall-istess pożizzjoni ta' referenza. Is-soltu din għandha tkun iċ-ċentru tal-antenna tar-radar. Stima ġdida tal-pożizzjoni għandha tkun disponibbli tal-anqas ma' kull dawra tal-antenna tar-radar.
2.1.1.1.
Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tagħti stima u turi l-pożizzjoni tal-bastiment. Ir-rekwiżiti minimi li ġejjin għandhom jintlaħqu f'kundizzjonijiet tal-operat normali:
(a) |
L-istima medja tal-pożizzjoni ma għandhiex tvarja aktar minn 5 metri mill-pożizzjoni reali, u għandha tkopri kull żball sistematiku. |
(b) |
Id-devjazzjoni standard σ għandha tkun anqas minn 5 metri, u għandha tkun ibbażata fuq żbalji aċċidentali biss. |
(c) |
Is-sistema għandha tkun kapaċi tidentifika devjazzjonijiet ta' aktar minn 3σ fi 30 sekonda. |
Dawn ir-riżultati għandhom jiġu vverifikati b'test realistiku ta' mill-anqas 60 minuta.
2.1.1.2.
Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tagħti stima u turi d-direzzjoni tal-bastiment. Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a) |
L-istima medja tal-angolu tad-direzzjoni ma għandhiex tvarja aktar minn grad (1) mid-direzzjoni tar-radar, u għandha tkopri kull żball sistematiku. L-ispustar bejn id-direzzjoni tal-bastiment u dik tar-radar għandu jkun anqas minn grad (1). |
(b) |
Id-devjazzjoni standard σ għandha tkun anqas minn 2 gradi u għandha tkun ibbażata fuq żbalji aċċidentali biss. |
Dawn ir-riżultati għandhom jiġu vverifikati b'test realistiku ta' mill-anqas 60 minuta.
2.1.2. Malfunzjoni tas-sensuri
Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tivverifika onlajn it-tħaddim tajjeb tal-istimi tal-pożizzjoni u tad-direzzjoni. Il-problemi għandhom jigu identifikati fi 30 sekonda. F'każ ta' malfunzjoni, is-sistema tan-navigazzjoni għandha tinforma lill-utent bil-problema u bil-konsegwenzi tagħha fuq in-navigazzjoni.
Jekk allarm kritiku ta' sensur jissinjalizza li l-pożizzjoni jew id-direzzjoni ma tilħaqx il-preċiżjoni meħtieġa, il-mappa tan-navigazzjoni għandha tintefa.
2.1.3. Interfaċċa tat-test tal-prestazzjoni
Fornitur ta' sistema tan-navigazzjoni għandu jgħammar sistemi tan-navigazzjoni waqt it-test tal-konformità b'interfaċċa tal-standard IEC 61162-1, li tibgħat l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u d-direzzjoni użata mis-sistema tan-navigazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun ikkodifikata b'sentenzi skont IEC 61162-1 (ara d-dokument imsemmi fil-punt 2(k) tat-Taqsima 1) magħrufa bħala GGA (Global Positioning System Fix Data) u HDT (Heading True). Sentenzi addizzjonali bħal RMC (Recommended Minimum Navigation Information), ROT (Rate Of Turn) u VTG (Track made good and Ground speed) huma aċċettabbli.
Dawn l-istrings għandhom jintbagħtu preferibbilment kull 0,1 sekonda, tal-inqas kull sekonda. Il-pożizzjoni u d-direzzjoni għandhom ikunu skont id-definizjonijiet tal-Kapitolu 2.1.1.1 u tal-Kapitolu 2.1.1.2 ta' din it-Taqsima.
2.2. Testijiet ġenerali tas-software
2.2.1. Dokumentazzjoni tat-tagħmir
Għall-aċċettazzjoni għandhom jiġu pprovduti dawn id-dokumenti li ġejjin, u għandhom jintbagħtu ma' kull ECDIS Interna użata fil-modalità tan-navigazzjoni:
— |
Manwal tal-utent, |
— |
Manwal tal-istallazzjoni, |
— |
Manwal tal-manutenzjoni. |
Matul il-proċedura tal-aċċettazzjoni għandhom jiġu pprovduti d-dokumenti u l-fajls li ġejjin, iżda mhumiex meħtieġa għall-utenti aħħarija:
— |
speċifikazzjoni tad-disinn, |
— |
gwida tal-istil tas-software, |
— |
ċertifikati tal-komponenti tas-software ta' parti terza jew protokolli ta' testijiet u ta' simulazzjoni. |
Id-dokumenti u l-fajls ipprovduti għandhom jippermettu verifika kompluta tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna.
Għandu jintbagħat manwal tal-utent ma' kull sistema tal-ECDIS Interna.
2.2.2. Test tar-reżistenza għall-modalità tan-navigazzjoni
Is-sistema tan-navigazzjoni għandha tgħaddi minn test ta' reżistenza ta' 48 siegħa ta' operat bla waqfien f'kundizzjonijiet normali ta' operat. Is-sistema għandha tipprovdi interfaċċi standard għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u tar-riżorsi matul l-operat. Il-monitoraġġ tas-sistema ma għandux juri indikazzjoni ta' instabbiltà tas-sistema, telf ta' memorja jew kwalunkwe tip ta' telf ta' prestazzjoni matul iż-żmien. Is-sistemi tan-navigazzjoni li jilqgħu servizzi addizzjonali filwaqt li jkunu fil-modalità tan-navigazzjoni għandhom jipprovdu t-tagħmir meħtieġ għat-testijiet, inkluż kull dokument imsemmi fil-Kapitolu 1.7 ta' din it-Taqsima.
3. BIDLIET FIS-SISTEMI TA' NAVIGAZZJONI ĊĊERTIFIKATI
3.1. Rekwiżiti ġenerali
Is-sistemi tan-navigazzjoni istallati abbord għandhom ikunu funzjonalment ekwivalenti għal sistema ċċertifikata mill-awtoritajiet. Ma' kull sistema, il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni għandu jibgħat dikjarazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ECDIS Interna u l-ekwivalenza funzjonali tagħha mas-sistema ċċertifikata.
L-awtorità kompetenti hija intitolata li tivverifika fi kwalunkwe ħin l-konformità tas-sistemi istallati mal-ECDIS Interna.
3.2. Bidliet fil-hardware u fis-software
Il-fornitur tas-sistema tan-navigazzjoni jista' jibdel is-software jew il-hardware sakemm iżomm il-konformità mal-ECDIS Interna. It-tibdiliet għandhom ikunu ddokumentati bis-sħiħ, u għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti flimkien ma' spjegazzjoni tal-effetti ta' dawn it-tibdiliet fuq is-sistema tan-navigazzjoni. L-awtorità kompetenti tista' teżiġi li ċ-ċertifikazzjoni tiġġedded parzjalment jew kompletament jekk dan jitqies meħtieġ. Dan japplika wkoll għall-użu ta' ECDIS Interna approvata ma' verżjoni nazzjonali oħra tas-sistema operattiva.
Il-bidliet li ġejjin ma jaffettwawx iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema, u jeħtieġu biss notifika lill-awtorità kompetenti:
— |
bidliet minuri fil-komponenti ta' parti terza (eż. s-sistema operattiva jew aġġornamenti tal-librerija), |
— |
użu ta' komponenti ta' hardware ekwivalenti jew aħjar (eż. mikroproċessur aktar veloċi, reviżjonijiet aktar riċenti ta' ċippa, kard grafika ekwivalenti, eċċ.), |
— |
bidliet minuri fil-kodiċi tas-sors jew fid-dokumentazzjoni. |
TAQSIMA 4B
KONFIGURAZZJONIJIET TAS-SISTEMA (GRAFIKI)
Grafika 1
Tagħmir tal-ECDIS Interna, sistema għalija weħidha mingħajr konnessjoni ma' radar (konfigurazzjoni tas-sistema 1)
Sensur tal-Pożizzjoni
Pannell tal-Operat tal-ECDIS Interna
Proċessur
Skrin tal-ENC Interna
Grafika 2
Tagħmir tal-ECDIS Interna, istallazzjoni parallela b'konnessjoni ma' radar (konfigurazzjoni tas-sistema 2)
Pannell tal-Operat tar-Radar
Pannell tal-Operat tal-ECDIS Interna
Skrin tal-ENC Interna bl-Immaġni tar-Radar Sovrapposta
Sensur tal-Pożizzjoni
Proċessur tar-Radar
Proċessur tal-ECDIS
Skrin tar-Radar
Sensur tar-Radar
Grafika 3
Tagħmir tal-ECDIS Interna konness ma' radar u moniter komuni (konfigurazzjoni tas-sistema 3)
Pannell tal-Operat tar-Radar
Pannell tal-Operat tal-ECDIS Interna
Sensur tal-Pożizzjoni
ENC Interna bl-Immaġni tar-Radar Sovrapposta
Proċessur tal-ECDIS
Proċessur tar-Radar
Swiċċ
Immaġni tar-Radar
Skrin
Sensur tar-Radar
Grafika 4
Tagħmir ta' radar għan-navigazzjoni b'funzjonalità tal-ECDIS Interna integrata (konfigurazzjoni tas-sistema 4)
Sensur tal-Pożizzjoni
Proċessur
Pannell tal-Operat
Skrin
Sensur tar-Radar
TAQSIMA 5
GLOSSARJU TAT-TERMINI
Terminu jew taqsira |
Definizzjoni |
Sors |
Akronimu |
Kodiċi ta' 6 karattri tal-karatteristika/tal-attribut |
Dokument imsemmi fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 |
Attur |
Attur jittrasforma kwantità elettrika fi kwantità fiżika oħra (eż. ottika). Attur huwa l-oppost ta' sensur. |
|
AIS |
Tagħmir abbord li jippermetti l-identifikazzjoni awtomatika tal-bastimenti għall-monitoraġġ imtejjeb tal-bastimenti kif ukoll reġistrazzjoni tad-data dwar il-vjaġġ u funzjonijiet oħra. Is-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika għandha tikkonforma mal-istandards tekniċi u tal-prestazzjoni stipulati fil-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS (għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar). |
Dokument imsemmi fil-punt 2(r) tat-Taqsima 1 |
Densità tal-informazzjoni massima |
Densità tal-informazzjoni massima (viżwalizzazzjoni sħiħa) tfisser l-ammont massimu ta' informazzjoni tas-SENC. Hawnhekk, minbarra l-viżwalizzazzjoni standard (Densità tal-Informazzjoni Standard), jintwerew ukoll il-karatteristiċi l-oħra kollha, individwalment jew meta mitlub. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
Attribut |
Karatteristika ddefinita ta' entità (eż. il-kategorija ta' dawl, il-limiti tas-settur, il-karatteristiċi tad-dawl, eċċ.). Id-definizzjonijiet għal attributi varji jistgħu jitnisslu mill-Katalgu tal-Karatteristiċi għall-ENCs Interni msemmi fil-punt 2(h) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 |
Ċellola (ċellola ta' mappa) |
Ċellola hija żona ġeografika li fiha data tal-ENC Interna jew tal-ENC Interna batimetrika. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 |
Kalibrazzjoni tal-kuluri tas-CIE |
Proċedura ta' konferma li l-kulur speċifikat fl-IHO S-52 huwa riprodott b'mod korrett fl-iskrin tal-ECDIS. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Datum |
Sett ta' parametri li jispeċifika l-wiċċ ta' referenza jew is-sistema ta' koordinati ta' referenza użat(a) għall-kontroll ġeodetiku, fil-kalkolu ta' koordinati ta' punti fuq il-globu. Ġeneralment id-datums huma definiti bħala datums orizzontali jew vertikali separatament. Għall-użu prattiku tad-datum, jeħtieġ li jkun hemm punt wieħed jew aktar distinti b'mod tajjeb, b'koordinati mogħtija f'dak id-datum. Id-datum orizzonati huwa sett ta' parametri li jispeċifika r-referenza għal kontroll orizzontali ġeodesiku, ġeneralment id-dimensjonijiet u l-lokazzjoni ta' ellipsojde ta' referenza. (Id-datum orizzontali għandu jkun konformi ma' WGS 84.) Id-datum vertikali huwa wiċċ li għalih jirreferu elevazzjonijiet u/jew profonditajiet (tkejjil tal-fond tal-ilma u tal-għoli tal-marea). Għall-elevazzjonijiet, ġeneralment wiċċ fil-wita (ekwipotenzjali), il-livell medju tal-baħar jintuża b'mod approssimattiv, għal profonditajiet bosta drabi ta' marea baxxa. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 u Dokument imsemmi fil-punt 2(n) tat-Taqsima 1 |
Bażi tal-viżwalizzazzjoni |
Densità tal-informazzjoni minima tfisser l-ammont minimu ta' informazzjoni tas-SENC li jiġi ppreżentat u li ma jistax jitnaqqas mill-operatur, u li jikkonsisti minn informazzjoni li tkun meħtieġa l-ħin kollu, fiż-żoni ġeografiċi kollha u fiċ-ċirkustanzi kollha. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(d) tat-Taqsima 1 |
Skala tal-viżwalizzazzjoni |
Il-proporzjon bejn distanza fuq l-iskrin u distanza fuq l-art, normalizzat u espress bħala proporzjon, eż. 1:10 000 . |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
EBL |
Electronic Bearing Line (Linja Elettronika tal-Orjentazzjoni) |
It-Taqsima 4 ta' dan l-Anness |
ECDIS |
Sistema Elettronika ta' Viżwalizzazzjoni ta' Mapep u ta' Informazzjoni (ECDIS) tfisser sistema tal-informazzjoni tan-navigazzjoni li bis-saħħa ta' arranġamenti awżiljarji suffiċjenti tista' tiġi aċċettata bħala konformi mal-mappa aġġornata kif meħtieġ mir-regolamenti V/19 u V/27 tal-Konvenzjoni SOLAS 1974, kif emendata, billi turi informazzjoni magħżula minn mappa elettronika tan-navigazzjoni ta' sistema (SENC) b'informazzjoni pożizzjonali minn sensuri tan-navigazzjoni biex jgħinu lin-navigant fl-ippjanar u l-monitoraġġ tar-rotta, u jekk meħtieġ, turi informazzjoni addizzjonali relatata man-navigazzjoni. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(d) tat-Taqsima 1 |
Xifer |
Oġġett spazjali b'dimensjoni waħda, lokalizzat minn żewġ pari jew aktar ta' koordinati (jew żewġ punti nodali konnessi) u parametri ta' interpolazzjoni fakultattivi. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 |
Mappa elettronika |
Terminu wiesa' ħafna biex jiddeskrivi d-data, is-software, u s-sistema elettronika, bil-kapaċità li juru informazzjoni kartografika. Mappa elettronika tista' tkun ekwivalenti jew le għall-mappa tal-karta meħtieġa mill-Konvenzjoni SOLAS. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
ENC |
Mappa Elettronika Navigazzjonali; il-bażi tad-data, b'kontenut, struttura u format standardizzati, ippubblikata għall-użu mal-ECDIS bl-awtorità ta' uffiċċji idrografiċi awtorizzati tal-istat. L-ENC fiha l-informazzjoni kartografika kollha meħtieġa għan-navigazzjoni sikura u tista' tinkludi informazzjoni supplimentari flimkien ma' dik li tinsab fil-mappa tal-karta (eż. direzzjonijiet ta' tbaħħir) li tista' tkun ikkunsidrata meħtieġa għan-navigazzjoni sikura. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(d) tat-Taqsima 1 |
Ċellola tal-ENC |
Id-diviżjoni ġeografika tad-data tal-ENC għal skopijiet ta' distribuzzjoni. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(e) tat-Taqsima 1 |
ETSI |
Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni |
|
Enumerazzjoni |
Kwalità jew kwantità speċifika mogħtija lil attribut (eż. “dawl li jidderieġi”, l-angoli ta' limitu, il-kodiċi li jispeċifika l-kulur tad-dawl — ara “attribut”). |
Dokument imsemmi fil-punt 2(o) tat-Taqsima 1 |
Karatteristika |
Sett identifikabbli ta' informazzzjoni. Karatteristika jista' jkollha attributi u tista' tkun relatata ma' karatteristiċi oħra. Rappreżentazzjoni diġitali ta' entità sħiħa jew parti minnha permezz tal-karatteristiċi (attribwiti), il-ġeometrija, u (b'mod fakultattiv) ir-relazzjonijiet tagħha ma' karatteristiċi oħrajn (eż. id-deskrizzjoni diġitali ta' settur tad-dawl li jispeċifika, fost l-oħrajn, il-limiti ta' settur, il-kulur tad-dawl, il-medda ta' viżibbiltà, eċċ., u konnessjoni ma' fanal, jekk teżisti).Id-definizzjonijiet għal karatteristiċi varji jistgħu jitnisslu mill-Katalgu tal-Karatteristiċi għall-ENCs Interni msemmi fil-punt 2(h) tat-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Katalgu ta' karatteristiċi |
Il-lista komprensiva ta' karatteristiċi, attribwiti u enumerazzjonijiet attwalment identifikati li huma permessi għall-użu fl-ENCs Interni. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(o) tat-Taqsima 1 |
Fajl |
Sett identifikat ta' reġistri S-57 miġbura flimkien għal skop speċifiku. Il-kontentut u l-istruttura tal-fajl jridu jkunu ddefiniti minn speċifikazzjoni tal-prodott. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
GNSS |
Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) hija sistema li tuża s-satelliti biex tipprovdi pożizzjonament ġeospazjali awtonomu. |
|
Direzzjoni |
Id-direzzjoni li fiha jħares l-assi lonġitudinali ta' bastiment, ġeneralment espress bħal distanza angulari mit-Tramuntana li ddur skont l-arloġġ 360 grad (ġeografika, manjetika jew fuq il-boxxla). |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Viżwalizzazzjoni b'orjentazzjoni 'l fuq |
L-informazzjoni murija fuq l-iskrin (radar jew ECDIS) ikollha direzzjoni li tippermetti li d-direzzjoni tal-bastiment tkun dejjem immirata 'l fuq. Din l-orjentazzjoni tikkorrispondi għad-dehra viżiva mill-pont lejn id-direzzjoni tal-bastiment. Din l-orjentazzjoni tista' teħtieġ rotazzjonijiet frekwenti tal-kontenuti tal-viżwalizzazzjoni. Tibdil fir-rotta tal-bastiment, jew fl-imbardar tal-bastiment, jista' jirriżulta f'modalità tal-orjentazzjoni instabbli u li ma tistax tinqara. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Interfaċċa Bniedem-Magna (HMI) |
L-interfaċċa tal-utent, jew l-interfaċċa bniedem-magna, hija l-parti tal-magna li tittratta l-interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna. L-inġinerija tal-interfaċċi bniedem-magna tkun imsaħħa billi tiġi kkunsidrata l-ergonomija (fatturi umani). Hemm bosta modi kif jiġu żviluppati skrins ta' interfaċċa bniedem-magna (HMI) għal applikazzjonijiet tal-magna u tal-awtomatizzazzjoni tal-proċessi. Fost il-linji gwida, l-istandards u l-manwali li jkopru d-disinn tal-HMI hemm dawk ippubblikati mill-ISA, l-ASM, l-ISO u n-NUREG. |
|
IEC |
Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali: Organizzazzjoni internazzjonali (mhux governattiva) li tipproduċi standards dinjija għall-inġinerija elettrika u elettronika bil-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
IHO |
Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali: Tikkoordina l-attivitajiet tal-uffiċċji idrografiċi nazzjonali; tippromwovi standards u tagħti pariri lil pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-oqsma tas-sorveljanza idrografika u tal-produzzjoni tal-mapep u l-pubblikazzjonijiet tan-navigazzjoni. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Reġistru tal-IHO |
Reġistru tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Ġeospazjali tal-IHO. Reġistru huwa s-sistema ta' informazzjoni li fiha jinżamm reġistru. Fil-każ tal-S-100, l-IHO tospita reġistru li jipprovdi faċilità għall-ħażna ta' reġistri varji ta' informazzjoni relatata mal-idrografija. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(m) tat-Taqsima 1 |
IMO |
Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali: qabel kienet imsejħa IMCO. L-IMO hija l-aġenzija speċjalizzatta tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli għas-sikurezza marittima, għall-effiċjenza tan-navigazzjoni u għall-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu mill-bastimenti. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Modalità tal-Informazzjoni |
Tfisser l-użu tal-ECDIS Interna għal skopijiet ta' informazzjoni biss mingħajr l-immaġni tar-radar sovrapposta. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
AIS Interna |
Sistema ta' identifikazzjoni awtomatika għall-bastimenti fil-passaġġi fuq l-ilma interni, kif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 415/2007 għal sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni tal-bastimenti. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(p) tat-Taqsima 1 |
ECDIS Interna |
Sistema Elettronika ta' Viżwalizzazzjoni ta' Mapep u ta' Informazzjoni għan-navigazzjoni interna, li turi informazzjoni magħżula minn Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni ta' Sistema Interna (SENC Interna) u, b'mod fakultattiv, informazzjoni minn sensuri oħra tan-navigazzjoni. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
ENC Interna (IENC) |
Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni Interna (IENC) tfisser il-bażi tad-data, standardizzata fir-rigward tal-kontenut, tal-istruttura u tal-format, għall-użu ma' sistemi elettroniċi ta' viżwalizzazzjoni ta' mapep u ta' informazzjoni għan-navigazzjoni interna, operati abbord bastimenti li jivvjaġġjaw f'passaġġi fuq l-ilma interni. IENC tinħareġ minn jew bl-awtorità ta' aġenzija kompetenti tal-gvern, u tikkonforma mal-istandards żviluppati inizjalment mill-Organizzazzjoni Idrografika Internazzjonali (IHO) u rfinuti mill-Grupp għall-Armonizzazzjoni tal-ENC Interna. IENC ikun fiha l-informazzjoni kollha tal-mapep meħtieġa għal navigazzjoni sikura f'passaġġi fuq l-ilma interni, u jista' jkun fiha wkoll informazzjoni supplimentari flimkien ma' dik li tinstab fil-mappa tal-karta (eż. direzzjonijiet ta' tbaħħir, skedi tal-operat li jistgħu jinqraw minn magna, eċċ.), li tista' titqies meħtieġa għal navigazzjoni sikura u għall-ippjanar ta' vjaġġ. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
Dominju tal-ENC Interna |
Dominju fi ħdan ir-Reġistru tal-Infrastruttura tal-Informazzjoni Ġeospazjali tal-IHO, iddedikat għall-entrati relatati mal-ENC Interna. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(m) tat-Taqsima 1 |
SENC Interna |
Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni ta' Sistema Interna: bażi tad-data li tirriżulta mit-trasformazzjoni tal-ENC Interna mill-ECDIS Interna għall-użu xieraq, taġġorna l-ENC Interna permezz ta' mezzi adattati u data oħra miżjuda min-navigant. Hija din il-bażi tad-data li effettivament tiġi aċċessata mill-ECDIS Interna għall-ġenerazzjoni tal-viżwalizzazzjoni u ta' funzjonijiet oħra tan-navigazzjoni. Is-SENC Interna jista' jkun fiha wkoll informazzjoni minn sorsi oħrajn. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
Viżwalizzazzjoni integrata |
Tfisser immaġni li tħares 'il fuq, b'moviment relattiv, u li tikkonsisti mis-SENC Interna bl-immaġni tar-radar sovrapposta bi skala, spustar u orjentazzjoni li jaqblu. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
Tabella ta' konsultazzjoni |
Tabella li turi struzzjonijiet simboloġiċi biex tifforma konnessjoni bejn l-oġġetti tas-SENC ma' simbolizzazzjoni ta' punt, linja jew żona, u li tipprovdi prijorità tal-viżwalizzazzjoni, prijorità tar-radar, kategorija tal-IMO u grupp ta' viżwalizzazzjoni fakultattiv. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Modalità tan-navigazzjoni |
Tfisser l-użu tal-ECDIS Interna b'immaġni tar-radar sovrapposta meta użata għat-treġija tal-bastiment. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
Viżwalizzazzjoni bit-Tramuntana 'l fuq |
Informazzjoni murija fuq l-iskrin (radar jew ECDIS) bid-direzzjoni tat-Tramuntana tħares 'il fuq. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Informazzjoni tan-navigazzjoni oħra |
Informazzjoni tan-navigazzjoni li mhix inkluża fis-SENC, li tista' tintwera minn ECDIS, bħal informazzjoni tar-radar. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Bastiment proprju |
It-terminu li jidentifika l-bastiment li fuqu tkun qed topera ECDIS. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Profil tas-sikurezza tal-bastiment proprju |
Il-profil relatat mal-bastiment proprju magħżul min-navigant mill-profili pprovduti fis-SENC, li se jiġi użat mill-ECDIS biex tindividwa fuq l-iskrin bejn ilma sikur u ilma mhux sikur, u biex tiġġenera allarmi kontra l-inkaljar. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Standard tal-prestazzjoni għall-ECDIS |
Standard żviluppat taħt l-awtorità tal-IMO biex jiddeskrivi r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni għal apparati tan-navigazzjoni u tagħmir ieħor meħtieġ mill-Konvenzjoni SOLAS, inkluż fi MSC.232(82), kif adottat mill-IMO fil-5 ta' Diċembru 2006. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Rapport tal-għażliet (rapport tal-karatteristiċi) |
Ir-riżultat tal-interrogazzjoni dwar simbolu ta' punt, dwar linja jew dwar żona, murija għall-kisba ta' aktar informazzjoni mill-bażi tad-data li mhix rappreżentata mis-simbolu. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Librerija ta' preżentazzjoni għall-ECDIS |
Sett ta' speċifikazzjonijiet ġeneralment diġitali, komposti minn libreriji ta' simboli, skemi ta' kuluri, tabelli ta' konsultazzjoni u regoli, li jorbtu kull karatteristika u attribut tas-SENC mal-preżentazzjoni xierqa tal-viżwalizzazzjoni tal-ECDIS. Ippubblikata mill-IHO bħala l-Anness A tal-Pubblikazzjoni Speċjali Nru 52 (S-52). |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Speċifikazzjoni tal-prodott |
Subsett iddefinit tal-ispeċifikazzjoni sħiħa flimkien ma' regoli, imfassla għall-użu intenzjonat tat-trasferiment tad-data. (L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-ENC tistipula l-kontentut, l-istruttura u l-aspetti obbligatorji l-oħra ta' ENC). |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Medda (tar-radar) |
Id-distanza mill-antenna tar-radar. Il-medda tar-radar għan-navigazzjoni interna għandha tkun tista' tinxtegħel b'sekwenza skont ir-Regolamenti tar-Radar. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(q) tat-Taqsima 1 |
Viżwalizzazzjoni ta' moviment relattiv |
Viżwalizzazzjoni ta' moviment relattiv turi l-informazzjoni kartografika u l-miri tar-radar f'moviment relattiv għall-pożizzjoni tal-bastiment iffissata fuq l-iskrin. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Ippjanar tar-rotta |
Funzjoni tal-ECDIS li fiha tintwera ż-żona meħtieġa għall-istudju tar-rotta ppjanata, biex tintgħażel it-treġija intenzjonata tal-bastiment u biex timmarkaha, kif ukoll il-punti tar-rotta u n-noti tan-navigazzjoni. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(d) tat-Taqsima 1 |
SCAMIN |
L-iskala minima li fiha tista' tintuża l-karatteristika, eż. għall-preżentazzjoni tal-ECDIS. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(a) tat-Taqsima 1 |
SENC |
Mappa Elettronika tan-Navigazzjoni ta' Sistema: Bażi tad-data interna f'ECDIS Interna li tirriżulta mit-trasformazzjoni ta' ENCs u l-fajls ta' aġġornament tagħhom, u data oħra miżjuda mill-kaptan tal-bastiment. Hija din il-bażi tad-data li effettivament tiġi aċċessata mill-ECDIS għall-ġenerazzjoni tal-viżwalizzazzjoni u ta' funzjonijiet oħra tan-navigazzjoni. Is-SENC jista' jkun fiha wkoll informazzjoni minn sorsi oħrajn. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Oġġett spazjali |
Oġġett li fih informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' entitatijiet tad-dinja reali. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Densità Standard tal-Informazzjoni |
L-ammont prestabbilit ta' informazzjoni tas-SENC li se tkun viżibbli meta tinxtegħel l-ECDIS u tintwera l-mappa. Skrin bid-Densità Standard tal-Informazzjoni (viżwalizzazzjoni standard) huwa l-istat prestabbilit tal-ECDIS Interna. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
Monitoraġġ u Lokalizzazzjoni [ta' Bastimenti] |
Monitoraġġ: il-funzjoni li żżomm aġġornata l-informazzjoni tal-istatus tal-bastiment, possibbilment flimkien ma' informazzjoni dwar tagħbija u konsenji; lokalizzazzjoni: u l-għoti ta' informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment, possibbilment flimkien ma' informazzjoni dwar tagħbija, konsenji u tagħmir, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 415/2007 għal sistemi ta' monitoraġġ u lokalizzazzjoni tal-bastimenti. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(p) tat-Taqsima 1 |
Viżwalizzazzjoni tal-moviment reali |
Viżwalizzazzjoni fejn il-bastiment proprju u kull mira tar-radar jimxu bil-moviment reali tiegħu, waqt li l-pożizzjoni tal-informazzjoni kartografika kollha tibqa' fissa. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(c) tat-Taqsima 1 |
Parametri definiti mill-utent |
Tfisser il-possibbiltà tal-użu u l-ħażna ta' profil tal-parametri tal-kontrolli għall-viżwalizzazzjoni u l-operat. |
It-Taqsima 1 ta' dan l-Anness |
VRM |
Markatur tad-Distanza Varjabbli. |
It-Taqsima 4 ta' dan l-Anness |
WGS 84 |
Sistema Ġeodetika Dinjija: Il-bażi ġeodetika għan-“Navigational Satellite Timing and Ranging — Global Positioning System”, li tiffaċilita l-istudju topografiku tad-dinja u tal-entitajiet tagħha, u li ġiet żviluppata mid-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerka. Din is-sistema ta' referenza ġeodetika globali hija rrakkomandata mill-IHO għall-użu idrografiku u kartografiku. |
Dokument imsemmi fil-punt 2(n) tat-Taqsima 1 |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 105, 23.4.2007, p. 1).
Appendiċi 1
Tqabbil tal-istrutturi tal-istandard għall-ECDIS (Marittima) u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ECDIS Interna
ECDIS (Marittima) |
ECDIS Interna |
OPEN ECDIS FORUM http://ienc.openecdis.org |
IMO MSC.232(82) Standards tal-Prestazzjoni għall-ECDIS riveduti, Diċembru 2006 Appendiċi 1: Dokumenti ta' Referenza Appendiċi 2: Informazzjoni tas-SENC disponibbli għall-viżwalizzazzjoni waqt l-ippjanar tar-rotta u l-monitoraġġ tar-rotta Appendiċi 3: Elementi u Parametri tan-Navigazzjoni Appendiċi 4: Żoni fejn hemm kundizzjonijiet speċjali Appendiċi 5: Allarmi u Indikaturi Appendiċi 6: Rekwiżiti ta' arranġamenti awżiljarji Appendiċi 7: Modalità tal-operat tal-RCDS |
TAQSIMA 1: Standard tal-Prestazzjoni |
|
IHO S-57: Transfer Standard for Digital Hydrographic Data, Edizzjoni 3.1, Suppliment Nru 2, Ġunju 2009 Parti 1: Daħla Ġenerali Parti 2: Mudell Teoretiku tad-Data Parti 3: Struttura tad-Data Appendiċi A: Katalgu tal-Oġġetti tal-IHO Daħla Kapitolu 1: Klassijiet tal-Oġġetti Kapitolu 2: Attributi Anness B: Attributi/Kontroreferenza tal-Klassijiet tal-Oġġetti Appendiċi B: Speċifikazzjonijiet tal-prodott Appendiċi B.1: Speċifikazzjoni tal-Prodott tal-ENC Anness A: Użu tal-Katalgu tal-Oġġetti tal-ENC Anness B: Eżempju ta' Kodifikazzjoni CRC Appendiċi B.2: Speċifikazzjoni tal-Prodott tad-Dizzjunarju tad-Data tal-Katalgu tal-Oġġetti tal-IHO |
TAQSIMA 2: Standard tad-Data għall-ENCs Interni |
Katalgu tal-Karatteristiċi tal-ENC Interna Katalgu tal-Karatteristiċi tal-ENC Interna Batimetrika Speċifikazzjoni tal-Prodott għall-ENCs Interni Speċifikazzjoni tal-Prodott għall-ENCs Interni Batimetriċi Gwida tal-Kodifikazzjoni tal-IENC |
IHO S-62 ENC Producer Codes, Edizzjoni 2.5, Diċembru 2009 |
TAQSIMA 2a: Kodiċijiet għal Produtturi u Passaġġi fuq l-Ilma |
Kodiċijiet għal Produtturi u Passaġġi fuq l-Ilma |
ECDIS (Marittima) |
ECDIS Interna |
OPEN ECDIS FORUM |
IHO S-52 Specification for Chart Content and Display Aspects of ECDIS, Edizzjoni 6, Marzu 2010 Anness A: Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS tal-IHO Anness B: Proċedura għall-kalibrazzjoni inizjali tal-viżwalizzazzjoni bil-kulur Anness C: Proċedura għaż-żamma tal-kalibrazzjoni tal-viżwalizzazzjoni Appendiċi 1: Gwida għall-Aġġornar tal-Mappa Elettronika Anness A: Definizzjonijiet u Akronimi Anness B: Prattika Attwali għall-Aġġornar tal-Mapep tal-Karti Anness D: Stima tal-Volum tad-Data |
TAQSIMA 3: Standard tal-Preżentazzjoni |
Librerija tal-Preżentazzjoni għall-ECDIS Interna Tabelli ta' Konsultazzjoni Simboli Proċeduri ta' Simboloġija Kundizzjonali |
IEC 61174 Edizzjoni 3.0: ECDIS — Operational and Performance Requirements, Methods of Testing and Required Test Results, 2008-09 |
TAQSIMA 4: Rekwiżiti dwar l-Operat u l-Prestazzjoni, Metodi ta' Testjar u Riżultati ta' Testijiet Meħtieġa TAQSIMA 4 A: Miżuri għall-Iżgurar tal-Kwalità tas-Software TAQSIMA 4B: Konfigurazzjonijiet tas-Sistema |
|
S-32 Appendiċi 1: Dizzjunarju Idrografiku — Glossarju tat-Termini relatati mal-ECDIS |
TAQSIMA 5: Glossarju tat-Termini |
|