Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1932

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1932 tal-10 ta' Diċembru 2018 li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea

ST/14665/2018/INIT

ĠU L 314, 11.12.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1932/oj

11.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1932

tal-10 ta' Diċembru 2018

li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1944 tal-10 ta' Diċembru 2018 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar ċerti miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1907 (2009) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Eritrea, li tikkonsisti fi projbizzjoni tal-bejgħ u l-provvista lill-Eritrea u mill-Eritrea ta' armi u materjal relatat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK (3), adottata skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1907 (2009).

(3)

Fl-14 ta' Novembru 2018, il-KSNU adotta l-UNSCR 2444 (2018) li jtemm, b'effett immedjat, il-miżuri restrittivi kollha tan-NU kontra l-Eritrea.

(4)

Fl-10 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1944 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK.

(5)

Dawn il-miżuri huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 667/2010 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 667/2010 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara l-paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 667/2010 tas-26 ta' Lulju 2010 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward l-Eritrea (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19).


Top